This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2683
Commission Implementing Decision (EU) 2023/2683 of 30 November 2023 laying down rules for the application of Directive (EU) 2019/904 of the European Parliament and of the Council as regards the calculation, verification and reporting of data on recycled plastic content in single-use plastic beverage bottles
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2683 tat-30 ta’ Novembru 2023 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2683 tat-30 ta’ Novembru 2023 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss
C/2023/8062
ĠU L, 2023/2683, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2683/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2683 |
1.12.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2683
tat-30 ta’ Novembru 2023
li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu, tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi miri għall-kontenut minimu tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness ta’ dik id-Direttiva, inkluż il-fliexken tal-PET. Skont id-Direttiva (UE) 2019/904, il-mira għall-2025 hi tal-anqas 25% plastik riċiklat għall-fliexken tal-PET, ikkalkolat bħala medja għall-fliexken tal-PET kollha mqegħdin fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru, u l-mira għall-2030 hi tal-anqas 30% plastik riċiklat għall-fliexken tax-xorb, ikkalkulat bħala medja għall-fliexken tax-xorb kollha mqegħdin fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru. Il-Kummissjoni qed tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika ta’ dawk il-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat u l-format li bih l-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tal-PET u fil-fliexken tax-xorb kull sena. |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-kalkolu u l-verifika tal-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, jenħtieġ li t-tikketti u l-koperturi jitqiesu bħala partijiet mill-fliexken tax-xorb. L-ewwel nett, flixkun tax-xorb, fil-format li bih jinbiegħ b’mod komuni lill-konsumaturi, jikkonsisti mill-qafas tiegħu, it-tapp, l-għatu, u minn tikketta jew kopertura. It-tikketti u l-koperturi jintużaw biex titwassal l-informazzjoni lill-konsumaturi inkluż għal skopijiet ta’ mmarkar u ta’ reklamar. Filwaqt li l-koperturi ġeneralment ikunu jilħqu d-dawra kollha tal-flixkun, it-tikketti l-oħra normalment ikunu jkopru biss parti iżgħar tal-flixkun. It-tieni, it-tikketti u l-koperturi spiss jitwaħħlu mal-flixkun fl-istess stadju tal-produzzjoni bħat-tappijiet u l-għotjien. Għalhekk, jenħtieġ li l-piż tat-tikketti u l-koperturi jiġi inkluż fil-piż tal-fliexken tax-xorb, u kull plastik riċiklat li jkun hemm fit-tikketti u l-koperturi għandu jiġi inkluż fil-piż tal-plastik riċiklat tal-fliexken tax-xorb. Il-Parti F tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tispeċifika li l-fliexken tax-xorb jinkludu t-tappijiet u l-għotjien. B’kuntrast għat-tappijiet u l-għotjien, it-tikketti u l-koperturi spiss ma jintremewx separatament mill-qafas tal-fliexken, u din hi r-raġuni għalfejn ma jissemmewx b’mod espliċitu bħala element tal-flixkun fid-Direttiva (UE) 2019/904. |
|
(3) |
Il-miri tal-kontenut minimu tal-plastik riċiklat stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/904 jingħataw bħala persentaġġ tal-fliexken tal-PET u tal-fliexken tax-xorb kollha mqegħdin fis-swieq tal-Istati Membri. Billi l-objettiv tal-miri, skont il-premessa 17 ta’ dik id-Direttiva, hu li jippromwovu l-użu fis-suq tal-plastik riċiklat, bl-għan aħħari li jkun żgurat l-użu ċirkolari tal-plastik, jixraq li meta jiġu stabbiliti r-regoli għall-kalkolu u l-verifika tal-kontenut tal-plastik riċiklat, jitqiesu biss il-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb. L-unika parti ta’ flixkun komuni tax-xorb tal-plastik li jintuża darba biss li tista’ ma tkunx magħmula mill-plastik mistennija tkun it-tikketta tiegħu, li jaf tkun tal-karta. Billi l-piż tat-tikketta hu stmat li ma jkunx aktar minn 5% tal-piż tal-flixkun, l-esklużjoni ta’ partijiet mhux tal-plastik tal-fliexken tax-xorb mill-kalkolu ma tħalli l-ebda impatt sinifikanti fuq il-valutazzjoni ta’ jekk il-miri ntlaħqux. |
|
(4) |
