EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0822

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/822 tas-17 ta’ April 2023 dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/2336

ĠU L 102I, 17.4.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/822/oj

17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 102/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/822

tas-17 ta’ April 2023

dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Posizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Sal-31 ta’ Mejju 2023, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 (2) jagħti, lil kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur, eżenzjoni ta’ kategorija mill-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(2)

L-operat tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 ġie mmonitorjat u evalwat skont l-Artikolu 7 tiegħu. Dik l-evalwazzjoni uriet li l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 461/2010, b’mod ġenerali, ġiet perċepita b’mod pożittiv.

(3)

Il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 461/2010 huwa limitat għal akkordji vertikali u prattiki miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur li fir-rigward tagħhom il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat tista’ tiġi preżunta b’ċertezza suffiċjenti. F’dak ir-rigward, ma kien hemm l-ebda bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq li jirfdu r-Regolament (UE) Nru 461/2010, għalhekk xorta jista’ jiġi preżunt b’ċertezza suffiċjenti li l-akkordji vertikali u l-prattiki miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur li għalihom japplika dak ir-Regolament ikomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża.

(4)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis il-bidliet possibbli fil-kundizzjonijiet tas-suq, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 461/2010 jiġi estiż b’ħames snin.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 461/2010 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 461/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-operat ta’ dan ir-Regolament u twettaq evalwazzjoni tiegħu qabel l-31 ta’ Mejju 2028.”

;

(2)

fl-Artikolu 8, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2028.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU 36, 6.3.1965, p. 533/65.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 tas-27 ta’ Mejju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur, (ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52).


Top