This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1799
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1799 of 19 September 2023 amending Annexes I and II to Implementing Regulation (EU) 2023/594 laying down special control measures for African swine fever (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1799 tad-19 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1799 tad-19 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/6417
ĠU L 233, 21.9.2023, p. 27–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1799
tad-19 ta’ Settembru 2023
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 71(3) u 259(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan hu marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u li tista’ tħalli impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-pajjiżi terzi. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ aktar żoni ristretti madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
(3) |
Barra dan, l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċertu miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali selvaġġi, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan li għandhom jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri, li huma elenkati jew li għandhom żoni elenkati fl-Annessi I u II tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati). L-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jelenka ż-żoni ristretti I, II u III wara t-tifqigħat ta’ dik il-marda. |
(5) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni. L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ġew emendati l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1677 (5) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Latvja u fil-Polonja. Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta’ dik il-marda f’ċerti Stati Membri kkonċernati evolviet. |
(6) |
Kwalunkwe emenda fiż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika taż-żonar minħabba d-deni tal-ħnieżer Afrikan, u l-linji gwida tal-Unjoni miftiehma mal-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni (6). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (7) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) u l-ġustifikazzjonijiet għaż-żonar ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(7) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fi Stat Membru, l-Artikolu 3(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona ristretta mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
(8) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru, l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
(9) |
Barra minn hekk, wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona infettata fil-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(10) |
Barra minn hekk, fil-każ tal-ewwel u l-unika tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fil-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(11) |
L-Italja infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fit-territorju tagħha, wara l-konferma ta’ tifqigħa waħda ta’ dik il-marda fl-annimali porċini miżmuma fir-reġjun tal-Lombardija fit-18 ta’ Awwissu 2023, f’żona li qabel kienet ħielsa mill-mard. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, l-Italja stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri ġenerali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, biex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
(12) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1684 (8) ġiet adottata wara l-informazzjoni li waslet mill-Italja dwar din it-tifqigħa fl-annimali porċini miżmuma f’żona li qabel kienet ħielsa mill-mard, fir-reġjun tal-Lombardija ta’ dak l-Istat Membru. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1684 tapplika sat-28 ta’ Novembru 2023. |
(13) |
Barra minn hekk, f’Mejju tal-2023, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tifqigħa waħda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Campania f’żona li qabel kienet ħielsa mill-mard. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u din iż-żona infettata ġiet elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
(14) |
Barra minn hekk, l-Iżvezja infurmat lill-Kummissjoni bil-konferma fil-muniċipalità ta’ Fagersta ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fis-6 ta’ Settembru 2023, f’żona li qabel kienet ħielsa mill-mard. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
(15) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1778 (9) ġiet adottata wara l-informazzjoni li waslet mill-Iżvezja dwar din it-tifqigħa fl-annimali porċini selvaġġi f’żona li qabel kienet ħielsa mill-mard, fil-muniċipalità ta’ Fagersta ta’ dak l-Istat Membru. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1778 tapplika sas-6 ta’ Diċembru 2023. |
(16) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1677 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma fil-Kroazja u f’annimali porċini selvaġġi fl-Italja u fil-Kroazja, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti I u II fil-Ġermanja, u bħala żoni ristretti III fil-Latvja u fil-Polonja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini selvaġġi u miżmuma, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-mard li qed jiġu applikati minn dawk l-Istati Membri f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(17) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fl-Italja u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dan l-Istat Membru ġie rivalutat u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ ġew rivalutati u aġġornati. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
