EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0460

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/460 tat-2 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

ST/5394/2024/INIT

ĠU L, 2024/460, 5.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/460/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/460/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/460

5.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/460

tat-2 ta’ Frar 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-miżuri restrittivi stabbiliti hemmhekk jenħtieġ li jiġġeddu sal-20 ta’ Frar 2025. Jenħtieġ li l-Kunsill ikompli jżomm dawk il-miżuri restrittivi taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/101/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2025.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/460/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top