Għall-fini tal-kalkolu u l-verifika tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u r-rapportar dwaru, jenħtieġ li jiġi definit it-terminu “plastik riċiklat”. Il-plastik riċiklat jenħtieġ li jinkludi biss il-materjal li kien skart tal-plastik ta’ wara l-konsum qabel ma jidħol fir-riċiklaġġ għax diġà hemm biżżejjed inċentivi tas-suq għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik ta’ qabel l-użu mill-konsumatur. Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2019/904 għandha l-għan li tnaqqas l-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, u l-iskart tal-plastik ta’ qabel l-użu mill-konsumatur normalment ma jiġix rilaxxat fl-ambjent. L-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur jeħtieġ li jinftiehem bħala l-iskart iġġenerat mill-prodotti tal-plastik imqegħdin fis-suq. Għalhekk, l-iskart tal-plastik li jirriżulta mill-imballaġġ tal-plastik tal-prodotti mqegħdin fis-suq iżda li qabżu d-data tal-iskadenza tagħhom qabel ma nbiegħu lill-konsumaturi jenħtieġ li jitqies bħala skart tal-plastik ta’ wara l-konsum. Għaldaqstant, il-materjali tal-plastik u l-iskart iġġenerat tul il-proċessi tal-produzzjoni jew tal-manifattura, inkluż l-ipproċessar, l-ittestjar, il-ħżin u t-trasferimenti sekondarji kollha qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jenħtieġ li ma jitqisux bħala skart ta’ wara l-użu mill-konsumatur. |
|
(5) |
Skont id-Direttiva (UE) 2019/904, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tal-PET u fil-fliexken kollha tax-xorb lill-Kummissjoni biex juru li ntlaħqu l-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat. Filwaqt li l-kontenut riċiklat jirreferi għall-ammont tal-materjal riċiklat, il-miri huma espressi bħala persentaġġ, jiġifieri bħala l-proporzjon tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET. Biex juru li laħqu l-miri, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jirrapportaw mhux biss il-piż totali tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET, iżda anki l-piż totali tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken infushom biex ikun jista’ jiġi kkalkolat il-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 (2) jistabbilixxi katina tar-rapportar tul il-passi konsekuttivi tal-manifattura li tinkludi r-rapportar tal-persentaġġ tal-plastik riċiklat f’kull lott tal-materjal li fih plastik riċiklat u li hu maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel. Dik il-katina tar-rapportar tobbliga lill-operaturi ekonomiċi li joperaw fl-istadji bikrija tal-katina tal-manifattura, jiġifieri r-riċiklaturi u l-konvertituri, biex jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità. Il-konvertituri li ma jqegħdux il-fliexken tax-xorb fis-suq u r-riċiklaturi mhumiex meħtieġa jikkalkulaw il-piż tal-plastik riċiklat f’dawk il-fliexken. Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tingħata lill-operaturi ekonomiċi fi stadji aktar tard tal-katina tal-manifattura, inkluż lill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-fliexken tax-xorb fis-suq. L-obbligi tar-rapportar skont ir-Regolament (UE) 2022/1616 ikopru l-partijiet kollha tal-plastik b’kontenut riċiklat tal-fliexken tax-xorb li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-fliexken tax-xorb fis-suq jistgħu jikkalkulaw il-piż tal-plastik riċiklat fi fliexken bħal dawn abbażi tal-persentaġġ tal-kontenut tal-plastik riċiklat indikat fid-dikjarazzjoni tal-konformità għal kull parti tal-fliexken. Billi l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni hu li tippermetti kalkolu u verifika uniformi tal-miri tal-kontenut riċiklat stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/904, il-kalkolu jeħtieġ li jsir b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jibbażaw il-kalkolu tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb fuq id-data ġġenerata f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Barra minn hekk, metodoloġija bħal din tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru data mingħand l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fliexken tax-xorb fis-suq tagħhom dwar il-piż tal-partijiet tal-plastik ta’ dawk il-fliexken u l-piż tal-plastik riċiklat li hemm fihom. |
|
(7) |
Id-definizzjonijiet ta’ “plastik” imsemmija fir-Regolament (UE) 2022/1616 u fid-Direttiva (UE) 2019/904 ivarjaw għax jirreferu għal definizzjonijiet differenti ta’ “polimeru”; l-ewwel waħda hi bbażata fuq kif ġie manifatturat il-materjal filwaqt li t-tieni waħda hi bbażata fuq il-proprjetajiet strutturali attwali tiegħu. