Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0215

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/215 tal-4 ta’ Jannar 2024 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

ST/16580/2023/INIT

ĠU L, 2024/215, 5.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/215/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/215/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/215

5.1.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/215

tal-4 ta’ Jannar 2024

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2374(2017), li stabbiliet qafas għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra individwi u entitajiet responsabbli għat-theddid għall-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali jew kienu kompliċi fih jew involuti fih direttament jew indirettament.

(2)

Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.

(3)

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, ir-reġim ta’ sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti skada meta l-Kunsill tas-Sigurtà naqas milli jaqbel dwar l-estensjoni tiegħu.

(4)

Fid-dawl tat-tmiem tar-reġim ta’ sanzjonijiet tan-NU fuq il-Mali, jenħtieġ li l-entrati kollha fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jitħassru.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23.


ANNESS

(1)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, fit-Taqsima A, “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)”, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

1.

AHMOUDOU AG ASRIW;

2.

Mahamadou AG RHISSA;

3.

MOHAMED OUSMANE AG MOHAMEDOUNE;

4.

AHMED AG ALBACHAR;

5.

HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI;

6.

MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA;

7.

MOHAMED BEN AHMED MAHRI;

8.

MOHAMED OULD MATALY;

(2)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, fit-Taqsima B, “Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)”, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

1.

AHMED AG ALBACHAR;

2.

HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI;

3.

MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA;

4.

MOHAMED BEN AHMED MAHRI;

5.

MOHAMED OULD MATALY.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/215/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top