Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2449

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2449 tas-6 ta’ Novembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti parzjali dwar l-emissjonijiet, għad-dokumenti ta’ konformità, u għar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927

    C/2023/7352

    ĠU L, 2023/2449, 7.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2449/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2449/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2449

    7.11.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2449

    tas-6 ta’ Novembru 2023

    li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti parzjali dwar l-emissjonijiet, għad-dokumenti ta’ konformità, u għar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 17(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 (2) jipprevedi l-mudelli u r-regoli tekniċi għat-tressiq tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, tar-rapporti dwar l-emissjonijiet u tad-dokumenti ta’ konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2023/957 (3) emenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”)u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ emissjonijiet tal-metan (CH4) u ossidu nitruż (N2O) u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali. Dan introduċa wkoll obbligu għall-kumpaniji li jirrapportaw data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji (“rapporti fil-livell tal-kumpaniji”). Barra minn hekk, introduċa obbligu għall-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli tekniċi għas-sottomissjoni awtomatika tal-mudelli għas-sottomissjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jirrifletti dawk il-bidliet. Il-firxa tal-bidliet meħtieġa fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927 teħtieġ li t-test jiġi ppubblikat kollu kemm hu. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927 jitħassar u jiġi ssostitwit b’dan ir-Regolament.

    (4)

    Il-pjan ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jinkludi tal-anqas l-elementi mogħtija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, u skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, il-pjan ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jippermetti l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra abbażi ta’ kriterji mhux obbligatorji oħrajn.

    (5)

    Meta jipprovdu informazzjoni dwar l-elementi u l-proċeduri bħala parti mill-pjan ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji jenħtieġ li jkunu jistgħu jirreferu wkoll għall-proċeduri jew għas-sistemi implimentati b’mod effettiv bħala parti mis-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni tagħhom, bħall-Kodiċi Internazzjonali tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (il-Kodiċi ISM) (4), u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (is-SEEMP) (5), jew għas-sistemi u l-kontrolli koperti minn standards armonizzati tal-ġestjoni tal-kwalità, tal-ġestjoni ambjentali jew tal-ġestjoni tal-enerġija, bħall-istandards EN ISO 9001:2015, EN ISO 14001:2015 u EN ISO 50001:2011. F’każijiet bħal dawn jew meta l-proċeduri rilevanti, skont ir-regoli dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2015/757, ikunu diġà deskritti fi proċeduri bil-miktub stabbiliti, il-pjanijiet ta’ monitoraġġ jenħtieġ li jitħallew jinkludu deskrizzjoni qasira jew sommarju ta’ tali proċeduri.

    (6)

    Sabiex ikun iktar faċli li jsir il-monitoraġġ, huwa xieraq li jiġi permess l-użu ta’ valuri prestabbiliti għal-livell ta’ inċertezza assoċjat mal-monitoraġġ tal-fjuwil filwaqt li jitqiesu l-linjigwida żviluppati mill-Kummissjoni.

    (7)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet għal mudell elettroniku għar-rapporti dwar l-emissjonijiet. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li r-rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet jiġu sottomessi b’mod elettroniku u li jkun fihom informazzjoni annwali aggregata kompluta u standardizzata.

    (8)

    Ir-rapport dwar l-emissjonijiet jenħtieġ li jkopri l-kontenut minimu stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2015/757, fosthom ir-riżultati tal-monitoraġġ annwali. Dan jenħtieġ li jippermetti wkoll ir-rappurtar ta’ informazzjoni addizzjonali li tista’ tgħin lil dak li jkun jifhem l-indikaturi operazzjonali medji tal-effiċjenza enerġetika rrappurtati fuq bażi mhix obbligatorja.

    (9)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2015/757, meta jkun hemm bidla fil-kumpanija fir-rigward ta’ bastiment, għandu jiġi ppreżentat rapport fil-livell tal-bastiment mill-kumpanija preċedenti, li jkopri l-istess elementi bħar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament iżda limitat għall-perjodu li jikkorrispondi għall-attivitajiet imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija preċedenti (“rapporti parzjali dwar l-emissjonijiet”). L-ispeċifikazzjonijiet għal mudell elettroniku għar-rapporti dwar l-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħteġ li japplikaw ukoll għar-rapporti parzjali dwar l-emissjonijiet.

    (10)

    Ir-regoli li jistabbilixxu mudell elettroniku għad-dokumenti ta’ konformità jenħtieġ li jiġu emendati bl-għan li jiġu allinjati mal-bidliet introdotti fl-informazzjoni tal-kumpanija u d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-bastimenti fil-mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ.

    (11)

    Skont l-Artikolu 11a(2) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji għandhom jissottomettu data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji (“rapporti fil-livell tal-kumpaniji”) lill-awtorità amministrattiva responsabbli tagħhom mill-2025. Sabiex jiġi żgurat li dawk ir-rapporti jkun fihom informazzjoni standardizzata li tippermetti l-implimentazzjoni armonizzata tal-obbligi ta’ rapportar fil-livell tal-kumpaniji, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet għal mudell elettroniku għal tali rapporti.

    (12)

    Ir-rapporti fil-livell tal-kumpaniji jenħtieġ li tal-anqas ikopru l-kontenut stabbilit fl-Artikolu 11a tar-Regolament (UE) 2015/757. Jenħtieġ li jkopru wkoll l-elementi meħtieġa għas-sottomissjoni tal-emissjonijiet ivverifikati fir-Reġistru tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (6).

    (13)

    L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport marittimu se jiġu inklużi fl-EU ETS mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024 u l-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż se jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita għal dik id-data.

    (14)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mudell elettroniku dwar il-pjan ta’ monitoraġġ

    1.   Biex iressqu l-pjan ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/757, il-kumpaniji għandhom jużaw il-verżjoni elettronika tal-mudell li hija disponibbli fis-sistema awtomatizzata ta’ informazzjoni tal-Unjoni Thetis MRV li tħaddem l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“Thetis MRV”).

    2.   Il-verżjoni elettronika tal-mudell tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Mudell elettroniku tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tar-rapport parzjali dwar l-emissjonijiet

    1.   Għall-finijiet tal-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2015/757 (ir- “rapport dwar l-emissjonijiet”) u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament (ir-“rapport parzjali dwar l-emissjonijiet”), il-kumpaniji għandhom jużaw il-verżjoni elettronika tal-mudell disponibbli f’Thetis MRV.

    2.   Il-verżjoni elettronika tal-mudell tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tar-rapport parzjali dwar l-emissjonijiet għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Mudell elettroniku dwar id-dokument ta’ konformità

    1.   Biex joħroġ dokument ta’ konformità skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2015/757, il-verifikatur għandu jipprovdi d-data rilevanti billi juża l-verżjoni elettronika tal-mudell li hija disponibbli f’Thetis MRV.