(18) |
F’Settembru tal-2023, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma fil-kontea ta’ Vukovar Srijem fil-Kroazja, f’żoni bħalissa elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Dawk it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, dawk iż-żoni tal-Kroazja bħalissa elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza f’dak l-Anness, affettwati minn dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni f’dak l-Anness minflok bħala żoni ta’ sorveljanza u l-konfini attwali taż-żoni ta’ sorveljanza jeħtieġ li jiġu ridefiniti wkoll biex jikkunsidraw din it-tifqigħa riċenti. |
(19) |
Meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Italja u t-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi fir-reġjun ta’ Campania, jenħtieġ li din iż-żona tal-Italja affettwata minn dawk it-tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan li bħalissa huma elenkati fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 għandhom issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u jitneħħew mill-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(20) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet il-Ġermanja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Ġermanja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fl-istati ta’ Mecklenburg-Western Pomerania u Brandenburg fil-Ġermanja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II. |
(21) |
Minbarra dan, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet il-Ġermanja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti I, u fiż-żoni ristretti li jmissu ma’ dawk iż-żoni ristretti I, elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Ġermanja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji tad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fl-istati ta’ Mecklenburg-Western Pomerania u Brandenburg fil-Ġermanja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti I, u fiż-żoni li jmissu ma’ dawk iż-żoni ristretti I. |
(22) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet il-Polonja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini miżmuma f’ċerti żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji tad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjuni ta’ Lubuskie, Dolnośląskie u Wielkopolskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’dawn iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan. |
(23) |
Fl-aħħar nett, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet il-Latvja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini miżmuma f’ċerti żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Latvja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji tad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fil-Kontea ta’ Kuldīgas fil-Latvja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’dawk iż-żoni ristretti III, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. Dawk iż-żoni ristretti III jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan. |
(24) |
Fil-każ tal-ewwel u l-unika tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fil-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Għaldaqstant, iż-żona ristretta stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Italja fir-reġjun tal-Lombardija jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1684 u jenħtieġ li titħassar. |
(25) |
B’mod simili, wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona infettata fil-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona infettata stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Iżvezja fil-muniċipalità ta’ Fagersta u f’partijiet mill-muniċipalitajiet ta’ Surahammar, Norberg, Skinnskatteberg, Västerås, Sala, Smedjebacken u Avesta, tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1778 jenħtieġ li titħassar. |
(26) |
Fl-aħħar nett, meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja u t-tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi u miżmuma, iż-żoni tal-Kroazja affettwati minn dawk it-tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan jenħtieġ li jiġu elenkati għal perjodu ta’ żmien itwal fil-Partijiet A u B tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni infettati u ristretti f’dak l-Anness issa jiġu elenkati sa Ottubru 2023. |
(27) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda r-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda b’mod proattiv, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Italja, għal-Latvja, u għall-Polonja u jiġu elenkati bħala żoni ristretti I u II, jenħtieġ li wħud mill-partijiet taż-żoni ristretti I u II jitneħħew mil-lista għall-Ġermanja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda għall-Kroazja u jiġu elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, u ż-żoni attwalment infettati u ristretti għall-Kroazja li huma elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu estiżi. Peress li s-sitwazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan hija dinamika ħafna fl-Unjoni, meta ġew demarkati dawk iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni tal-madwar. |
(28) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fejn jidħol it-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, hu importanti li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 minn dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
(29) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1684
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1684 titħassar.
