EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0430

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/430 tal-25 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

ST/6350/2023/INIT

ĠU L 59I, 25.2.2023, p. 423–433 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/430/oj

25.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 59/423


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/430

tal-25 ta’ Frar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha.

(2)

Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2197 (2), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2195 (3), li ddeżinjaw lill-Wagner Group u tlieta mill-membri tiegħu involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’partijiet differenti tad-dinja.

(3)

L-Unjoni tibqa’ mħassba ħafna dwar ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tortura u trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, imwettqa f’diversi pajjiżi, inkluż fl-Ukrajna, fil-Libja, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), fil-Mali u fis-Sudan mill-Wagner Group.

(4)

B’kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali u l-gravità tal-attivitajiet tal-Wagner Group, kif ukoll l-impatt destabbilizzanti tagħha f’dawk il-pajjiżi, l-Unjoni tqis li l-azzjonijiet tal-Wagner Group jimminaw l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE, b’mod partikolari l-objettiv li jiġu kkonsolidati u appoġġati d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dak l-Artikolu.

(5)

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tmien persuni u seba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 17).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 10).


ANNESS

1.

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998:

A.

Persuni fiżiċi

 

Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“19.

Maxim SHUGALEY

magħruf ukoll bħala

Maksim SHUGALEI

Максим ШУГАЛЕЙ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

Data tat-twelid: 24.2.1966

Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità:

710508436 (Passaport Russu)

Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) u jaħdem direttament taħt is-superviżjoni ta’ Yevgeny Prigozhin, li huwa l-kap tal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni.

25.2.2023

20.

Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO

Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО

(Ortografija Russa)

 

Aleksandr Grigorievitch Maloletko huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala “difensur tal-patrija” u bħala l-Kap tal-“Veteran’s Interests Defenders League” ġie mfaħħar pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA u huwa responsabbli talli jappoġġja l-atti tal-Wagner Group.

25.2.2023

21.

Konstantin Alexandrovich PIKALOV

Константин Александрович ПИКАЛОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika

Data tat-twelid: 23.7.1968

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Konstantin Alexsandrovich Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018.

Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group, fir-RCA.

25.2.2023

22.

Dimitri SYTII

magħruf ukoll bħala

Dimitri SYTYI

Дмитрий СЫТИЙ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian house of Bangui

Data tat-twelid: 23.3.1989

Post tat-twelid: Minsk (Belarus)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217/CI St Petersburg, Russian Federation

Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat mit-tmexxija tal-politika ta’ influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tar-Russian foreign ministry.

Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

23.

Mikhail Sergeyevich POTEPKIN

Михаил Сергеевич ПОТЕПКИН

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur Meroe Gold

Data tat-twelid: 19.9.1981 jew 29.9.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 651697952 (passaport Russu)

Indirizz: Sudan

Kumpaniji assoċjati:

Megaline; Concord; IT-Debugger

Mikhail Potepkin huwa direttur ta’ Meroe Gold, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f’M-Invest, il-kumpanija omm ta’ Meroe. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib għal Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi li jitwettqu fis-Sudan..

25.2.2023

24.

Alexander Alexandrovich IVANOV

Александр Александрович ИВАНОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Rappreżentant tal-istrutturi tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Data tat-twelid: 14.6.1960

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: Bangui, Repubblika Ċentru-Afrikana

Alexander Ivanov huwa l-kelliem tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa wkoll il-kap tal-“Uffiċċju tal-Unjoni għas-Sigurtà Internazzjonali” Russu, li bagħat lill-istrutturi militari Russi fir-RCA. Dawk l-istrutturi huma merċenarji tal-Wagner Group.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali ta’ istrutturi militari Russi, huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

25.

Vitalii Viktorovitch PERFILEV

Виталий Викторович ПЕРФИЛЬЕВ

(Ortografija Russa)

Data tat-twelid: 11.9.1983

Post tat-twelid: Novossibirsk USSR (issa r-Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Sess: raġel

Numru tal-passaport: Nru 75 2987491

Data tal-konsenja: 30.3.2016

Data ta’ skadenza: 30.3.2026

Perfilev huwa l-konsulent tas-sigurtà għall-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa figura ewlenija fi ħdan il-Wagner Group fir-RCA.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

26.

Andrei Sergeevich MANDEL

Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ

(Ortografija Russa)

Data tat-twelid: 2.3.1990

Post tat-twelid: Germany

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 753615660

Andrei Mandel huwa l-Kap ta’ M-Invest, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Mandel huwa assoċjat ma’ Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi appoġġ ukoll għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023”

2.

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-taqsima B (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”) fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998:

B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

 

Isem (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“6.

Lobaye Invest SARLU

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017

Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru “NIF”, numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: Fergħa ta’ M-Finans

Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata reġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest topera minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Hija tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Songo, stazzjon tar-radju tal-Afrika Ċentrali li jagħmel kampanji ta’ diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA.

Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023

7.

DIAMVILLE

 

Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019

Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati: Yevgeny Prigozhin, Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest

Diamville hija kumpanija faċċata użata mill-Wagner Group preżenti fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta’ djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Yevgeny Prigozhin, u Dimitri Sytii, Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tipprovdi appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023

8.

Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

Fund for the Defence of National Values (FDNV)

Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC)

Foundation for National Values Protection

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation)

Sit web: https://en.fznc.ru/

Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija marbuta mal-kap tal-Wagner Group, Yevgeny Prigozhin. Il-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur Wagner Group u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f’interferenza moħbija f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni.

25.2.2023

9.

Radio Centrafricaine Lengo Sengo

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui, Repubblika Ċentru-Afrikana

Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018

Post prinċipali tan-negozju: Galabadja

Bangui, Commune de Bangui

Galabadja, 8eme Arr.

[GPS]-> 4.4070, 18.5465

Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f’operazzjonijiet ta’ influwenza online f’isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija twettaq kampanji ta’ diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata marbuta ma’ Yevgeny Prigozhin u konnessa mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tagħha fir-RCA.

Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA.

Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

10.

Meroe Gold Co. Ltd.

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan

Informazzjoni oħra: Qtugħ ta’ metall ieħor mhux ferruż mill-minjieri

Assoċjata ma’:

Al Sawlaj for Mining Ltd

الصولج

Aswar Multi Activities Co., Ltd

Meroe Gold hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Hija marbuta mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja.

Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Meroe Gold tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

11.

M-Invest

 

Post tar-reġistrazzjoni: d. 76 korp. 4 litera A ofis N620, prospekt Obukhovskoi Oborony St. Petersburg, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1177847044066

Post prinċipali tan-negozju: Khartoum, Sudan

Informazzjoni oħra: Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7811636632, numru tal-Gazzetta tal-Gvern: 06513574

M-Invest hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Hija marbuta mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. M-Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, M-Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

12.

Sewa Security Services

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: sussidjarja ta’ Lobaye Invest

Sewa Security Services hija kumpanija privata bbażata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) li tipprovdi protezzjoni għall-uffiċjali għolja tal-gvern tar-RCA. Din isservi bħala kopertura għall-attivitajiet ta’ Wagner Group fir-RCA. Hija sussidjarja ta’ Lobaye Invest, immexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. SEWA Security kienet involuta flimkien mal-Wagner Group f’sensiela ta’ attakki vjolenti li seħħew fir-RCA mill-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2020 ’l hawn. Sewa Security hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Sewa Security Services tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023”


Top