    2.   Il-verżjoni elettronika tal-mudell tad-dokument ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Mudell elettroniku tar-rapport fil-livell tal-kumpaniji

    1.   Għall-fini ta’ sottomissjoni tad-data ta’ emissjonijiet aggregata fil-livell tal-kumpaniji f’konformità mal-Artikolu 11a(2) tar-Regolament (UE) 2015/757 (ir-“rapport fil-livell tal-kumpaniji”), il-kumpaniji għandhom jużaw il-verżjoni elettronika tal-mudell li hija disponibbli f’Thetis MRV.

    2.   Il-verżjoni elettronika tal-mudell tar-rapport fil-livell tal-kumpaniji għandu jkun fiha l-informazzjoni mogħtija fl-Anness IV.

    Artikolu 5

    Tħassir

    1.   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

    2.   Ir-referenzi kollha għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1927 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 123 19.5.2015, p. 55.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar il-mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għad-dokumenti ta’ konformità skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).

    (4)  Adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) permezz tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea A.741(18).

    (5)  Ir-Regolament 22 tal-Anness VI tal-MARPOL.

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3).


    ANNESS I

    Il-mudell għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ

    PARTI A

    SKEDA TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ REVIŻJONI

    Numru tal-verżjoni

    Data ta’ referenza

    Status fid-data ta’ referenza (1)

    Referenza għall-partijiet li fihom saru r-reviżjonijiet jew il-modifiki, inkluż spjegazzjoni qasira tal-bidliet

     

     

     

     

    PARTI B

    DATA BAŻIKA

    Tabella B.1

    Identifikazzjoni tad-dettalji tal-vapur u tas-sid ta’ vapur

    Isem il-vapur

     

    Numru ta’ identifikazzjoni OMI tal-vapur

     

    Port tar-reġistrazzjoni

     

    Port tar-ritorn (jekk dan ma jkunx l-istess bħall-port tar-reġistrazzjoni)

     

    Isem is-sid ta’ vapur (2)

     

    Numru tat-taxxa tas-sid ta’ vapur (informazzjoni volontarja)

     

    Persuna ta’ kuntatt għas-sid ta’ vapur (informazzjoni volontarja)

     

    Indirizz tan-negozju (informazzjoni volontarja)

     

    Belt (informazzjoni volontarja)

     

    Stat/Provinċja/Reġjun (informazzjoni volontarja)

     

    Numru tat-telefown tan-negozju (informazzjoni volontarja)

     

    Indirizz tal-posta elettronika tan-negozju (informazzjoni volontarja)

     

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija uniku tal-OMI (3) u tas-sid irreġistrat

     

    Pajjiż tar-reġistrazzjoni tas-sid irreġistrat (4)

     

    Tip tal-vapur (5)

     

    Piż mejjet (f’tunnellati metriċi)

     

    Tunnellaġġ Gross

     

    Soċjetà ta’ klassifikazzjoni (informazzjoni volontarja)

     

    Klassi tas-silġ (6)

     

    Stat tal-Bandiera (informazzjoni volontarja)

     

    Effiċjenza Teknika (informazzjoni volontarja) (7)

     

    Kamp tad-deskrizzjoni miftuħ għal informazzjoni addizzjonali volontorja dwar il-karatteristiċi tal-vapur (8)

     


    Tabella B.2

    Informazzjoni dwar il-kumpanija

    Isem tal-kumpanija

     

    Natura tal-kumpanija (9)

     

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija uniku tal-OMI u tas-sid irreġistrat tal-kumpanija (10)

     

    Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija (11)

     

    Numru tat-taxxa tal-kumpanija (informazzjoni volontarja)

     

    Persuna ta’ kuntatt

     

    Indirizz tan-negozju

     

    Belt

     

    Stat/Provinċja/Reġjun

     

    Kodiċi postali/ZIP

     

    Numru tat-telefown tan-negozju

     

    Indirizz elettroniku tan-negozju

     

    Pajjiż

     


    Tabella B.3

    Sorsi ta’ emissjonijiet u tipi ta’ fjuwil użati

    Numru ta’ referenza tas-sors ta’ emissjonijiet

    Isem is-sors ta’ emissjonijiet

    Tip tas-sors ta’ emissjonijiet (12)

    Klassi tas-sors ta’ emissjonijiet (13)

    Deskrizzjoni teknika tas-sors ta’ emissjoni (prestazzjoni/potenza, konsum speċifiku taż-żejt tal-fjuwil (SFOC), sena tal-installazzjoni, numru ta’ identifikazzjoni fil-każ ta’ bosta sorsi ta’ emissjonijiet identiċi, eċċ. (14))

    Tip(i) ta’ fjuwil (potenzjali) użat(i) (15)

     

     

     

     

     

     


    Tabella B.4

    Fatturi tal-emissjonijiet imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

    Tip ta’ fjuwil (16)

    Il-fatturi ta’ emissjoni (17) għad-diossidu tal-karbonju (fi grammi ta’ CO2/grammi ta’ fjuwil) f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

    Il-fatturi ta’ emissjoni (18) għall-metan (fi grammi ta’ CH4/grammi ta’ fjuwil) f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

    Il-fatturi ta’ emissjoni (19) għall-ossidu nitruż (fi grammi ta’ N2O/grammi ta’ fjuwil) f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

     

     

     

     


    Tabella B.5

    Koeffiċjent ta’ telf ta’ fjuwil imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

    Numru ta’ referenza tas-sors ta’ emissjonijiet (20)

    Koeffiċjent ta’ telf ta’ fjuwil (bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mis-sors speċifiku ta’ emissjoni) f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

     

     


    Tabella B.6

    Applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju msemmija fil-Parti C, il-punt 1.4, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757

    Deskrizzjoni tat-teknoloġija li qiegħda tintuża

    Evidenza ta’ sostenn għall-konformità mar-rekwiżiti spjegati fl-Artikolu 12(3a) jew fl-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE

    Sors ta’ emissjoni li għalih jiġu applikati l-qbid u l-ħżin u/jew il-qbid u l-użu tal-karbonju

     

     

     


    Tabella B.7

    Proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet li ntużaw għall-aġġornament tal-kompletezza tas-sorsi ta’ emissjoni

    Titlu tal-proċedura

    Ġestjoni tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjonijiet

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella B.8

    Proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati biex jiġu ddeterminati u aġġornati l-fatturi ta’ emissjoni f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjonijiet

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) (21)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella B.9

    Proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 tal-bijofjuwils u tal-RFNBOs/RCFs imsemmija fil-Parti C, il-punt 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjonijiet

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ) (22)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    PARTI C

    DATA DWAR L-ATTIVITÀ

    Tabella C.1

    Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni relatati mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2015/757

    Entrata

    Kamp ta’ konferma

    Għadd minimu ta’ vjaġġi li mistennija jsiru waqt kull perjodu ta’ rappurtar li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 skont l-iskeda tal-vapur

     

    Mistennija jsiru vjaġġi waqt kull perjodu ta’ rappurtar li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 skont l-iskeda tal-vapur? (23)

     

    Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2015/757 huma ssodisfati? (24)

     

    Jekk iva, beħsiebek tuża d-deroga għall-monitoraġġ tal-ammont ta’ fjuwil ikkunsmat fuq bażi ta’ kull vjaġġ? (25)

    Jekk jogħġbok innota li l-monitoraġġ fuq bażi ta’ kull vjaġġ ta’ ċerta informazzjoni jista’ jkun meħtieġ skont il-Parti C, il-punt 2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 biex wieħed jibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikoli 12(3-d) sa 12(3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE.