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ “plastik” fid-Direttiva (UE) 2019/904 teskludi l-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament. Iżda dawn id-differenzi mhumiex rilevanti għall-fliexken tax-xorb li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904. Id-definizzjoni ta’ “plastik riċiklat” fir-Regolament (UE) 2022/1616 hi differenti mid-definizzjoni introdotta f’din id-Deċiżjoni fis-sens li, teoretikament, jista’ jinkludi l-plastik verġni li ġie miżjud fil-proċess tad-dekontaminazzjoni. Iżda meta jiżdied xi materjal verġni, dan jiġi rifless fl-informazzjoni mogħtija mir-riċiklaturi u jingħadda fil-katina tal-valur. Dan mhux se jgħodd għall-kontenut tal-plastik riċiklat kif definit f’din id-Deċiżjoni. Għalhekk id-differenzi fid-definizzjonijiet ta’ “plastik” u ta’ “plastik riċiklat” mhumiex rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Billi l-partijiet kollha tal-fliexken tax-xorb huma materjali maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) japplika għall-fliexken tax-xorb, inkluż il-kontrolli uffiċjali tal-persentaġġ tal-plastik riċiklat li r-riċiklaturi u l-konvertituri jridu jipprovdu fid-dikjarazzjoni tal-konformità, f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu biss jintroduċu dispożizzjonijiet ta’ verifika addizzjonali rigward it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Istati Membri mill-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fliexken tax-xorb fis-suq, meħtieġa b’din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Il-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb hu soġġett għar-Regolament (UE) 2022/1616 jew għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (4), skont b’liema teknoloġija tar-riċiklaġġ jinkiseb. Skont ir-Regolament (UE) 2022/1616, l-unika teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li bħalissa tista’ tintuża biex jinkiseb il-plastik riċiklat għall-fliexken tax-xorb hi r-riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-PET ta’ wara l-użu mill-konsumatur. Il-plastik miksub b’teknoloġiji tar-riċiklaġġ kimiċi li jkissru l-input tal-iskart f’sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li sussegwentement jintuża fil-manifattura ta’ plastik ġdid f’konformità ma’ dak ir-Regolament, ma jistax jiġi distint mill-materjal verġni. Għalhekk id-dokumentazzjoni tal-konformità maħruġa f’konformità ma’ dak ir-Regolament bħalissa ma tindikax l-ammont tal-kontenut riċiklat fih. Din id-Deċiżjoni tqis biss il-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/1616. |
|
(10) |
Biex jitqies ukoll il-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb li ma jkunx inkiseb bir-riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-PET, il-Kummissjoni qed tippjana li tfassal emenda għal din id-Deċiżjoni biex tinkludi metodoloġija biex tikkalkola, tivverifika u tirrapporta l-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb abbażi tal-applikazzjoni ta’ ċerti mudelli tal-katina tal-kustodja kif definiti fl-ISO 22095-2020 (Katina tal-kustodja — Terminoloġija u mudelli ġenerali). B’mod partikolari, it-taħlit ikkontrollat li jippermetti li jitqies ukoll il-PET mhux riċiklat mekkanikament, hu mudell possibbli tal-katina tal-kustodja. Barra minn hekk, approċċ ta’ bilanċ tal-massa jista’ jiġi inkluż bħala mudell ta’ katina tal-kustodja ammissibbli biex jitqies ukoll il-plastik fil-fliexken li mhumiex tal-PET miksub bir-riċiklaġġ tal-materja prima. |
|
(11) |
Ir-regoli għall-kalkolu u l-verifika tal-miri tal-kontenut tal-plastik riċiklat u l-format għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat huma marbuta mill-qrib għax jirreferu għall-istess plastik riċiklat fl-istess fliexken. Biex tkun żgurata l-koerenza, ir-regoli għall-kalkolu u l-verifika tal-miri tal-kontenut, u l-format għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att legali wieħed. |
|
(12) |
Il-format għar-rapportar tad-data u l-informazzjoni jqis il-metodi tal-kejl u l-formati tar-rapportar għall-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (5), li huma bbażati wkoll fuq il-piż u l-materjal. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“skart tal-plastik ta’ wara l-konsum” tfisser skart, kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, jiġifieri plastik u li ġie ġġenerat minn prodotti tal-plastik imqegħdin fis-suq; |
|
(2) |
“plastik riċiklat” tfisser plastik li kien skart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur qabel ir-riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE u li ġie ġġenerat bir-riċiklaġġ; |
|
(3) |
“flixkun tax-xorb” tfisser flixkun tax-xorb tal-plastik li jintuża darba biss b’kapaċità sa tliet litri, inkluż it-tapp, l-għatu, it-tikketta u l-kopertura tiegħu, jekk ikun hemm, minbarra:
|
|
(4) |
“flixkun tal-PET” tfisser flixkun tax-xorb manifatturat minn polietilentereftalat bħala l-komponent ewlieni; |
|
(5) |
“operatur ekonomiku” tfisser xi wieħed mill-operaturi li ġejjin diment li jkun iqiegħed il-fliexken tax-xorb fis-suq:
|
Artikolu 2
Metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb
1. Il-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb għandu jiġi kkalkolat billi l-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq jiġi diviż bil-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq. Il-proporzjon li jirriżulta għandu jiġi espress bħala persentaġġ.