Artikolu 3
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1778
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1778 titħassar.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1677 tat-30 ta’ Awwissu 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (ĠU L 216, 1.9.2023, p. 39)
(6) Id-Dokument ta’ Ħidma SANTE/7112/2015/Rev. 3 “Principles and criteria for geographically defining ASF regionalisation”. https://ec.europa.eu/food/animals/animal-diseases/control-measures/asf_en
(7) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, id-29 edizzjoni, 2021. Volumi I u II, ISBN 978-92-95115-40-8; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1684 tal-31 ta’ Awwissu 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Italja (ĠU L 123, 4.9.2023, p. 123).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1778 tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Iżvezja (ĠU L 228, 15.9.2023, p. 251).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI I, II U III
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
Bundesland Brandenburg:
|
Bundesland Sachsen:
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
— |
Dienvidkurzemes novada, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, |
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
— |
Palangos miesto savivaldybė. |
5. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 950950, 950960, 950970, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951950, 952050, 952150, 952250, 952550, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953650, 953660, 953750, 953850, 953950, 953960, 954050, 954060, 954150, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150, 956160, 956250, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 751250, 751260, 751350, 751360, 751750, 751850, 751950, 753650, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754360, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754850 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577250, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie łódzkim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie opolskim:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
w województwie małopolskim:
|
w województwie śląskim:
|
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
in the district of Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
— |
in the district of Veľký Krtíš, the municipalities of Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
— |
in the district of Levice, the municipalities of Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Tehla, Lula, Beša, Jesenské, Ina, Lok, Veľký Ďur, Horný Pial, Horná Seč, Starý Tekov, Dolná Seč, Hronské Kľačany, Levice, Podlužany, Krškany, Brhlovce, Bory, Santovka, Domadice, Hontianske Trsťany, Žemberovce, |
— |
in the district of Krupina, the municipalities of Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
— |
the whole district of Ružomberok, except municipalities included in zone II, |
— |
the whole district of Turčianske Teplice, except municipalities included in zone II, |
— |
in the district of Martin, municipalties of Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, Ďanová, Karlová, Laskár, Rakovo, Príbovce, Košťany nad Turcom, Socovce, Turčiansky Ďur, Kláštor pod Znievom, Slovany, Ležiachov, Benice, |
— |
in the district of Dolný Kubín, the municipalities of Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
— |
in the district of Tvrdošín, the municipalities of Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
— |
in the district of Prievidza, the municipalities of Handlová, Cígeľ, Podhradie, Lehota pod Vtáčnikom, Ráztočno, |
— |
the whole district of Partizánske, except municipalities included in zone II, |
— |
in the district of Topoľčany, the municipalities of Krnča, Prázdnovce, Solčany, Nitrianska Streda, Čeľadince, Kovarce, Súlovce, Oponice, |
— |
in the district of Nitra, the municipalities of Horné Lefantovce, Dolné Lefantovce, Bádice, Jelenec, Žirany, Podhorany, Nitrianske Hrnčiarovce, Štitáre, Pohranice, Hosťová, Kolíňany, Malý Lapáš, Dolné Obdokovce, Čeľadice, Veľký Lapáš, Babindol, Malé Chyndice, Golianovo, Klasov, Veľké Chyndice, Nová Ves nad Žitavou, Paňa, Vráble, Tajná, Lúčnica nad Žitavou, Žitavce, Melek, Telince, Čifáre. |
8. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
Piedmont Region:
|
Liguria Region:
|
Emilia-Romagna Region:
|
Lombardia Region:
|
Lazio Region:
|
Sardinia Region:
|
Calabria Region:
|
In Basilicata Region:
|
In Campania Region:
|
9. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fiċ-Ċekja:
Liberecký kraj:
|
Středočeský kraj
|
10. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
— |
in the regional unit of Drama:
|
— |