     

    Tabella C.2

    Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-konsum tal-fjuwil

    C.2.1.   Metodi użati sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-konsum tal-fjuwil ta’ kull sors ta’ emissjoni:

    Numru ta’ referenza tas-sors ta’ emissjonijiet (26)

    Isem is-sors ta’ emissjonijiet

    Tip ta’ sors ta’ emissjonijiet (27)

    Metodu/i magħżul(a) (28)

     

     

     

     

    C.2.2.   Proċeduri biex jiġi ddeterminat il-fjuwil maħżun u l-fjuwil fit-tankijiet:

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni tal-fjuwil maħżun u tal-fjuwil fit-tankijiet

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.3.   Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta’ fjuwil maħżun mogħtija fil-BDN u l-kwantità ta’ fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord:

    Titlu tal-proċedura

    Kontroverifiki regolari bejn il-kwantità ta’ fjuwil maħżun mogħtija fil-BDNs u l-kwantità ta’ fjuwil maħżun indikata mill-kejl abbord

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    C.2.4.   Deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti:

    Tagħmir tal-kejl (isem)

    Elementi li ssir applikazzjoni magħhom (eż. is-sorsi ta’ emissjoni, it-tankijiet)

    Deskrizzjoni teknika (speċifikazzjoni, età, metodi u intervalli ta’ kalibrar, intervalli ta’ manutenzjoni)

     

     

     

    C.2.5.   Proċeduri sabiex tiġi rreġistrata, irkuprata, trażmessa u maħżuna l-informazzjoni dwar il-kejl:

    Titlu tal-proċedura

    Reġistrazzjoni, irkupru, trażmissjoni u ħżin tal-informazzjoni dwar il-kejl

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.6.   Metodu għad-determinazzjoni tad-densità:

    Tip/tank tal-fjuwil

    Metodu biex jiġu ddeterminati l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil maħżun (29)

    Metodu biex jiġu ddeterminati l-valuri reali tad-densità tal-fjuwil fit-tankijiet (30)

     

     

     

    C.2.7.   Livell ta’ inċertezza marbut mal-monitoraġġ tal-fjuwil:

    Metodu ta’ monitoraġġ (31)

    Approċċ użat (32)

    Valur

     

     

     

    C.2.8.   Proċeduri biex tiġi żgurata l-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl:

    Titlu tal-proċedura

    Żgurar tal-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.9.   Metodu biex jiġi ddeterminat it-tqassim tal-konsum tal-fjuwil f’parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri (għall-vapuri tat-tip ro-ro tal-passiġġieri biss):

    Titlu tal-metodu

    Stabbiliment tat-tqassim tal-konsum tal-fjuwil f’parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri

    Metodu tal-allokazzjoni applikat skont EN 16258 (33)

     

    Deskrizzjoni tal-metodu biex tiġi ddeterminata l-massa tal-merkanzija u tal-passiġġieri inkluż l-użu possibbli ta’ valuri prestabbiliti għall-piż tal-unitajiet tal-merkanzija/għall-metraġġ fil-korsija (jekk jintuża l-metodu tal-massa)

     

    Deskrizzjoni tal-metodu biex tiġi dderminata ż-żona tal-gverta allokata għall-merkanzija u għall-passiġġieri inkluż il-kunsiderazzjoni ta’ gverti mdendlin u l-karozzi tal-passiġġieri fuq il-gverti għall-merkanzija (jekk jintuża l-metodu taż-żona)

     

    Tqassim tal-konsum tal-fjuwil (f’%) f’parti għat-trasport tal-merkanzija u parti għat-trasport tal-passiġġieri (jekk jintuża l-metodu taż-żona biss)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.10.   Proċeduri biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-konsum tal-fjuwil waqt il-vjaġġi mgħobbija (monitoraġġ volontarju):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil waqt il-vjaġġi mgħobbija

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.11.   Proċeduri biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija (monitoraġġ volontarju għat-tankers tas-sustanzi kimiċi):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    C.2.12.   Proċeduri biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-konsum tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku (monitoraġġ volontarju għat-tankers taż-żejt u għat-“tipi ta’ vapuri oħrajn”):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella C.3

    Lista tal-vjaġġi

    Titlu tal-proċedura

    Reġistrazzjoni u salvagwardja tal-kompletezza tal-vjaġġi

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni tal-vjaġġi, il-monitoraġġ tal-vjaġġi eċċ. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella C.4

    Distanza vvjaġġata

    Titlu tal-proċedura

    Reġistrazzjoni u determinazzjoni tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    Proċeduri biex tiġi ddeterminata u rreġistrata d-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ (monitoraġġ volontarju):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tad-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (inkluża r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-distanza u l-kundizzjonijiet tax-xitwa. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella C.5

    Ammont ta’ merkanzija li tinġarr u Għadd ta’ passiġġieri

    Titlu tal-proċedura

    Reġistrazzjoni u determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija li tinġarr u/jew tal-għadd ta’ passiġġieri

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (inkluż ir-reġistrazzjoni u d-determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija li tinġarr u/jew tal-għadd ta’ passiġġieri u l-użu ta’ valuri prestabbiliti għall-massa tal-unitajiet tal-merkanzija, jekk dan ikun applikabbli). Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Unità tal-merkanzija/passiġġieri (34)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    Proċeduri biex tiġi ddeterminata u rreġistrata d-densità medja tal-merkanzija ttrasportata (monitoraġġ volontarju għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għall-bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa u għall-bastimenti kkombinati):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tad-densità medja tal-merkanzija ttrasportata

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċeduri (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-densità tal-merkanzija. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella C.6

    Ħin imqatta’ fuq il-baħar

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-ħin imqatta’ fuq il-baħar mill-irmiġġ fil-port tat-tluq sal-irmiġġ fil-port tal-wasla

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-tluq u l-wasla fil-port. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    Proċeduri biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin imqatta’ fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ (monitoraġġ volontarju):

    Titlu tal-proċedura

    Determinazzjoni u reġistrazzjoni tal-ħin imqatta’ fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ

    Referenza għall-proċedura eżistenti

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (inklużi r-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-tluq u l-wasla fil-port u l-kundizzjonijiet tax-xitwa. Tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra mill-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Formoli u sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    PARTI D

    LAKUNI FID-DATA

    Tabella D.1

    Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu stmati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konsum tal-fjuwil

    Titlu tal-metodu

    Metodu li għandu jintuża biex jiġu stmati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-konsum tal-fjuwil

    Metodu ta’ monitoraġġ ta’ riżerva (35)

     

    Formoli użati

     

    Deskrizzjoni tal-metodu biex jiġu stmati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-konsum tal-fjuwil

     

    Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella D.2

    Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar id-distanza li tkun saret waqt il-vjaġġ

    Titlu tal-metodu

    Metodu biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar id-distanza vvjaġġata

