Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32023R1663
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1663 of 21 August 2023 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (‘Asparago di Cantello’ (PGI))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1663 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li japprova emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Asparago di Cantello” (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1663 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li japprova emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Asparago di Cantello” (IĠP)]
C/2023/5739
ĠU L 211, 28.8.2023., 1.–2. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1663
tal-21 ta’ Awwissu 2023
li japprova emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [“Asparago di Cantello” (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Asparago di Cantello”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/82 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir l-emenda, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-isem “Asparago di Cantello” (IĠP), hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/82 tad-19 ta’ Jannar 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Asparago di Cantello (IĠP)] (ĠU L 17, 26.1.2016, p. 7).