in the regional unit of Xanthi:
|
— |
in the regional unit of Rodopi:
|
— |
in the regional unit of Evros:
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
— |
in the regional unit of Pella:
|
— |
in the regional unit of Kozani:
|
— |
in the regional unit of Florina:
|
— |
in the regional unit of Kastoria:
|
— |
in the regional unit of Ioannina:
|
— |
in the regional unit of Thesprotia:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
— |
the whole region of Haskovo, |
— |
the whole region of Yambol, |
— |
the whole region of Stara Zagora, |
— |
the whole region of Pernik, |
— |
the whole region of Kyustendil, |
— |
the whole region of Plovdiv, |
— |
the whole region of Pazardzhik, excluding the areas in Part III, |
— |
the whole region of Smolyan, |
— |
the whole region of Dobrich, |
— |
the whole region of Sofia city, |
— |
the whole region of Sofia Province, |
— |
the whole region of Blagoevgrad, |
— |
the whole region of Razgrad, |
— |
the whole region of Kardzhali, |
— |
the whole region of Burgas, |
— |
the whole region of Varna, |
— |
the whole region of Silistra, |
— |
the whole region of Ruse, |
— |
the whole region of Veliko Tarnovo, |
— |
the whole region of Pleven, |
— |
the whole region of Targovishte, |
— |
the whole region of Shumen, |
— |
the whole region of Sliven, |
— |
the whole region of Vidin, |
— |
the whole region of Gabrovo, |
— |
the whole region of Lovech excluding the areas in Part III, |
— |
the whole region of Montana, excluding the areas in Part III, |
— |
the whole region of Vratza excluding the areas in Part III. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
Bundesland Brandenburg:
|
Bundesland Sachsen:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Augšdaugavas novads, |
— |
Ādažu novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Grobiņas, Rucavas, Vērgales, Medzes, Embūtes, Kalvenes, Kazdangas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules, Grobiņas pilsēta, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Gulbenes novada Daukstu, Druvienas, Galgauskas, Jaungulbenes, Lejasciema, Lizuma, Līgo, Rankas, Tirzas pagasts, |
— |
Jelgavas novads, |
— |
Jēkabpils novada Aknīstes, Asares, Atašienes, Dunavas, Elkšņu, Gārsenes, Kalna, Krustpils, Leimaņu, Rites, Rubenes, Salas, Saukas, Sēlpils, Variešu, Viesītes, Zasas pagasts, Ābeļu pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa posmā no apdzīvotas vietas Laši līdz Ābeļu pagasta robežai, Dignājas pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V824, Jēkabpils valstspilsēta, Viesītes, Aknīstes pilsēta, |
— |
Krāslavas novada Andrupenes, Andzeļu, Aulejas, Bērziņu, Dagdas, Ezernieku, Grāveru, Izvaltas, Kaplavas, Kastuļinas, Kombuļu, Konstantinovas, Krāslavas, Ķepovas, Piedrujas, Svariņu, Šķaunes, Šķeltovas, Ūdrīšu pagasts, Dagdas, Krāslavas pilsēta, |
— |
Kuldīgas novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novada Jersikas, Rožupes, Rudzātu, Sutru pagasts, Līvānu pilsēta, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novada Barkavas pagasta daļa uz Rietumiem no ceļā Meirānu kanāls – Vēršuzepi, Bērzaunes, Ērgļu, Indrānu, Jumurdas, Kalsnavas, Ošupes, Sausnējas, Vestienas pagasts, Liezēres pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa P30, Aronas pagasta daļa uz rietumiem no autoceļa P30, Lubānas, Madonas pilsēta, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Rēzeknes novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Feimaņu, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Lūznavas, Mākoņkalna, Maltas, Nautrēnu, Ozolaines, Ozolmuižas, Pušas, Sakstagala, Silmalas, Sokolku, Stoļerovas, Stružānu, Vērēmu pagasts, Dekšāres pagasta daļa uz Dienvidiem no autoceļa A12, Dricānu pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa P36, Gaigalavas pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa P36, Viļānu pagasta daļa uz Dienvidiem no autoceļa A12, Viļānu pilsēta, |
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novads, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Valmieras novads, |
— |
Varakļānu novad, novada Murmastienes pagasts, Varakļānu pagasta daļa uz Rietumiem no autoceļa V869, Varakļānu pilsēta, |
— |
Ventspils novads, |
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Juodaičių, Seredžiaus, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Kazlų Rūdos seniūnija, išskyrus vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, Plutiškių seniūnija, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kražių, Liolių, Tytuvėnų, Tytuvėnų apylinkių, Pakražančio ir Vaiguvos seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių ir Videniškių seniūnijos, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
— |
