Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2162

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2162 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li jirtira l-protezzjoni mogħtija lill-indikazzjoni ġeografika (Sable de Camargue (IĠP))

    C/2023/6854

    ĠU L, 2023/2162, 18.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2162/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2162/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2162

    18.10.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2162

    tas-17 ta’ Ottubru 2023

    li jirtira l-protezzjoni mogħtija lill-indikazzjoni ġeografika (“Sable de Camargue” (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2) jistipula li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tapplika mutatis mutandis għat-tħassir tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta skont it-tifsira tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, it-talba ta’ Franza għat-tħassir tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Sable de Camargue” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Sable de Camargue” titħassar.

    (4)

    Fid-dawl tat-tħassir tal-protezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Sable de Camargue”, l-entrata tagħha għandha titħassar mir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti tal-Unjoni għall-inbejjed imsemmija fl-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-protezzjoni mogħtija lill-indikazzjoni ġeografika “Sable de Camargue” (IĠP) hija mħassra.

    Artikolu 2

    L-entrata tal-Indikazzjoni Ġeografika “Sable de Camargue” (IĠP) fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti għall-inbejjed hija mħassra.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.).

    (3)   ĠU C 183, 25.5.2023, p. 12.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2162/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top