Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0422

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/422 tad-29 ta’ Jannar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ST/5256/2024/INIT

    ĠU L, 2024/422, 30.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/422/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/422/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/422

    30.1.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/422

    tad-29 ta’ Jannar 2024

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

    (2)

    Fil-Konklużjonijiet tiegħu, adottati fl-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna tiegħu għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-NU, u fakkar fl-appoġġ sod tal-Unjoni għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha u għad-dritt inerenti tagħha ta’ awtodifiża kontra l-aggressjoni Russa.

    (3)

    Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru l-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza, li hija ksur serju tal-obbligi skont id-dritt internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk neċessarju. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

    (4)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2024.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LAHBIB


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/422/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top