Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0578

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/578 tad-29 ta’ Jannar 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

ST/16004/2023/INIT

ĠU L, 2024/578, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/578/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/578/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/578

12.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/578

tad-29 ta’ Jannar 2024

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-flussi transfruntiera tad-data fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1).

(2)

Fit-28 ta’ Ottubru 2023, ġew konklużi n-negozjati għall-Protokoll dwar l-emmenda tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (‘il-Protokoll’) rigward il-fluss liberu tad-data.

(3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsulat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fl-10 ta’ Jannar 2024 (3).

(4)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar fl-isem l-Unjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 330, 27.12.2018, p. 3.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(3)  Għadu mhux ippubblkat fil-Ġurnal Uffiċjali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/578/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top