Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2628

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2628 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma għax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768

    C/2023/7987

    ĠU L, 2023/2628, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L

    2023/2628

    28.11.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2628

    tas-27 ta’ Novembru 2023

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma għax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    L-addittiv aċidu gwanidinoaċetiku kien awtorizzat bħala sustanza u bħala preparat għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 (2).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”.

    (5)

    Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, l-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku huma sikuri għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u sikuri għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu gwanidinoaċetiku mhuwiex tossiku meta jinġibed man-nifs, mhuwiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhuwiex sensitizzatur dermali. L-Awtorità rrakkomandat li jitqies li l-livelli massimi sikuri proposti tal-addittivi huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-għalf ikun fih biżżejjed donaturi tal-metil (għajr il-metjonina, eż. kolina, betaina u aċidu foliku) u tal-vitamina B12.

    (6)

    L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittivi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tnissil, għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna. Din l-effikaċja hija relatata ma’ titjib tal-parametri tal-prestazzjoni f’dawk l-ispeċijiet ta’ annimali. Fl-opinjonijiet tagħha dwar l-aċidu gwanidinoaċetiku adottati fis-27 ta’ Jannar 2016 (4) u fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità ddikjarat li dan l-addittiv jenħtieġ li ma jitqiesx li jagħmel parti mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, minħabba li l-aċidu gwanidinoaċetiku jiġi kkonvertit esklużivament fi kreatina u ma jistax jiġi kkonvertit lura għal aċidu amminiku, filwaqt li l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom” jinkludi sustanzi li finalment jidħlu fil-metaboliżmu tal-ġisem u bħala tali jieħdu sehem fil-mogħdijiet tas-sinteżi tal-proteini. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li biex jiġi appoġġat effett nutrittiv ġdid tal-addittivi kkonċernati, jenħtieġ li tiġi pprovduta evidenza rilevanti tal-effikaċja tagħhom fil-ħnieżer u fil-pollam. L-Awtorità ma qisitx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (7)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-aċidu gwanidinoaċetiku u l-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku jiġu riallokati għall-kategorija “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tal-Awtorità b’rabta mal-effetti tal-addittivi fuq il-prestazzjoni żooteknika tal-annimali u l-fatt li ma jikkorrispondux mat-tip ta’ prodotti inklużi fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”.

    (8)

    Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (5) u l-gwida tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni tal-effikaċja tal-addittivi tal-għalf (6), jenħtieġ li jiġu pprovduti minimu ta’ tliet studji biex tintwera l-effikaċja għall-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali fil-mira rilevanti fir-rigward tal-addittivi żootekniċi li jaffettwaw il-produzzjoni jew il-prestazzjoni tal-annimali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu pprovduti studji addizzjonali mill-applikant fir-rigward tal-użu tal-aċidu gwanidinoaċetiku u l-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna.

    (9)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jipprevedi li l-aċidu gwanidinoaċetiku jitħalla jiġi introdott fis-suq u jintuża bħala addittiv f’għamla ta’ preparat, iżda l-kompożizzjoni ta’ tali preparat bi żball ma ġietx speċifikata fit-termini tal-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li tiġi prevista deskrizzjoni aktar akkurata tal-aċidu gwanidinoaċetiku awtorizzat kemm bħala sustanza u bħala preparat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, billi tiġi speċifikata l-kompożizzjoni tal-addittiv awtorizzat bħala preparat. Jenħtieġ ukoll li jiġi assenjat numru ta’ identifikazzjoni differenti biex issir distinzjoni bejn iż-żewġ forom tal-addittiv.

    (10)

    Kemm ir-riallokazzjoni tal-addittivi għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, inkluża r-referenza tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, u l-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku jenħtieġ li jiġu riflessi fl-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, li għalhekk jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

    (11)

    Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jenħtieġ li tipprevedi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar dwar il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbilità tal-addittivi u tat-taħlitiet lesti minn qabel ikkonċernati. Jenħtieġ ukoll li dik l-awtorizzazzjoni ma tibqax tirreferi għall-proċeduri u l-miżuri tas-sikurezza tal-utenti, abbażi tal-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-Awtorità tat-28 ta’ Settembru 2022. Barra minn hekk, minħabba l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku għall-użu kemm fl-għalf kif ukoll fl-ilma għax-xorb, jixraq li jiġi previst li l-użu simultanju tal-addittivi fl-għalf u fl-ilma għax-xorb ma jkunx permess, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju li jinqabżu l-livelli sikuri tal-użu għall-annimali fil-mira. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 jiġi emendat skont dan.

    (12)

    Il-valutazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati fir-rigward tal-użu tagħhom għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk l-addittivi jiġi awtorizzat għall-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb. Fir-rigward tal-użu fl-għalf, l-awtorizzazzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkonċerna biss it-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u t-tiġieġ imrobbija għall-bajd.

