This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D0767
Council Decision (EU) 2024/767 of 20 February 2024 on the signing, on behalf of the Union, of the Agreement between the European Union and the Kingdom of Norway amending the Agreement between the European Union and the Kingdom of Norway on administrative cooperation, combating fraud and recovery of claimsin the field of value added tax
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/767 tal-20 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/767 tal-20 ta’ Frar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
ST/16398/2023/INIT
ĠU L, 2024/767, 28.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/767 |
28.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/767
tal-20 ta’ Frar 2024
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-qafas ta’ kooperazzjoni skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) kellu riżultati pożittivi ħafna; |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (2), kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 (3), introduċa għodod ġodda ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-leġiżlazzjoni tal-UE. |
(3) |
Fis-26 ta’ April 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-Ftehim”). |
(4) |
Il-Ftehim, li jirriżulta min-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(5) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformita mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(6) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 195, 1.8.2018, p. 3).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il- konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/767/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)