This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D04883
Council Decision of 22 July 2024 replacing a member of the Management Board of the European Centre for the Development of Vocational Training (Cedefop) for Latvia
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-22 ta’ Lulju 2024 li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Latvja
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-22 ta’ Lulju 2024 li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Latvja
ST/11931/2024/INIT
ĠU C, C/2024/4883, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4883/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
31/07/2024
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4883 |
31.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-26 ta’ Lulju 2024
li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Latvja
(C/2024/4883)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Rūta GINTAUTE-MARIHINA, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Latvja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Baiba BAŠĶERE hija maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali minflok is-Sa Rūta GINTAUTE-MARIHINA għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-26 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4883/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)