Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1163

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1163 tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-lyżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3782

    ĠU L 154, 15.6.2023, p. 41–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1163/oj

    15.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/41


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1163

    tal-14 ta’ Ġunju 2023

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-lyżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-monoidroklorur tal-L-liżina u s-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent.

    (5)

    L-Awtorità kkonkludiet li l-esponiment permezz tan-nifs għall-monoidroklorur tal-L-liżina u għas-sulfat tal-L-liżina prodotti bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 huwa meqjus probabbli ħafna u li fin-nuqqas ta’ data, ma tistax tikkonkludi dwar il-potenzjal taż-żewġ addittivi li jkunu irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn jew li jkunu sensitizzaturi dermali.

    (6)

    L-Awtorità kkonkludiet li l-addittivi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (7)

    Il-valutazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina u tas-sulfat tal-L-liżina prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittivi.

    (8)

    Fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, it-tikketta tal-addittivi u tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tqajjem kuxjenza li s-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari permezz tal-ilma tax-xorb, jenħtieġ li tqis l-aċidi amminiċi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jiġi stabbilit livell massimu għas-sulfat tal-L-liżina minħabba l-effetti negattivi potenzjali mill-kontenut intrinsiku għoli ta’ sulfat fl-addittiv. Il-livell ta’ 10 000 mg/kg ta’ għalf sħiħ tqies bħala sikur skont l-opinjoni tal-Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2015 (3) maħruġa għal sulfat tal-L-liżina ieħor.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2022;20(10):7613.

    (3)  EFSA Journal 2015;13(7):4155


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: l-aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

    3c322IV

    Monoidroklorur tal-L-liżina

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Monoidroklorur tal-L-liżina b’kontenut minimu ta’ 78,8 % ta’ L-liżina fuq bażi ta’ materja niexfa u kontenut ta’ ndewwa massimu ta’ 1 %.

    Forma solida

    L-ispeċijiet kollha

     

     

    1.

    Il-kontenut tal-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketti tal-addittiv

    2.

    L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

    3.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

    4.

    It-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jindikaw dan li ġej: “Is-supplimentazzjoni bil-monoidroklorur tal-L-liżina, b’mod partikolari permezz tal-ilma tax-xorb, jenħtieġ li tqis l-aċidi amminiċi essenzjali kollha u l-aċidi amminiċi kundizzjonalment essenzjali kollha biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

    5.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

    Is-6 ta’ Lulju 2033

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Monoidroklorur tal-L-liżina prodott bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 17927]

    Formola kimika: C6H14N2O2

    Numru CAS: 657-27-2

    Metodu analitiku  (1)

    Għall-identifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf: Food Chemical Codex “L-lysine monohydrochloride monograph”

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittivi tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel (li fihom aktar minn 10 % liżina): – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), deskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma: – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD); – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS)


    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: l-aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

    3c329

    Sulfat tal-L-liżina

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Sulfat tal-L-liżina b’kontenut minimu ta’ 55 % ta’ L-liżina fuq bażi ta’ materja niexfa u kontenut massimu ta’:

    4 % indewwa;

    26,5 % sulfat;

    0,8 % aċidi amminiċi ħielsa għajr il-liżina

    Forma solida

    L-ispeċijiet kollha

    -

    10 000

    1.

    Il-kontenut tal-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikketti tal-addittiv.

    2.

    L-addittiv jista’ jintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

    3.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin, l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

    4.

    It-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jindikaw dan li ġej: “Is-supplimentazzjoni bis-sulfat tal-L-liżina, b’mod partikolari permezz tal-ilma tax-xorb, jenħtieġ li tqis l-aċidi amminiċi essenzjali kollha u l-aċidi amminiċi kundizzjonalment essenzjali kollha biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

    5.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

    Is-6 ta’ Lulju 2033

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Sulfat tal-L-liżina prodott bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC

    17927

    Formola kimika: C12H28N4O4-O4S

    Numru CAS: 60343-69-3

    Metodu analitiku:  (2)

    Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf (sulfat tal-L-liżina): European Pharmacopoeia monograph 20301

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittivi tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel (li fihom aktar minn 10 % liżina): – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), deskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma: – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD); – kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS)


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt


    Top