2. Il-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tal-PET għandu jiġi kkalkolat billi l-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq jiġi diviż bil-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq. Il-proporzjon li jirriżulta għandu jiġi espress bħala persentaġġ.
3. Il-formoli tal-Anness I għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET.
Artikolu 3
Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb
1. Il-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż totali tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb miġbura mingħand l-operaturi ekonomiċi.
2. Il-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq jista’ jiġi aġġustat biex jitqiesu l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-movimenti lejn u minn Stati Membri oħra tal-fliexken tax-xorb billi tiġi applikata l-formola 5 tal-Anness I.
Artikolu 4
Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb
1. Il-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż totali tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb miġbura mingħand l-operaturi ekonomiċi.
2. Jekk il-piż tal-partijiet tal-plastik fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq jiġi aġġustat f’konformità mal-Artikolu 3(2), il-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb għandu jiġi aġġustat ukoll biex jitqiesu l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-movimenti lejn u minn Stati Membri oħra tal-fliexken tax-xorb bl-applikazzjoni tal-formola 4 tal-Anness I.
Artikolu 5
Obbligu li tinġabar id- data mingħand l-operaturi ekonomiċi u l-verifika tad- data
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data mingħand l-operaturi ekonomiċi dwar il-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq u dwar il-piż tal-plastik riċiklat f’dawk il-fliexken.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura dwar il-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb tkun ġiet ikkalkolata mill-operaturi ekonomiċi billi għal kull parti ta’ kull flixkun, il-persentaġġ tal-kontenut tal-plastik riċiklat tiegħu jiġi multiplikat bil-piż tiegħu u jingħaddu flimkien ir-riżultati.
3. Il-persentaġġ tal-kontenut riċiklat f’parti tal-flixkun għandu jkun il-persentaġġ dikjarat fid-dikjarazzjoni tal-konformità fl-entrata 2.1.4 tal-parti B tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2022/1616.
4. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-data rrapportata mill-operaturi ekonomiċi abbażi tal-affidabbiltà vvalutata tad-data.
Artikolu 6
Ġbir u rapportar tad- data mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-partijiet tal-plastik tal-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq f’konformità mal-Artikolu 3, il-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq f’konformità mal-Artikolu 4 u l-proporzjon li jirriżulta tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq f’konformità mal-Artikolu 2 kull sena.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data msemmija fil-paragrafu 1 bil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni u għandhom jissottomettu rapport ta’ verifika tal-kwalità kif previst fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fir-rigward ta’ dik id-data bil-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Tipi addizzjonali ta’ riċiklaġġ
Sal-31 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda ta’ din id-Deċiżjoni li tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb li tqis il-plastik riċiklat miksub b’tipi addizzjonali ta’ riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 (ĠU L 243, 20.9.2022, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE tat-22 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-data skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 86, 5.4.2005, p. 6).
(6) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181 29.6.2013, p. 35).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
ANNESS I
Formoli għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET
Il-formoli f’dan l-Anness għandhom japplikaw kemm għall-fliexken tax-xorb kif ukoll għall-fliexken tal-PET.
It-terminu “flixkun” għandu jfisser “flixkun tax-xorb” jekk il-formoli jiġu applikati għall-fliexken tax-xorb u għandu jfisser “flixkun tal-PET”, jekk jiġu applikati għall-fliexken tal-PET.
