Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0514

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/514 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 rigward prodotti raffinati ħafna, il-lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom pjan ta’ kontroll approvat, u l-inklużjoni tal-Moldova fil-lista tal-pajjiżi terzi li huma awtorizzati jdaħħlu kunsinni ta’ bajd fl-Unjoni maħsubin biex jitqiegħdu fis-suq bħala bajd tal-Klassi A (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/1480

    ĠU L 71, 9.3.2023, p. 11–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/514/oj

    9.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/514

    tat-8 ta’ Marzu 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 rigward prodotti raffinati ħafna, il-lista ta’ pajjiżi terzi li għandhom pjan ta’ kontroll approvat, u l-inklużjoni tal-Moldova fil-lista tal-pajjiżi terzi li huma awtorizzati jdaħħlu kunsinni ta’ bajd fl-Unjoni maħsubin biex jitqiegħdu fis-suq bħala bajd tal-Klassi A

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 u għandu l-għan li jiżgura li kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti tal-Unjoni għas-sikurezza tal-ikel jew ma’ rekwiżiti li jkunu rikonoxxuti li jkunu mill-inqas ekwivalenti għalihom. B’mod partikolari, dak ir-Regolament jidentifika l-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għar-rekwiżit li jiġu minn pajjiż terz li jinsab fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew minn reġjun tiegħu.

    (2)

    L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li ċerti kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u ta’ prodotti komposti, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiżi terzi li hemm fil-lista tal-pajjiżi terzi approvati biex idaħħlu fl-Unjoni dawn il-kunsinni għall-konsum mill-bniedem.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (3) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

    (4)

    Minn mindu saret emenda riċenti (4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), it-terminu prodotti raffinati ħafna jkopri wkoll derivattivi mix-xaħam u aromatizzanti tal-ikel li jkunu awtorizzati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), soġġett għal trattamenti li jeskludu kull riskju għas-saħħa pubblika jew għas-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat biex ikun konsistenti ma’ din il-bidla.

    (5)

    L-Ażerbajġan ressaq pjan ta’ kontroll li jkopri l-bajd tal-ħut u l-kavjar. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat.

    (6)

    Il-Libanu ressaq pjan ta’ kontroll li jkopri l-għasel. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat.

    (7)

    Isle of Man hija elenkata fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex tesporta l-laħam ovin u kaprin lejn l-Unjoni. Iżda Isle of Man għarrfet lill-Kummissjoni li ma għadiex interessata tesporta l-laħam kaprin lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-entrata tal-Isle of Man dwar il-laħam ovin u kaprin f’dik it-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 tkopri biss il-laħam ovin.

    (8)

    Il-Ġappun huwa elenkat fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex jesporta l-laħam tal-majjal lejn l-Unjoni. Iżda l-Ġappun għarraf lill-Kummissjoni li ma għadux interessat li jressaq pjan ta’ kontroll għal-laħam tal-majjal, u minflok biħsiebu juża biss laħam tal-majjal li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati li jidħlu dawn il-prodotti fl-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tal-Ġappun dwar il-laħam tal-majjal tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

    (9)

    Ir-Renju Unit huwa elenkat fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 biex jesporta l-laħam tal-fenek lejn l-Unjoni. Iżda r-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li ma għadux interessat li jressaq pjan ta’ kontroll għal-laħam tal-fenek, u minflok biħsiebu juża biss laħam tal-fenek li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati li jidħlu dawn il-prodotti fl-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tar-Renju Unit dwar il-laħam tal-fenek tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

    (10)

    It-Tajlandja ma ressqitx pjan ta’ kontroll għall-ħalib lill-Kummissjoni. Madankollu t-Tajlandja pprovdiet garanziji li tuża biss ħalib li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jidħol il-ħalib fl-Unjoni. Barra minn hekk għarrfet lill-Kummissjoni li dan il-ħalib li jkun għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ma jkunx limitat għall-prodotti komposti li fihom prodotti tal-ħalib ipproċessat. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li l-entrata tat-Tajlandja dwar il-ħalib tiġi addattata kif xieraq fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

    (11)

    L-Istati Uniti tal-Amerka ressqu pjan ta’ kontroll li jkopri l-budellati. Il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi approvat.

