This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D07424
Council Decision of 5 December 2024 replacing a member of the Advisory Committee on freedom of movement for workers for Slovakia
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2024 li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għas-Slovakkja
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2024 li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għas-Slovakkja
ST/15450/2024/INIT
ĠU C, C/2024/7424, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7424/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7424 |
10.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Diċembru 2024
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għas-Slovakkja
(C/2024/7424)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-23 ta' Settembru 2024 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għall-perjodu mill-25 ta' Settembru 2024 sal-24 ta' Settembru 2026. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Mária BAKER-PRICE sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern tas-Slovakkja ddeżinja kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Martina OSTROŽOVIČOVÁ hija maħtura membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema minflok is-Sa Mária BAKER-PRICE għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-24 ta' Settembru 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY B.
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-23 ta' Settembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C, C/2024/5865, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5865/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7424/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)