This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0318
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/318 of 6 February 2023 approving Union amendment to the specification for a Protected Designation of Origin or a Protected Geographical Indication (‘Almansa’ (PDO))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/318 tas-6 ta’ Frar 2023 li japprova emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Almansa” (DOP))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/318 tas-6 ta’ Frar 2023 li japprova emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Almansa” (DOP))
C/2023/974
ĠU L 43, 13.2.2023, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/318
tas-6 ta’ Frar 2023
li japprova emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Almansa” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Almansa”, imressqa minn Spanja f’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emendi tal-Unjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Almansa” (DOP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).