    (12)

    Attwalment ir-Rwanda hija elenkata għall-għasel, u l-Kolombja u s-Sirja huma elenkati għall-budellati fit-tabella tal-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Billi dawk il-pajjiżi terzi ma ressqux pjanijiet lill-Kummissjoni għall-prodotti rispettivi, jenħtieġ li dawk l-entrati jitħassru mit-tabella f’dak l-Anness.

    (13)

    Il-Moldova ressqet programm għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tal-bajd biex tkun awtorizzata ddaħħal bajd tal-klassi A fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Dak il-programm ta’ kontroll ġie vvalutat mill-Kummissjoni b’riżultat favorevoli. Il-konformità b’rabta mar-rekwiżiti dwar il-kontroll tas-Salmonella f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ġiet ivverifikata darbtejn waqt l-awditu li wettqet il-Kummissjoni f’April tal-2022 (8). Għalhekk jenħtieġ li l-Moldova tiġi awtorizzata ddaħħal il-bajd tal-klassi A fl-Unjoni.

    (14)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan.

    (15)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 22, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Kunsinni ta’ prodotti raffinati ħafna kif deskritt fis-Sezzjoni XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, maħsubin għall-konsum mill-bniedem, għandhom jiġu awtorizzati biex jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi li ġejjin jew mir-reġjuni tagħhom:”;

    (2)

    L-Anness -I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (3)

    L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward tal-prodotti tas-sajd, tal-bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (ĠU L 299, 18.11.2022, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

    (8)  DG(SANTE)2021-7268 — ir-rapport finali li jinsab hawn https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4533


    ANNESS I

    L-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS -I

    Lista ta’ pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom pjanijiet ta’ kontroll approvati għal ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u għal prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif imsemmija fl-Artikolu 2a, fl-Artikolu 3, fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, fl-Artikoli 11, 15, 16, 21 u fl-Artikolu 25, il-punti (a) u (c)

    Kodiċi ISO tal-Pajjiż

    Pajjiż terz (1) jew reġjuni tiegħu

    Bovin

    Ovin/kaprin

    Porċin

    Ekwin

    Pollam

    Akkwakultura (17)

    Ħalib

    Bajd

    Fenek

    Kaċċa salvaġġa

    Kaċċa mrobbija

    Għasel

    Budellati

    AD

    Andorra

    X

    X

    Δ

    X

     

    P

     

     

     

     

     

    X

     

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

     

     

     

     

     

    Δ

    P

    X (2)

    O

    O

     

     

     

    X (3)

     

    AL

    L-Albanija

     

    X

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    X

     

     

     

     

    X

    AM

    L-Armenja

     

     

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    AR

    L-Arġentina

    X

    X

     

    X

    X

    X (14)

    P

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    AU

    L-Awstralja

    X

    X

     

    X

     

    X

    M

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    AZE

    L-Ażerbajġan

     

     

     

     

     

    X (16)

    P

     

     

     

     

     

     

     

    BA

    Il-Bożnija-Ħerzegovina

    X

    X

    X

     

    X

    X (14)

    P

    X

    X

     

     

     

    X

     

    BD

    Il-Bangladesh

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    BF

    Il-Burkina Faso

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    BJ

    Il-Benin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    BN

    Il-Brunei

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    BR

    Il-Brażil

    X

     

     

    X

    X

    X

    P

    O

    O

     

     

     

    X

    X

    BW

    Il-Botswana

    X

     

     

     

     

    P

     

     

     

     

     

     

     

    BY

    Il-Belarussja

     

     

     

    X (8)

     

    X (14)

    P

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    BZ

    Il-Belize

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    CA

    Il-Kanada

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    M

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    CH

    L-Iżvizzera (7)

    X

    X

    X

    X

    X

    X (14)

    M

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    CL

    Iċ-Ċilì

    X

    X5

    X

     

    X

    X (14)

    M

    X

    O

     

    X

     

    X

    X

    CM

    Il-Kamerun

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    CN

    Iċ-Ċina

     

     

     

     

    X

    X

    P

    O

    X

    X

     

     

    X

    X

    CO

    Il-Kolombja

     