    (13)

    Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-addittivi awtorizzati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dawk il-modifiki. B’mod partikolari, ir-riallokazzjoni tal-addittivi għall-kategorija “addittivi żootekniċi” tirriżulta fl-għoti tal-awtorizzazzjoni relatata lil detentur speċifiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju jippermetti lill-partijiet interessati jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi kkonċernati li jagħmlu parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi”, u jenħtieġ li jqis iż-żmien meħtieġ biex tiġi pproċessata tali applikazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju ma jaqbiżx id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768.

    (14)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness I, li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768

    1.   It-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta’ Ottubru 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009”.

    2.   L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ‘addittivi żootekniċi oħra’, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.”.

    3.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Miżuri tranżizzjonali

    Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness II, għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, u l-għalf li jkun fih minnhom, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sal-25 ta’ Ottubru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Diċembru 2023.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN

    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta’ Ottubru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 (ĠU L 270, 5.10.2016, p. 4).

    (3)   EFSA Journal 2022;20(5):7269.

    (4)   EFSA Journal 2016;14(2):4394.

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

    (6)   EFSA Journal 2018;16(5):5274.

    ANNESS I

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma għax-xorb

    Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni)

    4d372

    Alzchem Trostberg GmbH

    Aċidu gwanidinoaċetiku

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa

    Forma solida

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika

    Formula kimika: C3H7N3O2

    Numru CAS: 352-97-6

    Purità: 98 %

    Impuritajiet:

    kontenut massimu ta’ ċjanammid ta’ 0,03 %;

    kontenut massimu ta’ diċjandiammid ta’ 0,5 %.

    Metodu analitiku  (1):

    Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost u fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV).

    Tiġieġ imrobbija għall-bajd u għat-tnissil

    600

    1 200

    300

    600

    1.

    Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

    2.

    L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma għax-xorb.

    3.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma għax-xorb.

    4.

    Meta jintuża l-addittiv, għandha tingħata attenzjoni għall-provvista bid-donaturi tal-Vitamina B12 u tal-metil għajr il-metijonina fid-dieta tal-annimal.

    5.

    L-użu simultanju ta’ dan l-addittiv fl-ilma għax-xorb u fl-għalf mhuwiex permess.

    It-18 ta’ Diċembru 2033

    4d372i

    Alzchem Trostberg GmbH

    Aċidu gwanidinoaċetiku

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparat li fih minimu ta’ 96 % aċidu gwanidinoaċetiku.

    Metodu analitiku  (2):

    Metodu analitiku  (3):

    Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-ilma: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV).

    Tiġieġ tas-simna

    Metodu analitiku  (4):

    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    ANNESS II

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/ kg ta’ għalf komplet

    b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni)

    4d372

    Alzchem Trostberg GmbH

    Aċidu gwanidinoaċetiku

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa

    Forma solida

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika

    Formula kimika: C3H7N3O2

    Numru CAS: 352-97-6

    Purità: 98 %

    Impuritajiet:

    kontenut massimu ta’ ċjanammid ta’ 0,03 %;

    kontenut massimu ta’ diċjandiammid ta’ 0,5 %.

    Metodu analitiku  (1):

    Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV).

    Tiġieġ tas-simna

    600

    1 200

    1.

    Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

    2.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    3.

    Meta jintuża l-addittiv, għandha tingħata attenzjoni għall-provvista bid-donaturi tal-Vitamina B12 u tal-metil għajr il-metijonina fid-dieta tal-annimal.

    4.

    L-użu simultanju ta’ dan l-addittiv fl-ilma għax-xorb u fl-għalf mhuwiex permess.

    Il-25 ta’ Ottubru 2026

    Ħnienes miftuma

    600

    1 200

    Ħnieżer tas-simna

    600

    1 200

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg

    ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tal-prestazzjoni)

    4d372i

    Alzchem Trostberg GmbH

    Aċidu gwanidinoaċetiku

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparat li fih minimu ta’ 96 % aċidu gwanidinoaċetiku.

    Forma solida

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b’sinteżi kimika

    Formula kimika: C3H7N3O2

    Numru CAS: 352-97-6

    Purità: 98 %

    Impuritajiet:

    kontenut massimu ta’ ċjanammid ta’ 0,03 %;

    kontenut massimu ta’ diċjandiammid ta’ 0,5 %.

    Metodu analitiku  (2):

    Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf kompost: kromatografija tal-joni flimkien ma’ detezzjoni ultravjola (IC-UV).

    Tiġieġ tas-simna

    600

    1 200

    1.

    Il-kontenut ta’ ndewwa għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

    2.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    3.

    Meta jintuża l-addittiv, għandha tingħata attenzjoni għall-provvista bid-donaturi tal-Vitamina B12 u tal-metil għajr il-metijonina fid-dieta tal-annimal.

    4.

    L-użu simultanju ta’ dan l-addittiv fl-ilma għax-xorb u fl-għalf mhuwiex permess.

    Il-25 ta’ Ottubru 2026

    Ħnienes miftuma

    600

    1 200

    Ħnieżer tas-simna

    600

    1 200

    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)

    Top