    Formoli użati

     

    Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data

     

    Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella D.3

    Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar il-merkanzija li tinġarr

    Titlu tal-metodu

    Metodu biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar il-merkanzija li tinġarr

    Formoli użati

     

    Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data

     

    Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella D.4

    Metodi li għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar il-ħin imqatta’ fuq il-baħar

    Titlu tal-metodu

    Metodu biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data dwar il-ħin imqatta’ fuq il-baħar

    Formoli użati

     

    Deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġu indirizzati l-lakuni fid-data

     

    Isem il-persuna responsabbli għal dan il-metodu jew il-kariga tagħha

     

    Sorsi tad-data

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    PARTI E

    ĠESTJONI

    Tabella E.1

    Verifika regolari ta’ kemm huwa adegwat il-pjan ta’ monitoraġġ

    Titlu tal-proċedura

    Verifika regolari ta’ kemm huwa adegwat il-pjan ta’ monitoraġġ

    Referenza għall-proċedura

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.2

    Proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data

    Titlu tal-proċedura

    Proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data

    Referenza għall-proċedura

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.3

    Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju

    Titlu tal-proċedura

    Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju

    Referenza għall-proċedura

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.4

    Attivitajiet ta’ kontroll: Assigurazzjoni tal-kwalità u affidabbiltà tat-teknoloġija tal-informazzjoni

    Titlu tal-proċedura

    Ġestjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (eż, il-kontrolli tal-aċċess, ir-riżervi, l-irkupru u s-sigurtà)

    Referenza għall-proċedura

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema użata (fejn dan ikun japplika)

     

    Lista tas-sistemi eżistenti rilevanti tal-ġestjoni

     


    Tabella E.5

    Attivitajiet ta’ kontroll: Rieżamijiet interni u l-validazzjoni tad-data rilevanti għar-Regolament (UE) 2015/757

    Titlu tal-proċedura

    Rieżamijiet interni u l-validazzjoni tad-data rilevanti għar-Regolament (UE) 2015/757

    Referenza għall-proċedura

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.6

    Attivitajiet ta’ kontroll: Korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi

    Titlu tal-proċedura

    Korrezzjonijiet u azzjonijiet korrettivi

    Referenza għall-proċedura

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.7

    Attivitajiet ta’ kontroll: Attivitajiet esternalizzati (jekk dawn ikunu applikabbli)

    Titlu tal-proċedura

    Attivitajiet esternalizzati

    Referenza għall-proċedura

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     


    Tabella E.8

    Attivitajiet ta’ kontroll: Dokumentazzjoni

    Titlu tal-proċedura

    Dokumentazzjoni

    Referenza għall-proċedura

     

    Verżjoni tal-proċedura eżistenti

     

    Deskrizzjoni tal-proċedura (tista’ tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċedura jekk diġà teżisti barra l-pjan ta’ monitoraġġ)

     

    Isem il-persuna responsabbli għal din il-proċedura jew il-kariga tagħha

     

    Post fejn jinżammu r-reġistri

     

    Isem is-sistema tal-IT użata (fejn dan ikun applikabbli)

     

    PARTI F

    INFORMAZZJONI ULTERJURI

    Tabella F.1

    Lista ta’ definizzjonijiet u abbrevjazzjonijiet

    Abbrevjazzjoni, akronimu, definizzjoni

    Spjegazzjoni

     

     

    Tabella F.2

    Informazzjoni addizzjonali


    (1)  Status li għandu jiġi attribwit mis-sistema tal-IT, bħala: “Abbozz ta’ ħidma”, “Taħt reviżjoni”, “Abbozz finali sottomess lill-verifikatur”, “Ivvalutat mill-verifikatur”, “Immodifikat mingħajr ħtieġa ta’ valutazzjoni mill-ġdid”, “Sottomess lill-awtorità amministrattiva responsabbli għall-approvazzjoni”, “Approvat”.

    (2)  Kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (3)  Is-Sid Irreġistrat huwa s-sid speċifikat fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ vapur.

    (4)  Kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (5)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Trasportatur tal-LNG”, “Tanker tal-gass”, “Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment ta’ merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Trasportatur tal-vetturi”, “Trasportatur ikkombinat”, “Vapur ro-ro tal-passiġġieri”, “Bastiment tal-kontejners/tal-vetturi”, “Tipi ta’ vapuri oħrajn”. Taħt il-kategorija “Vapur tal-passiġġieri”, is-subtip “Bastiment tal-kruċiera tal-passiġġieri” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli. Taħt il-kategorija “Tipi ta’ vapuri oħrajn”, is-subtip “Bastiment fuq il-baħar” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli.

    (6)  Huwa obbligatorju li wieħed jibbenefika mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE. Agħżel waħda mill-Klassijiet Polari PC1 — PC7 jew waħda mill-Klassijiet tas-Silġ Finlandiżi u Żvediżi (IC, IB, IA jew IA Super). Sabiex tiġi stabbilita l-korrispondenza bejn il-klassijiet tas-silġ, għandha tintuża r-Rakkomandazzjoni 25/7 tal-HELCOM.

    (7)  Il-vapuri għandhom jirrapportaw l-indiċi tal-Effiċjenza Teknika EEDI jew EEXI, u jekk dan ma jeżistix, jista’ jiġi rrapportat l-EIV.

    (8)  Hawnhekk tista’ tiddaħħal persuna ta’ kuntatt addizzjonali.

    (9)  Menu li jinżel: Vapur li jaqa’ fl-ambitu tal-Kodiċi ISM [Iva/Le]. F’każ li tintgħażel Iva, agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Sid ta’ vapur”, “Kumpanija tal-ISM distinta mis-sid ta’ vapur”. F’każ li tintgħażel Le, tapplika “Sid ta’ vapur”.

    (10)  In-numru ta’ identifikazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (11)  Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (12)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Magni prinċipali”, “Magni awżiljarji”, “Turbini tal-gass”, “Bojlers”, “Ġeneraturi tal-gass inerti”, “Ċelloli tal-fjuwil”, “Inċineraturi tal-iskart”, “Oħrajn”.

    (13)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: SILĠ (ieħor), LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil), LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil), Diżil tal-LNG (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil), LBSI, Turbina tal-gass, Bojlers, Ċelloli tal-Fjuwil, Inċineraturi tal-iskart, Ġeneraturi tal-gass inerti.

    (14)  Tista’ tinkludi n-numru ta’ identifikazzjoni f’każ ta’ bosta sorsi ta’ emissjoni identiċi.

    (15)  Agħżel tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Żejt tal-Fjuwil Tqil (HFO)”, “Żejt tal-Fjuwil Ħafif (LFO)”, “Żejt tal-Gass/Żejt diżil (MDO/MGO)”, “Gass Naturali Likwifikat (LNG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Butan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Propan, LPG)”, “H2 (Fossili)”, “NH3 (Fossili)”, “Metanol (Fossili)”, “Etanol”, “Bijodiżil”, “Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)”, “Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bijo-LNG)”, “Bijometanol”, “Bijofjuwil Ieħor”, “Bijo-H2 ”, “e-diżil”, “e-metanol”, “e-LNG”, “e-H2 ”, “e-NH3 ”, “e-LPG”, “e-DME”, “Fjuwil Ieħor Mhux fossili”.