Il-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken imqegħdin fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja:
|
1. |
RC = R/W x 100 % Fejn:
Peress li flixkun jikkonsisti mill-qafas tiegħu, tapp, għatu, tikketta u l-kopertura tiegħu, jekk ikun hemm, il-piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken għandu jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja: |
|
2. |
R = R_b + R_c + R_l Fejn:
Peress li flixkun jikkonsisti mill-qafas tiegħu, tapp, għatu, tikketta u l-kopertura tiegħu, jekk ikun hemm, il-piż tal-plastik użat fil-fliexken għandu jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja: |
|
3. |
W = W_b + W_c + W_l Fejn:
Jekk Stat Membru jaġġusta l-piż tal-plastik użat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq f’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-piż tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq f’konformità mal-Artikolu 4(2) biex jitqiesu l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-movimenti lejn u minn Stati Membri oħra tal-fliexken, għandhom jintużaw il-formoli li ġejjin: |
|
4. |
R = R_MS + R_ġewwa minn SM oħra + R_importat - R_barra lejn SM oħra – R_esportat Fejn:
|
|
5. |
W = W_MS + W_ġewwa minn SM oħra + W_importat - W_barra lejn SM oħra – W_esportat Fejn:
Peress li flixkun jikkonsisti mill-qafas tiegħu, tapp, għatu, tikketta u l-kopertura tiegħu, jekk ikun hemm, il-kwantitajiet miżjuda fil-formoli 4 u 5 għandhom jiġu kkalkolati bil-formoli li ġejjin: |
|
6. |
R_x = R_x_b + R_x_c + R_x_l Fejn:
|
|
7. |
W_x = W_x_b + W_x_c + W_x_l Fejn:
|
ANNESS II
FORMAT GĦAR-RAPPORTAR TAD-DATA
1. Format għar-rapportar tad-data kkalkulata bil-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3
Tabella 1
Piż tal-plastik użat fil-fliexken tax-xorb u tal-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3 (f’tunnellati)
|
|
fliexken tal-PET (C1) |
fliexken tax-xorb minbarra fliexken tal-PET (C2) |
fliexken tax-xorb (C1+C2) |
||||||||||||
|
PAJJIŻ: |
|
||||||||||||||
|
SENA TA’ REFERENZA: |
|
||||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(1) |
|||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken manifatturati u mqegħdin fis-suq fl-Istat Membru (1) |
|
|
|
||||||||||||
|
Aġġustament tal-piż tal-plastik użat fil-fliexken ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(2) |
|||||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken trasportati minn Stati Membri oħra u mqegħdin fis-suq (2) |
|
|
|
||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken importati u mqegħdin fis-suq (3) |
|
|
|
||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken trasportati lejn Stati Membri oħra wara li jkunu mqegħdin fis-suq fl-Istat Membru (4) |
|
|
|
||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken wara li jkunu mqegħdin fis-suq fl-Istat Membru (5) |
|
|
|
||||||||||||
|
Piż tal-plastik użat fil-fliexken imqegħdin fis-suq aġġustat (6) |
|
|
|
||||||||||||
|
Noti: Il-kaxxi bi sfumatura skura: Ir-rapportar hu volontarju
Biex tintwera l-konformità mal-miri fil-punt (a) tal-Artikolu 6(5), tad-Direttiva (UE) 2019/904 u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-Artikolu 13(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/904, trid timtela l-kolonna 1 (C1). Biex tintwera l-konformità mal-miri fil-Artikolu 6(5), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/904 u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-Artikolu 13(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/904, iridu jimtlew il-kolonni 1 (C1) u 2 (C2) jew il-kolonni 1 (C1) u 3 (C1 + C2). Il-mili tal-kolonna li jifdal mhux obbligatorju. |
|||||||||||||||
2. Format għar-rapportar tad-data kkalkulata bil-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 4
Tabella 2
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb u tal-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 4 (f’tunnellati) u l-proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat (persentaġġ)
|
|
fliexken tal-PET (C1) |
fliexken tax-xorb minbarra fliexken tal-PET (C2) |
fliexken tax-xorb (C1+C2) |
||||||||||||||
|
PAJJIŻ: |
|
||||||||||||||||
|
SENA TA’ REFERENZA: |
|
||||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 4(1) |
|||||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken manifatturati u mqegħdin fis-suq fl-Istat Membru (1) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Aġġustament tal-piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 4(2) |
|||||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken trasportati minn Stati Membri oħra u mqegħdin fis-suq (2) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken importati u mqegħdin fis-suq (3) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken trasportati lejn Stati Membri oħra wara li jkunu tqiegħdu fis-suq fl-Istat Membru (4) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken wara li jkunu tqiegħdu fis-suq fl-Istat Membru (5) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken imqegħdin fis-suq aġġustat (6) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Proporzjon tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken, espress f’perċentwali (7) |