Rietavo savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
— |
Šakių rajono savivaldybė: Kriūkų, Lekėčių ir Lukšių seniūnijos, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kužių, Meškuičių, Raudėnų, Šakynos ir Šiaulių kaimiškosios seniūnijos, |
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Kernavės, Musninkų ir Širvintų seniūnijos, |
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Deltuvos, Lyduokių, Pabaisko, Pivonijos, Siesikų, Šešuolių, Taujėnų, Ukmergės miesto, Veprių, Vidiškių ir Žemaitkiemo seniūnijos, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų ir Zujūnų seniūnijos, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Békés megye 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952350, 952450, 952650 és 956350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753660, 754150, 754250, 754370, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Komárom-Esztergom megye 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie podlaskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie podkarpackim:
|
w województwie małopolskim:
|
w województwie pomorskim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
w województwie lubuskim:
|
w województwie dolnośląskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie łódzkim:
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
w województwie opolskim:
|
w województwie śląskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
— |
the whole district of Gelnica, |
— |
the whole district of Poprad, |
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
— |
the whole district of Levoča, |
— |
the whole district of Kežmarok, |
— |
the whole district of Michalovce, except municipalities included in zone III, |
— |
the whole district of Medzilaborce, |
— |
the whole district of Košice-okolie, |
— |
the whole district of Rožnava, |
— |
the whole city of Košice, |
— |
the whole district of Sobrance, except municipalities included in zone III, |
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
— |
the whole district of Humenné, |
— |
the whole district of Snina, |
— |
the whole district of Prešov, |
— |
the whole district of Sabinov, |
— |
the whole district of Svidník, |
— |
the whole district of Stropkov, |
— |
the whole district of Bardejov, |
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
— |
the whole district of Revúca, |
— |
the whole district of Rimavská Sobota, |
— |
in the district of Veľký Krtíš, the whole municipalities not included in part I, |
— |
the whole district of Lučenec, |
— |
the whole district of Poltár, |
— |
the whole district of Zvolen, |
— |
the whole district of Detva, |
— |
the whole district of Krupina, except municipalities included in zone I, |
— |
the whole district of Banska Stiavnica, |
— |
the whole district of Žarnovica, |
— |
the whole district of Banska Bystica, |
— |
the whole district of Brezno, |
— |
the whole district of Liptovsky Mikuláš, |
— |
the whole district of Trebišov’, |
— |
the whole district of Zlaté Moravce, |
— |
in the district of Levice the municipality of Kozárovce, Kalná nad Hronom, Nový Tekov, Malé Kozmálovce, Veľké Kozmálovce, Tlmače, Rybník, Hronské Kosihy, Čajkov, Nová Dedina, Devičany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, Drženice, |
— |
in the district of Turčianske Teplice, municipalties of Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
— |
in the district of Ružomberok, municipalties of Liptovské revúce, Liptovská osada, Liptovská Lúžna, |
— |
the whole district Žiar nad Hronom, |
— |
in the district of Prievidza, municipalties of Kamenec pod Vtáčnikom, Bystričany, Čereňany, Oslany, Horná Ves, Radobica, |
— |
in the district of Partizánske, the municipalities of Veľké Uherce, Pažiť, Kolačno, Veľký Klíž, Ješkova Ves, Klátová Nová Ves. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
Piedmont Region:
|
Liguria Region:
|
Lombardia Region:
|
Emilia-Romagna Region:
|
Lazio Region:
|
Sardinia Region:
|
Calabria Region:
|
10. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fiċ-Ċekja:
Liberecký kraj:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
the Pazardzhik region:
|
the Montana region:
|
the Lovech region:
|
the Vratsa region:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
Sardinia Region:
|
Calabria Region:
|
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
— |
Gulbenes novada Beļavas, Litenes, Stāmerienas, Stradu pagasts, Gulbenes pilsēta, |
— |
Krāslavas novada Robežnieku, Indras, Kalniešu, Skaistas, Asūnes pagasts, |
— |
Madonas novada Cesvaines, Sarkaņu, Dzelzavas, Lazdonas, Ļaudonas, Praulienas, Mārcienas, Mētrienas pagasts, Liezēres pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa P30, Aronas pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa P30, Barkavas pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa Meirānu kanāls – Vēršuzepi, Cesvaines pilsēta, |