    (16)  Agħżel tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Żejt tal-Fjuwil Tqil (HFO)”, “Żejt tal-Fjuwil Ħafif (LFO)”, “Żejt tal-Gass/Żejd diżil (MDO/MGO)”, “Gass Naturali Likwifikat (LNG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Butan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Propan, LPG)”, “H2 (Fossili)”, “NH3 (Fossili)”, “Metanol (Fossili)”, “Etanol”, “Bijodiżil”, “Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)”, “Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bijo-LNG)”, “Bijometanol”, “Bijofjuwil Ieħor”, “Bijo-H2 ”, “e-diżil”, “e-metanol”, “e-LNG”, “e-H2 ”, “e-NH3 ”, “e-LPG”, “e-DME”, “Fjuwil Ieħor Mhux fossili”.

    (17)  Ikkonferma l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti jew daħħal fattur ta’ emissjoni attwali. Għall-fjuwils fossili jista’ jintuża biss il-fattur prestabbilit ta’ emissjoni għas-CO2.

    (18)  Ikkonferma l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti jew daħħal fattur ta’ emissjoni attwali. Għall-fjuwils LNG (LNG fossili, bijo-LNG, e-LNG), il-fattur ta’ emissjoni għal CH4 għandu jkun żero.

    (19)  Ikkonferma l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti jew daħħal fattur ta’ emissjoni attwali.

    (20)  Kif irrapportat fit-Tabella B.3

    (21)  Meta jkun applikabbli, id-deskrizzjoni tal-proċedura trid tidentifika kif il-fatturi ta’ emissjoni attwali elenkati fit-Tabella B.4 u B.5 huma derivati għall-approvazzjoni, inkluż il-metodu li bih tintwera l-konformità mal-kundizzjonijiet u mar-restrizzjonijiet għad-devjazzjoni mill-valuri prestabbiliti f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757.

    (22)  Meta jkun applikabbli, id-deskrizzjoni tal-proċedura trid tidentifika kif il-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 huma derivati għall-approvazzjoni, inkluż il-metodu li bih tintwera l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti C, il-punt 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757.

    (23)  Agħżel “Iva” jew “Le”.

    (24)  Agħżel “Iva” jew “Le”.

    (25)  Agħżel “Iva”, “Le” jew “Mhux applikabbli”.

    (26)  Kif irrapportat fit-tabella B.3.

    (27)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Magni prinċipali”, “Magni awżiljarji”, “Turbini tal-gass”, “Bojlers”, “Ġeneraturi tal-gass inerti”, “Ċelloli tal-fjuwil”, “Inċineraturi tal-iskart”, “Oħrajn”.

    (28)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra”.

    (29)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Strument tal-kejl li jinsab abbord”, “Fornitur tal-fjuwil” jew “Test fil-laboratorju”.

    (30)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Strument tal-kejl”, “Fornitur tal-fjuwil”, “Test fil-laboratorju”.

    (31)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin jew aktar: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli” jew “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra”.

    (32)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Valur prestabbilit” jew “Stima speċifika għall-vapur”.

    (33)  Agħżel “Metodu tal-massa” jew “Metodu tal-erja”.

    (34)  Għall-vapuri tal-passiġġieri, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “passiġġieri”.

    Għall-vapuri ro-ro, għall-bastimenti tal-kontejners, għat-tankers taż-żejt, għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għat-tankers tal-gass, għat-trasportaturi ta’ tagħbija bl-ingrossa, għall-bastimenti refriġeratur, għall-bastimenti kkombinati, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “tunnellati”.

    Għat-trasportaturi tal-LNG/vapuri tal-merkanzija ro-ro, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “metri kubi”.

    Għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr” jew “tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr u tunnellati”.

    Għall-bastimenti tal-vetturi, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati” jew “tunnellati u tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr”.

    Għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata bħala “tunnellati” u bħala “passiġġieri”.

    Għal tipi ta’ vapuri oħrajn, l-“Unità tal-merkanzija/passiġġieri” għandha tiġi speċifikata billi tingħażel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “tunnellati”, “tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr”.

    (35)  Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Flussimetri għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli”, “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” jew “Mhux applikabbli”. Il-kategorija magħżula trid tkun differenti mill-kategorija magħżula għall-kolonna msejħa “Metodi magħżulin għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u konsum tal-fjuwil” fit-Tabella C.2. (Monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tal-konsum tal-fjuwil — Metodi użati biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u l-konsum tal-fjuwil ta’ kull sors ta’ emissjoni).


    ANNESS II

    Mudell għar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għar-rapporti dwar l-emissjonijiet parzjali

    PARTI A

    Data li tidentifika lill-vapur u lill-kumpanija

    1.

    Isem il-vapur.

    2.

    Numru ta’ identifikazzjoni IMO tal-vapur.

    3.

    Perjodu ta’ rapportar ikkonċernat (jew il-perjodu li matulu l-vapur kien taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ rapportar, għal rapporti skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2015/757).

    4.

    Port:

    (a)

    Port tar-reġistru; jew

    (b)

    Port tar-ritorn (jekk mhux l-istess bħall-port tar-reġistrazzjoni).

    5.

    Kategorija tal-vapur [menu li jinżel: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Trasportatur tal-LNG”, “Tanker tal-gass”, “Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment ta’ merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Trasportatur tal-vetturi”, “Trasportatur ikkombinat”, “Vapur ro-ro tal-passiġġieri”, “Bastiment tal-kontejners/tal-vetturi”, “Tipi ta’ vapuri oħrajn”. Taħt il-kategorija “Vapur tal-passiġġieri”, is-subtip “Bastiment tal-kruċiera tal-passiġġieri” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli. Taħt il-kategorija “Tipi ta’ vapuri oħrajn”, is-subtip “Bastiment fuq il-baħar” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli.]

    6.

    Klassi tas-silġ tal-vapur (obbligatorja biss jekk inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ jew jekk il-kumpanija hijiex beħsiebha tibbenefika mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE) [menu li jinżel: Il-Klassi Polari PC1 — PC7, il-Klassi tas-Silġ Finlandiża-Żvediża IC, IB, IA jew IA Super.]

    7.

    Indikazzjoni ta’ jekk il-kumpanija hijiex beħsiebha tibbenefika mid-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE [kaxxa iva jew le].

    8.

    Għall-bastimenti tal-kontejners, indikazzjoni (mhux obbligatorju) ta’ jekk il-vapur, matul il-perjodu ta’ rapportar, kellux vjaġġi b’waqfa intermedja fi kwalunkwe port elenkat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 3ga(2) tad-Direttiva 2003/87/KE [kaxxa iva jew le].

    9.