     

     

     

     

    X

    P

    X

    Δ

     

     

     

     

     

    CR

    Il-Costa Rica

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    CU

    Kuba

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    DO

    Ir-Repubblika Dominicana

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    EC

    L-Ekwador

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    EG

    L-Eġittu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    ET

    L-Etjopja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    FK

    Il-Gżejjer Falkland

    X

    X (5)

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    FO

    Il-Gżejjer Faeroe

     

     

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    GB

    Ir-Renju Unit (6)

    X

    X

    X

    X

    X

    X (14)

    Δ

    M

    X

    X

    Δ

    X

    X

    X

    X

    GE

    Il-Georgia

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    GG

    Guernsey

     

     

     

     

     

    O

    M

    X

    O

     

     

     

     

     

    GL

    Greenland

     

    X (5)

     

     

     

    M

     

     

     

     

    X

     

     

    GT

    Il-Gwatemala

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    HK

    Hong Kong

     

     

     

     

     

    Δ

    P

     

    Δ

     

     

     

     

     

    HN

    Il-Honduras

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    ID

    L-Indoneżja

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    IL

    Iżrael (4)

     

     

     

     

    X

    X (14)

    P

    X

    X

     

     

     

    X

     

    IM

    Isle of Man

    X

    X (5)

    X

     

     

    X (14)

    M

    X

    O

     

     

     

    X

     

    IN

    L-Indja

     

     

     

     

    O

    X

    P

    O

    X

     

     

     

    X

    X

    IR

    L-Iran

     

     

     

     

     

    X (15)

    X (16)

    P

    O

    O

     

     

     

     

    X

    JE

    Jersey

    X

     

     

     

     

    M

    X

    O

     

     

     

     

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

     

     

     

     

    M

     

     

     

     

     

    X

     

    JP

    Il-Ġappun

    X

     

    Δ

     

    X

    X (14)

    M

    X

    X

     

     

     

    Δ

    X

    KE

    Il-Kenja

     

     

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    KR

    Il-Korea t’Isfel

     

     

     

     

    X

    X

    M

    O

    O

     

     

     

    Δ

     

    LB

    Il-Libanu

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    LK

    Is-Sri Lanka

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    MA

    Il-Marokk

     

     

     

     

    X

    X (14)

    Δ

    M

    O

    O

     

     

     

     

    X

    MD

    Il-Moldova

     

     

     

     

    X

    X (14)

    P

    X

    X

     

     

     

    X

     

    ME

    il-Montenegro

    X

    X (5)

    X

     

    X

    X (14)

    P

    X

    X

     

     

     

    X

     

    MG

    Madagascar

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    MK

    Il-Maċedonja ta’ Fuq

    X

    X

    X

     

    X

    X (14)

    P

    X

    X

     

    X

     

    X

     

    MM

    Il-Myanmar

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    MN

    Il-Mongolja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    MU

    Mauritius

     

     

     

     

     

    X (14)

    P

    O

    O

     

     

     

    Δ

     

    MX

    Il-Messiku

     

     

    Δ

     

     

    X

    P

    O

    X

     

     

     

    X

     

    MY

    Il-Malażja

     

     

     

     

    Δ

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    MZ

    Il-Mozambique

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    NA

    In-Namibja

    X

    X (5)

     

     

     

    P

     

     

     

    X

     

     

     

    NC

    New Caledonia

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

    X

    X

     

    NG

    In-Niġerja

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    NI

    In-Nikaragwa

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    NZ

    New Zealand

    X

    X

    O

    X

    O

    X (14)

    M

    X

    O

    O

    X

    X

    X

    X

    PA

    Il-Panama

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    PE

    Il-Perù

     

     

     

     

     

    X

    M

    O

    O

     

     

     

     

     

    PH

    Il-Filippini

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    PK

    Il-Pakistan

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    PM

    Saint Pierre u Miquelon

     

     

     

     

    X

    P

     

     

     

     

     

     

     

    PN

    Il-Gżejjer Pitcairn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    PY

    Il-Paragwaj

    X

     

     

     

     

    P

     

     

     

     

     

     

    X

    RS

    Is-Serbja

    X

    X

    X

    X (8)

