Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D01454

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2024 li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill

ST/16921/2023/INIT

ĠU C, C/2024/1454, 8.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1454/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1454/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1454

8.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill

(C/2024/1454)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1),

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tat-12 ta’ Diċembru 2023,

Billi:

(1)

Il-mandat tar-rappreżentant attwali tal-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, is-Sur Maurizio VICHI, skada fil-31 ta’ Marzu 2023.

(2)

Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatar membru ġdid li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Ylva HEDÉN WESTERDAHL hija b’dan maħtura bħala l-membru li tirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal mandat ta’ ħames snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p.13.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1454/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top