    Effiċjenza teknika tal-vapur:

    (a)

    Indiċi tad-Disinn tal-Effiċjenza fl-Enerġija (EEDI) jew Indiċi tal-Bastimenti Eżistenti tal-Effiċjenza fl-Enerġija (EEXI), fejn meħtieġ mill-MARPOL, l-Anness VI, il-Kapitolu 4, ir-Regolamenti 22 jew 23 rispettivament, espressi fi grammi CO2/tunnellata mil nawtiku; JEW

    (b)

    Valur Stmat tal-Indiċi (EIV), ikkalkulat f’konformità mar-Riżoluzzjoni MEPC.215 (63) tal-OMI, mogħti fi grammi ta’ CO2/tunnellata-mil nawtiku.

    10.

    Isem sid il-vapur.

    11.

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija unika tal-OMI u tas-sid irreġistrat tas-sid irreġistrat.

    12.

    L-indirizz ta’ sid il-vapur: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż (1).

    13.

    Post prinċipali tan-negozju tas-sid ta’ vapur.

    14.

    Isem il-kumpanija (jekk din ma tkunx is-sid ta’ vapur biss).

    15.

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija uniku tal-OMI u tas-sid irreġistrat tal-kumpanija (jekk mhux is-sid ta’ vapur biss).

    16.

    L-indirizz tal-kumpanija (jekk biss din ma tkunx sid il-bastiment): linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali, il-pajjiż (2).

    17.

    Post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija (jekk mhux is-sid ta’ vapur biss).

    18.

    Persuna ta’ kuntatt għall-kumpanija:

    (a)

    Isem: titlu, isem, kunjom, isem il-kumpanija, titlu tal-impjieg;

    (b)

    Indirizz tan-negozju: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż;

    (c)

    Numru tat-telefown tan-negozju;

    (d)

    Indirizz elettroniku tan-negozju.

    PARTI B

    Verifika

    1.

    Isem il-verifikatur.

    2.

    L-indirizz tal-verifikatur u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż.

    3.

    Numru tal-akkreditazzjoni.

    4.

    Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni li jkun akkredita lill-verifikatur.

    5.

    Dikjarazzjoni tal-verifikatur.

    PARTI C

    Informazzjoni dwar il-metodu ta’ monitoraġġ użat u l-livell relatat ta’ inċertezza

    1.

    Ir-referenza għal u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat u, fejn applikabbli, approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, kif ukoll ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta’ kwalunkwe pjan ta’ monitoraġġ ieħor rilevanti għas-sena tar-rappurtar.

    2.

    Sors ta’ emissjoni [menu li jinżel: “Magni prinċipali”, “Magni awżiljarji”, “Turbini tal-gass”, “Bojlers”, “Ġeneraturi tal-gass inerti”, “Ċelloli tal-fjuwil”, “Inċineraturi tal-iskart”, “Oħrajn”].

    3.

    Il-metodu/i ta’ monitoraġġ użat(i) (għal kull sors ta’ emissjoni) [menu li jinżel: “Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil”, “Metodu B: Monitoraġġ abbord tat-tank tal-fjuwil tal-bastimenti”, “Metodu C: Flussimetri għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli”, “Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra”].

    4.

    Livell relatat ta’ inċertezza, espress bħala % (għal kull metodu ta’ monitoraġġ użat).

    5.

    Koeffiċjent tat-telf tal-fjuwil użat (għal kull sors ta’ emissjoni) meta applikabbli.

    PARTI D

    Riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri f’konformità mal-Artikolu 10

    KONSUM TAL-FJUWIL U-GASS SERRA EMESS

    1.

    Ammont u fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat b’kollox:

    (a)

    Tip ta’ fjuwil [menu li jinżel: “Żejt tal-Fjuwil Tqil (HFO)”, “Żejt tal-Fjuwil Ħafif (LFO)”, “Żejt tal-Gass/Żejt diżil (MDO/MGO)”, “Gass Naturali Likwifikat (LNG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Butan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Propan, LPG)”, “H2 (Fossili)”, “NH3 (Fossili)”, “Metanol (Fossili)”, “Etanol”, “Bijodiżil”, “Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)”, “Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bijo-LNG)”, “Bijometanol”, “Bijofjuwil Ieħor”, “Bijo-H2”, “e-diżil”, “e-metanol”, “e-LNG”, “e-H2”, “e-NH3”, “e-LPG”, “e-DME”, “Fjuwil Ieħor Mhux fossili”.];

    (b)

    Fattur ta’ emissjoni tas-CO2, espress f’gCO2/gfjuwil;

    (c)

    Fattur ta’ emissjoni tal-N2O, espress f’gN2O/gfjuwil;

    (d)

    Fattur ta’ emissjoni tas-CH4, espress f’gCH4/gfjuwil;

    (e)

    Konsum totali tal-fjuwil, mogħti f’tunnellati ta’ fjuwil.

    2.

    Il-gass serra aggregat totali emess fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757, espress f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregat skont il-gass serra.

    3.

    Emissjonijiet aggregati ta’ gassijiet serra mill-vjaġġi kollha bejn il-portijiet taħt il-ġurżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    4.

    Emissjonijiet aggregati ta’ gassijiet serra mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    5.

    Emissjonijiet aggregati ta’ gassijiet serra mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    6.

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li seħħew fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru rmiġġati, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    7.

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li seħħew fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    8.

    Konsum totali tal-fjuwil u t-total aggregat tal-gassijiet serra emessi assenjati għat-trasport tal-passiġġieri (għall-bastimenti ro-ro tal-passiġġieri), espress f’tunnellati ta’ fjuwil u f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    9.

    Konsum totali tal-fjuwil u t-total aggregat tal-gassijiet serra emessi assenjati għat-trasport tal-merkanzija (għall-bastimenti ro-ro tal-passiġġieri), espress f’tunnellati ta’ fjuwil u f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    10.

    Konsum totali tal-fjuwil u l-gass serra aggregat totali emessi fuq vjaġġi mgħobbija (mhux obbligatorju), espressi f’tunnellati ta’ fjuwil u f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    11.Konsum

    totali tal-fjuwil għat-tisħin tal-merkanzija (għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, volontarju), espress f’tunellati ta’ fjuwil.

    12.

    Konsum totali tal-fjuwil għall-pożizzjonament dinamiku (għat-tankers taż-żejt u għat-“tipi ta’ vapuri oħrajn”, volontarju), espress f’tunnellati ta’ fjuwil.

    DISTANZA LI SARET WAQT IL-VJAĠĠ, ĦIN FUQ IL-BAĦAR U XOGĦOL TA’ TRASPORT

    1.

    Id-distanza kollha li saret waqt il-vjaġġ, espressa f’mili nawtiċi.

    2.

    Id-distanza kollha vvjaġġata meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ (mhux obbligatorju), espressa f’mili nawtiċi.

    3.

    Il-ħin kollu mqatta’ fuq il-baħar, espress f’sigħat.

    4.

    Il-ħin kollu mqatta’ fuq il-baħar meta l-bastiment ikun qiegħed jinnaviga fis-silġ (mhux obbligatorju), espress f’sigħat.

    5.