— |
Jēkabpils novada Kūku, Mežāres, Vīpes pagasts, Dignājas pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V824, Ābeļu pagasta daļa uz austrumiem no autoceļa posmā no apdzīvotas vietas Laši līdz Ābeļu pagasta robežai, |
— |
Līvānu novada Turku pagasts, |
— |
Rēzeknes novada Nagļu, Rikavas pagasts, Gaigalavas pagasta daļa uz Rietumiem no autoceļa P36, Dricānu pagasta daļa uz Rietumiem no autoceļa P36, Dekšāres pagasta daļa uz Ziemeļiem no autoceļa A12, Viļānu pagasta daļa uz Ziemeļiem no autoceļa A12, |
— |
Varakļānu novada Varakļānu pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa V869. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto seniūnija, Girdžių, Jurbarkų Raudonės, Skirsnemunės, Veliuonos ir Šimkaičių seniūnijos, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Dubingių ir Giedraičių seniūnijos, |
— |
Marijampolės savivaldybė, |
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Gelgaudiškio, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Sintautų, Slavikų, Sudargo, Šakių, Plokščių ir Žvirgždaičių seniūnijos, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Antanavos, Jankų ir Kazlų Rūdos seniūnijos: vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės apylinkių, Kukečių, Šaukėnų ir Užvenčio seniūnijos, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Alionių ir Zibalų seniūnijos, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Bubių, Kuršėnų kaimiškoji ir Kuršėnų miesto seniūnijos, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Želvos seniūnija, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Paberžės seniūnija. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
w województwie wielkopolskim:
|
w województwie lubelskim:
|
w województwie mazowieckim:
|
w województwie świętokrzyskim:
|
6. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Zona orașului București, |
— |
Județul Constanța, |
— |
Județul Satu Mare, |
— |
Județul Tulcea, |
— |
Județul Bacău, |
— |
Județul Bihor, |
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
— |
Județul Brăila, |
— |
Județul Buzău, |
— |
Județul Călărași, |
— |
Județul Dâmbovița, |
— |
Județul Galați, |
— |
Județul Giurgiu, |
— |
Județul Ialomița, |
— |
Județul Ilfov, |
— |
Județul Prahova, |
— |
Județul Sălaj, |
— |
Județul Suceava |
— |
Județul Vaslui, |
— |
Județul Vrancea, |
— |
Județul Teleorman, |
— |
Judeţul Mehedinţi, |
— |
Județul Gorj, |
— |
Județul Argeș, |
— |
Judeţul Olt, |
— |
Judeţul Dolj, |
— |
Județul Arad, |
— |
Județul Timiș, |
— |
Județul Covasna, |
— |
Județul Brașov, |
— |
Județul Botoșani, |
— |
Județul Vâlcea, |
— |
Județul Iași, |
— |
Județul Hunedoara, |
— |
Județul Alba, |
— |
Județul Sibiu, |
— |
Județul Caraș-Severin, |
— |
Județul Neamț, |
— |
Județul Harghita, |
— |
Județul Mureș, |
— |
Județul Cluj, |
— |
Județul Maramureş. |
7. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
Bundesland Brandenburg:
|
8. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Greċja:
— |
in the regional unit of Serres:
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
9. L-Estonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Estonja:
— |
The following villages in Rõuge vald:
|
— |
The following villages in Setomaa vald:
|
— |
The following villages in Räpina vald:
|
— |
The following villages in Põlva vald:
|
— |
The following towns in Põlva vald:
|
— |
The following villages in Võru vald:
|
ANNESS II
ŻONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI INFETTATI JEW BĦALA ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikoli 6(2) u 7(2))
PARTI A
Żoni stabbiliti bħala żoni infettati wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard:
Stat Membru: Il-Kroazja
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
HR-ASF-2023-00074 |
|
26.10.2023 |
Stat Membru: L-Iżvezja
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||
SE-ASF-2023-00001 |
County of Västmanland:
County of Dalarna:
|
6.12.2023 |
PARTI B
Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma fi Stat Membru jew f’żona li qabel kienu ħielsa mill-mard:
Stat Membru: Il-Kroazja
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
HR-ASF-2023-00001 |
Iż-żona ta’ protezzjoni tinkludi ż-żoni ta’:
Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:
|
26.10.2023 |
Stat Membru: Il-Greċja
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||
GR-ASF-2023-00008 |
Żona ta’ protezzjoni:
Żona ta’ sorveljanza:
|
5.10.2023 |
Stat Membru: L-Italja
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||
IT-ASF-2023-00779 |
Żona ta’ protezzjoni:
Żona ta’ sorveljanza:
|
28.11.2023 |