EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1017

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1017 tas-26 ta’ Marzu 2024 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2024)

ST/7858/2024/INIT

ĠU L, 2024/1017, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1017/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1017/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1017

2.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1017

tas-26 ta’ Marzu 2024

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2445 (2), li testendi l-mandat ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

(3)

Fit-13 ta’ Diċembru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2538 (3), li taħtar lis-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(4)

Fil-21 ta’ Novembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2655 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ April 2024.

(5)

Fid-19 ta’ Marzu 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Kęstutis Lančinskas bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Kęstutis Lančinskas huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) mill-1 ta’ Mejju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2024.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2445 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 91).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2538 tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2022) (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 98).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2655 tal-21 ta’ Novembru 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2023) (ĠU L, 2023/2655, 24.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2655/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1017/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top