    X

    X (14)

    P

    X

    X

    X

    X

     

    X

    X

    RU

    Ir-Russja

    X

    X

    X

     

    X

    O

    P

    X

    X

     

     

    X (9)

    X

    X

    RW

    Ir-Rwanda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    SA

    L-Arabja Sawdija

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    SG

    Singapore

    Δ

    Δ

    Δ

    X (10)

    Δ

    X (14)

    P

    Δ

    Δ

     

    X (10)

    X (10)

     

     

    SM

    San Marino

    X

     

    Δ

     

     

    O

    P

    X

    O

     

     

     

    X

     

    SV

    El Salvador

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    SY

    Is-Sirja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    SZ

    L-Eswatini

    X

     

     

     

     

    P

     

     

     

     

     

     

     

    TG

    It-Togo

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    TH

    It-Tajlandja

    O

     

    O

     

    X

    X

    M

    Δ

    Δ

     

     

     

    X

     

    TN

    It-Tuneżija

     

     

     

     

     

    X (14)

    M

    O

    O

     

     

     

     

    X

    TR

    It-Turkija

     

     

     

     

    X

    X (14)

    M

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    TW

    It-Tajwan

     

     

     

     

     

    X

    P

    O

    X

     

     

     

    X

     

    TZ

    It-Tanzanija

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

    X

     

    UA

    L-Ukrajna

    X

     

    X

     

    X

    X (14)

    M

    X

    X

    X

     

     

    X

    X

    UG

    L-Uganda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    US

    L-Istati Uniti

    X

    X (11)

    X

     

    X

    X

    M

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    UY

    L-Urugwaj

    X

    X

     

    X

     

    X (14)

    M

    X

    O

     

    X

     

    X

    X

    UZ

    L-Użbekistan

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    VE

    Il-Venezwela

     

     

     

     

     

    X (15)

    P

    O

    O

     

     

     

     

     

    VN

    Il-Vjetnam

     

     

     

     

     

    X

    M

    O

    O

     

     

     

    X

     

    WF

    Wallis u Futuna

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

    XK

    Il-Kosovo (12)

     

     

     

     

    Δ

     

     

     

     

     

     

     

     

    ZA

    L-Afrika t’Isfel

     

     

     

     

     

    P

     

     

     

    X

    X (13)

     

     

    ZM

    Iż-Żambja

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     


    (1)  Lista ta’ pajjiżi terzi u t-territorji tagħhom (mhix limitata għall-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Unjoni).

    (2)  Ħalib tal-ġemel biss.

    (3)  Ir-reġjun ta’ Ras al Khaimah biss.

    (4)  Minn hawn ’il quddiem jinfiehem bħala l-Istat ta’ Iżrael, minbarra t-territorji taħt l-amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael wara l-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

    (5)  Speċijiet ovini biss.

    (6)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

    (7)  F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

    (8)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin maħsubin għall-qatla (biss annimali li jipproduċu l-ikel).

    (9)  Renni biss.

    (10)  Biss għall-kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, iddestinat għall-Unjoni u li jinħatt, kemm jekk se jinħażen kif ukoll jekk le, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat waqt it-tranżitu minn Singapore.

    (11)  Speċijiet kaprini biss.

    (12)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (13)  Ratiti biss.

    (14)  Ħut bil-pinen biss.

    (15)  Krustaċji biss.

    (16)  Bajd tal-ħut u kavjar biss.

    (17)  L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, fosthom is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd u l-kavjar), u l-krustaċji. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi, ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati huma mmarkati b’‘M’ f’din il-kolonna.


    ANNESS II

    L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS IV

    Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li jdaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta’ bajd maħsubin għat-tqegħid fis-suq bħala bajd tal-Klassi A, kif imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7

    KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

    PAJJIŻ TERZ

    RIMARKI

    CH

    L-Iżvizzera  (1)

     

    GB

    Ir-Renju Unit  (2)

     

    JP

    Il-Ġappun

     

    MD

    Il-Moldova

     

    MK

    Il-Maċedonja ta’ Fuq

     

    UA

    L-Ukrajna

     


    (1)  F’konformità mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

    (2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”


    Top