This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023L2123
Directive (EU) 2023/2123 of the European Parliament and of the Council of 4 October 2023 amending Council Decision 2005/671/JHA as regards its alignment with Union rules on the protection of personal data
Direttiva (UE) 2023/2123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
Direttiva (UE) 2023/2123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
PE/30/2023/REV/1
ĠU L, 2023/2123, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2123/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2123 |
11.10.2023 |
DIRETTIVA (UE) 2023/2123 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2023
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistipula regoli armonizzati għall-protezzjoni u għall-moviment liberu ta’ data personali pproċessata għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom. F’konformità ma’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jipproċessaw id-data personali b’mod li jiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali. Dik id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tirrevedi atti legali rilevanti oħra adottati mill-Unjoni sabiex tivvaluta l-ħtieġa li tallinjahom ma’ dik id-Direttiva u tagħmel, fejn xieraq, il-proposti meħtieġa biex temenda dawk l-atti biex tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali li taqa’ fl-ambitu ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (3) tistipula regoli speċifiċi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi allinjata mad-Direttiva (UE) 2016/680. B’mod partikolari, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni tispeċifika, b’mod li jkun konsistenti mad-Direttiva (UE) 2016/680, il-fini tal-ipproċessar tad-data personali u tindika l-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu skambjati, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-ħtiġijiet operazzjonali tal-awtoritajiet ikkonċernati. |
|
(3) |
Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI għall-istrumenti legali li jirregolaw l-operat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jiġu aġġornati. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI, li tinvolvi l-ipproċessar, inkluż l-iskambju u l-użu sussegwenti, ta’ informazzjoni dwar reati terroristiċi, tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Fl-interessi tal-konsistenza u tal-protezzjoni effettiva ta’ tali data personali, huwa importanti li l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680, u jkun f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà, mas-salvagwardji u mal-garanziji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fi strumenti oħra tad-dritt tal-Unjoni li fihom dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż ir-Regolamenti (UE) 2016/794 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll id-dritt nazzjonali. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stipulati f’din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE fejn l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE. |
|
(6) |
Skont l-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex marbuta bir-regoli stipulati f’din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-25 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Novembru 2025. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
J. M. ALBARES BUENO
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2023.
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2123/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)