Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0180

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/180 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2474 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ST/5316/2023/INIT

    ĠU L 26, 30.1.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/180/oj

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/180

    tas-27 ta’ Jannar 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2474 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2474 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(19) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2022/2474, li emenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (2) u introduċa miżuri restrittivi ulterjuri biex jissospendi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew li huma diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti mezzi tal-media msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474. Skont l-Artikolu 1, il-punt (19), tar-Regolament (UE) 2022/2474, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kunsill.

    (2)

    Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2023 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2022/2474.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  ĠU L 322 I, 16.12.2022, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).


    Top