EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0888

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/888 tat-22 ta’ Marzu 2024 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fi prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2024/1783

ĠU L, 2024/888, 26.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/888/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/888/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/888

26.3.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/888

tat-22 ta’ Marzu 2024

dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fi prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness IIa tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li huma inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali.

(2)

Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) ippubblikat sejħa miftuħa għall-funzjoni tar-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx inkiseb qabel. Għal dawk il-kombinamenti ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika lill-Aġenzija fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ li ma jiġux approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott huma dawn li ġejjin:

(a)

bifenil-2-ol (tip ta’ prodott 7);

(b)

dimetilditijokarbamat tal-potassju (tipi ta’ prodott 9, 11, 12);

(c)

klorur tal-fidda-polietilenimmina (tipi ta’ prodott 1, 2, 9);

(d)

prodotti ta’ reazzjoni tal-aċidu glutamiku u tal-N-(C12-C14-alkil)propilendiammina (Glukoprotammina) (tipi ta’ prodott 2, 4);

(e)

poli (oxy-1,2-ethanediyl),.alpha.- [2- (dide-cylmethylammonio) ethyl] -omega.-idrossilat, propanoat (melħ) (Bardap 26) (tipi ta’ prodott 2, 4, 10).

(4)

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni b’dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom il-parteċipanti kollha rtiraw, jew qed jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin, u li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant kien inkiseb qabel. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ ma jiġux approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali, huma dawn li ġejjin:

(a)

2,2-Dibromo-2-ċjanoaċetammid (DBNPA) (tip ta’ prodott 2);

(b)

kloru attiv iġġenerat mill-klorur tal-manjeżju eżaidrat u mill-klorur tal-potassju bl-elettroliżi (tip ta’ prodott 2);

(c)

estratt tat-tewm – Estratti u d-derivati modifikati fiżikament tagħhom bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, u l-bqija, miksuba minn Allium sativum, Liliaceae (tip ta’ prodott 19);

(d)

brandi (tip ta’ prodott 19).

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodott indikati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1062/oj).


ANNESS

Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati:

Numru tal-Entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014

Isem is-sustanza

Stat Membru Relatur

Numru EC

Numru CAS

Tip(i) ta’ prodott

92

Bifenil-2-ol

ES

201-993-5

90-43-7

7

187

Dimetilditijokarbamat tal-potassju

SE

204-875-1

128-03-0

9, 11, 12

1076

Klorur tal-fidda-polietilenimmina

SE

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

1, 2, 9

494

2,2-Dibromo-2-ċjanoaċetammid (DBNPA)

DK

233-539-7

10222-01-2

2

1051

Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tal-manjeżju eżaidrat u mill-klorur tal-potassju bl-elettroliżi

FR

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

2

779

Prodotti tar-reazzjoni tal-aċidu glutamiku u tal-N-(C12-C14-alkil)propilendiammina (Glukoprotammina)

DE

403-950-8

164907-72-6

2, 4

869

Poli(ossi–1,2- etanediil),.alfa.- [2- (dide-ċilmetilammonju) etil] -.omega.-idrossi-, propanoat (melħ) (Bardap 26)

IT

Polimeru

94667-33-1

2, 4, 10

1071

Estratt tat-tewm Estratti u d-derivati tagħhom immodifikati fiżikament bħal tinturi, konkreti, assoluti, żjut essenzjali, oleoreżini, terpeni, frazzjonijiet ħielsa mit-terpeni, distillati, residwi, eċċ., miksuba minn Allium sativum, Liliaceae.

AT

232-371-1

8008-99-9

19

1072

Brandi

għad irid jiġi deċiż

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

19


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/888/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top