    Ix-xogħol kollu ta’ trasport, espress fi:

    (a)

    passiġġieri u mili nawtiċi (għall-vapuri tal-passiġġieri);

    (b)

    tunnellati u mili nawtiċi (għall-vapuri ro-ro, għall-bastimenti tal-kontejners, għat-tankers taż-żejt, għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għat-tankers tal-gass, għall-bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa, għall-bastimenti refriġeraturi, għall-bastimenti tal-vetturi u għall-bastimenti kkombinati);

    (c)

    f’metri kubi u mili nawtiċi (għat-trasportaturi tal-LNG, u għall-bastimenti tal-kontejners u għall-vapuri tal-merkanzija ro-ro);

    (d)

    f’tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr u mili nawtiċi (għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali);

    (e)

    f’passiġġieri u mili nawtiċi U f’tunnellati u mili nawtiċi (għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri);

    (f)

    f’tunnellati u mili nawtiċi JEW f’tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr u mili nawtiċi (għal tipi ta’ vapuri oħrajn).

    6.

    It-tieni parametru għax-xogħol kollu ta’ trasport (mhux obbligatorju), espress fi:

    (a)

    f’tunnellati u mili nawtiċi (għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali);

    (b)

    f’tunnellati ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr u mili nawtiċi (għall-bastimenti tal-vetturi).

    7.

    Densità medja tal-merkanzija ttrasportata matul il-perjodu ta’ rappurtar (għat-tankers tas-sustanzi kimiċi, għall-bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa u għall-bastimenti kkombinati, volontarja), espressa f’tunnellati għal kull metru kubu.

    EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA

    1.

    Effiċjenza fl-enerġija medja:

    (a)

    Konsum tal-fjuwil għal kull distanza, espress f’kilogrammi għal kull mil nawtiku;

    (b)

    Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport, espress fi grammi għal kull passiġġier-mil nawtiku, fi grammi għal kull tunnellata-mil nawtiku, fi grammi għal kull metru kubu-mil nawtiku, fi grammi għal kull tunnellata ta’ piż mejjet li qiegħed jinġarr-mil nawtiku jew fi grammi għal kull passiġġier-mil nawtiku U fi grammi għal kull tunnellata-mil nawtiku, skont x’japplika għall-kategorija rilevanti tal-bastiment;

    (c)

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza, espressi f’kilogrammi ta’ CO2 għal kull mil nawtiku u f’kilogrammi ta’ ekwivalenti ta ’ CO2 għal kull mil nawtiku;

    (d)

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull xogħol tat-trasport, espressi fi grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull passiġġier-mil nawtiku, grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata-mil nawtiku, grammi ta’ CO2, u grammi ta’ CO2 ekwivalenti għal kull metru kubu-mil nawtiku, grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ piż mejjet li jkun qiegħed jinġarr u mil nawtiku jew grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull passiġġier-mil nawtiku U grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata-mil nawtiku, kif applikabbli għall-kategorija rilevanti tal-vapur;

    (e)

    Konsum tal-fjuwil għal kull ħin li jitqatta’ fuq il-baħar espress f’tunnellati fis-siegħa (mhux obbligatorju);

    (f)

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull ħin li jitqatta’ fuq il-baħar espressi f’tunnellati ta’ CO2 u tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-siegħa (mhux obbligatorji).

    2.

    It-tieni parametru għall-ammont medju tal-effiċjenza fl-enerġija għal kull xogħol ta’ trasport (mhux obbligatorju), espress fi:

    (a)

    grammi għal kull tunnellata-mil nawtiku, u grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata-mil nawtiku (għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali);

    (b)

    grammi għal kull mil nawtiku li tinġarr tunnellata ta’ piż mejjet, grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata-mil nawtiku (għat-trasportaturi tal-vetturi).

    3.

    Effiċjenza fl-enerġija medja differenzjata (konsum tal-fjuwil u CO2 emess) tal-vjaġġi mgħobbija (mhux obbligatorju), espressa fi:

    (a)

    kilogrammi għal kull mil nawtiku;

    (b)

    grammi għal kull tunnellata-mil nawtiku, grammi għal kull mil nawtiku metru kubu, grammi għal kull tunnellata ta’ piż mejjet li jkun qiegħed jinġarr-mil nawtiku jew grammi għal kull passiġġier-mil nawtiku, skont kif applikabbli għall-kategorija rilevanti tal-vapur;

    (c)

    kilogrammi ta’ CO2 u kilogrammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull mil nawtiku;

    (d)

    grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata-mil nawtiku, grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull metru kubu-mil nawtiku, grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ piż mejjet li jkun qiegħed jinġarr-mil nawtiku jew grammi ta’ CO2 u grammi ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għal kull passiġġier-mil nawtiku, kif applikabbli għall-kategorija rilevanti tal-vapur.

    4.

    Informazzjoni addizzjonali li tiffaċilita l-fehim tal-indikaturi operazzjonali medji tal-effiċjenza fl-enerġija tal-vapur irrappurtati (mhux obbligatorju).

    PARTI E

    Riżultati mill-monitoraġġ annwali f’konformità mal-Artikolu 10, il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2015/757

    GASS SERRA EMESS U INFORMAZZJONI RILEVANTI OĦRA

    1.

    Ammont u fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat b’kollox, inkluż, fejn applikabbli, għal kull fjuwil eliġibbli, l-ammont ta’ fjuwil li jibbenefika minn deroga f’konformità mal-Parti C, il-punt 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757:

    (a)

    Tip ta’ fjuwil [menu li jinżel: “Żejt tal-Fjuwil Tqil (HFO)”, “Żejt tal-Fjuwil Ħafif (LFO)”, “Żejt tal-Gass/Żejd diżil (MDO/MGO)”, “Gass Naturali Likwifikat (LNG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Butan, LPG)”, “Gass Likwifikat miż-Żejt (Propan, LPG)”, “H2 (Fossili)”, “NH3 (Fossili)”, “Metanol (Fossili)”, “Etanol”, “Bijodiżil”, “Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)”, “Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bijo-LNG)”, “Bijometanol”, “Bijofjuwil Ieħor”, “Bijo-H2”, “e-diżil”, “e-metanol”, “e-LNG”, “e-H2”, “e-NH3”, “e-LPG”, “e-DME”, “Fjuwil Ieħor Mhux fossili”.];

    (b)

    Fattur ta’ emissjoni tas-CO2, espress f’gCO2/gfjuwil;

    (c)

    Fattur ta’ emissjoni tal-N2O, espress f’gN2O/gfjuwil;

    (d)

    Fattur ta’ emissjoni tas-CH4, espress f’gCH4/gfjuwil;

    (e)

    Konsum totali tal-fjuwil, espress f’tunnellati ta’ fjuwil;

    (f)

    Emissjonijiet tas-CO2 li jibbenefikaw minn deroga f’konformità mal-Parti C, il-punt 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757.

    2.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, mill-vjaġġi kollha bejn il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    3.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, mill-vjaġġi kollha li telqu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    4.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, mill-vjaġġi kollha lejn il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    5.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, mill-vjaġġi kollha li seħħew fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    6.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    7.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punti 1.1 u 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    8.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1, 1.2 u 1.3, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    9.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1 sa 1.4, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    10.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1 sa 1.5, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    11.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1 sa 1.6, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    12.

    Emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif iddeterminat skont il-Parti C, il-punt 1.1 sa 1.7, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressi f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    (1)  Il-pajjiż għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (2)  Il-pajjiż għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.


    ANNESS III

    Mudell għad-dokumenti ta’ konformità

    Bil-preżenti qiegħed jiġi ċċertifikat li r-rapport dwar l-emissjonijiet tal-vapur “ISEM” li jkopri l-perjodu ta’ rapportar “SENA N – 1” tqies bħala sodisfaċenti fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/757.

    Dan id-dokument ta’ konformità nħareġ fi “JUM/XAHAR/SENA N”.

    Dan id-dokument ta’ konformità huwa marbut mar-rapport dwar l-emissjonijiet bin-Nru “NUMRU” u huwa validu sat-30 ta’ Ġunju ta’ “SENA N + 1”.

    1.   Dettalji tal-vapur

    1.1.

    Isem il-vapur.

    1.2.

    Numru ta’ identifikazzjoni IMO tal-vapur.

    1.3.

    Port:

    (a)

    Port tar-reġistru; jew

    (b)

    Port tar-ritorn (jekk differenti mill-port tar-reġistrazzjoni).

    1.4.

    Kategorija tal-vapur [menu li jinżel: “Vapur tal-passiġġieri”, “Vapur ro-ro”, “Bastiment tal-kontejners”, “Tanker taż-żejt”, “Tanker tas-sustanzi kimiċi”, “Trasportatur tal-LNG”, “Tanker tal-gass”, “Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa”, “Bastiment ta’ merkanzija ġenerali”, “Bastiment refriġeratur”, “Trasportatur tal-vetturi”, “Trasportatur ikkombinat”, “Vapur ro-ro tal-passiġġieri”, “Bastiment tal-kontejners/tal-vetturi”, “Tipi ta’ vapuri oħrajn”. Taħt il-kategorija “Vapur tal-passiġġieri”, is-subtip “Bastiment tal-kruċiera tal-passiġġieri” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli. Taħt il-kategorija “Tipi ta’ vapuri oħrajn”, is-subtip “Bastiment fuq il-baħar” huwa inkluż għall-għażla, jekk applikabbli.].

    1.5.

    Stat tal-Bandiera/tar-Reġistrazzjoni.

    1.6.

    Tunnellaġġ gross.

    2.   Dettalji tas-sid ta’ vapur

    2.1.

    Isem is-sid ta’ vapur u n-numru tal-kumpanija uniku tal-OMI tiegħu u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-sid irreġistrat.

    2.2.

    L-indirizz ta’ sid il-vapur: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż (1).

    2.3.

    Post prinċipali tan-negozju.

    3   Dettalji tal-kumpanija li qiegħda tissodisfa l-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2015/757 (kamp volontarju)

    3.1.

    Isem il-kumpanija u n-numru tal-kumpanija uniku tal-OMI tiegħu u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-sid irreġistrat.

    3.2.

    Natura tal-kumpanija [menu li jinżel: “Sid ta’ vapur”, “Kumpanija tal-ISM distinta mis-sid ta’ vapur”].

    3.3.

    L-indirizz tal-kumpanija: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż (2).

    3.4.

    Post prinċipali tan-negozju.

    4   Verifikatur

    4.1.

    Numru tal-akkreditazzjoni.

    4.2.

    Isem il-verifikatur.

    4.3.

    L-indirizz tal-kumpanija u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż.

    (1)  Il-pajjiż għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.

    (2)  Il-pajjiż għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat.


    ANNESS IV

    Mudell għar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji

    PARTI A

    Data li tidentifika l-kumpanija u l-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija għall-finijiet tal-ETS

    1.

    Isem tal-kumpanija.

    2.

    Natura tal-kumpanija [menu li jinżel: “Sid ta’ vapur”, “Kumpanija tal-ISM distinta mis-sid ta’ vapur”].

    3.

    Numru tal-kumpanija uniku tal-OMI u n-numru ta’ identifikazzjoni tas-sid irreġistrat.

    4.

    Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija [Il-pajjiż tar-reġistrazzjoni għandu jkun identiku għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpaniji Uniku tal-OMI u tas-Sid Irreġistrat].

    5.

    L-indirizz tal-kumpanija: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż.

    6.

    Persuna ta’ kuntatt:

    (a)

    L-isem: it-titlu, l-isem, il-kunjom u l-kariga

    (b)

    L-indirizz tan-negozju: il-linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż;

    (c)

    Numru tat-telefown tan-negozju;

    (d)

    Indirizz elettroniku tan-negozju.

    7.

    Awtorità amministrattiva responsabbli.

    8.

    Lista tal-bastimenti, li l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, u li huma taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ rapportar, inkluż għal kull vapur:

    in-numru ta’ identifikazzjoni tal-OMI tal-vapur;

    in-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-OMI tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat;

    il-perjodu li matulu l-vapur kien taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija.

    PARTI B

    Verifika

    1.

    Isem il-verifikatur tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11a.

    2.

    L-indirizz tal-verifikatur: linja tal-indirizz, il-belt, l-istat/il-provinċja/ir-reġjun, il-kodiċi postali/ZIP, il-Pajjiż.

    3.

    Numru tal-akkreditazzjoni.

    4.

    Korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jkun akkredita lill-verifikatur.

    5.

    Dikjarazzjoni tal-verifikatur.

    PARTI C

    Data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji

    RIŻULTATI MILL-AGGREGAZZJONI FIL-LIVELL TAL-KUMPANIJA TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPORTATI SKONT ID-DIRETTIVA 2003/87/KE

    1.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-vapuri kollha li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punt 1.1, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    2.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-vapuri kollha ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punt 1.1 u 1.2, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    3.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-vapuri kollha ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punt 1.1, 1.2 u 1.3, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    4.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-vapuri kollha ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punt 1.1 sa 1.4, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gass serra.

    RIŻULTATI GĦALL-FINI TAS-SOTTOMISSJONI LIR-REĠISTRU TAL-UNJONI

    5.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-bastimenti kollha tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punti 1.1 sa 1.5, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gassijiet serra u espressi kemm f’tunnellati kif ukoll f’ekwivalenti ta’ CO2.

    6.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-bastimenti kollha tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punti 1.1 sa 1.6, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gassijiet serra u espressi kemm f’tunnellati kif ukoll f’ekwivalenti ta’ CO2.

    7.

    Total tal-emissjonijiet aggregati totali tal-bastimenti kollha tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminata skont il-Parti C, il-punti 1.1 sa 1.7, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, u diżaggregati skont il-gassijiet serra u espressi kemm f’tunnellati kif ukoll f’ekwivalenti ta’ CO2.

    PARTI D

    Metodoloġija użata biex tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji

    Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata mill-kumpanija biex tiġbor u taggrega d-data tagħha għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, inklużi l-bidliet fil-metodoloġija meta mqabbla mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2449/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top