|
|
|
||||||||||||||
|
Noti: Il-kaxxi bi sfumatura skura: Ir-rapportar hu volontarju
Biex tintwera l-konformità mal-miri fil-punt (a) tal-Artikolu 6(5), tad-Direttiva (UE) 2019/904 u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-Artikolu 13(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/904, trid timtela l-kolonna 1 (C1). Biex tintwera l-konformità mal-miri fil-Artikolu 6(5), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/904 u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-Artikolu 13(1), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/904, iridu jimtlew il-kolonni 1 (C1) u 2 (C2) jew il-kolonni 1 (C1) u 3 (C1 + C2). Il-mili tal-kolonna li jifdal mhux obbligatorju. |
|||||||||||||||||
ANNESS III
FORMAT GĦAR-RAPPORT TAL-VERIFIKA TAL-KWALITÀ
1. Informazzjoni Ġenerali
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
2. Deskrizzjoni tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data
|
Isem l-istituzzjoni |
Deskrizzjoni tar-rwol u tar-responsabbiltajiet ewlenin |
Data tas-sottomissjoni tad-data |
Perjodu taż-żmien ta’ referenza |
Sors tad-data (iċċara l-proporzjon relattiv tad-data ġenerali derivata minn kull sors u inkludi l-links għar-referenzi, għall-pubblikazzjonijiet, eċċ.) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
3. Deskrizzjoni tal-metodi użati
3.1. Deskrizzjoni tal-ambitu tal-kalkolu tal-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb kif traspost fil-liġi nazzjonali
Deskrizzjoni tal-livell li fih tiġi kkalkolata l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2019/904. Pereżempju, il-miri jistgħu jkunu rekwiżiti obbligatorji għal kull flixkun tax-xorb imqiegħed fis-suq, bħala medja għall-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq minn kull operatur ekonomiku jew bħala medja għall-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq fl-Istat Membru.
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
3.2. Metodoloġiji għall-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data
Deskrizzjoni tal-metodoloġiji applikati għall-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data għall-għodod kollha użati għall-ġbir tad-data.
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
3.3. Suppożizzjonijiet addizzjonali
Deskrizzjoni ta’ kull suppożizzjoni jew fattur ta’ aġġustament addizzjonali li ntuża għall-kalkolu, l-approċċ użat għall-istima tagħhom u kull evidenza ta’ sostenn.
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
4. Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data
4.1. Verifika tad-data dwar il-fliexken tax-xorb u l-fliexken tal-PET
|
Proċeduri tal-verifika u tal-kontroll |
Applikata għad-data dwar il-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq (iva/le) |
Applikata għad-data dwar fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq minbarra l-fliexken tal-PET (iva/le) |
Kummenti addizzjonali, jekk rilevanti |
|
Verifiki tal-kompletezza tad-data |
|
|
|
|
Kontroverifiki |
|
|
|
|
Verifiki tas-serje kronoloġika |
|
|
|
|
Verifiki tal-awditi |
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika) |
|
|
|
4.2. Verifika tad-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u tal-PET
Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-assigurazzjoni tal-kwalità u l-verifika tad-data dwar il-kontenut tal-plastik riċiklat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET.
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
4.3. Deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jaffettwaw l-eżattezza tad-data rrapportata dwar il-fliexken tax-xorb u l-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq u tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq
|
Fatturi potenzjali li jaffettwaw l-affidabbiltà tad-data |
Fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq (iva/le) |
Fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq minbarra fliexken tal-PET (iva/le) |
Plastik riċiklat użat fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq (iva/le) |
Plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb imqegħdin fis-suq minbarra fliexken tal-PET (iva/le) |
Deskrizzjoni ta’ kif tiġi affettwata l-eżattezza tad-data |
Deskrizzjoni tal-metodoloġiji applikati biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tad-data mhux eżatta |
|
Erruri tal-kampjunar (1) (eż. koeffiċjenti tal-varjazzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
Erruri tal-kopertura (2) (eż. regoli de minimis, kopertura reġjonali) |
|
|
|
|
|
|
|
Erruri fil-kejl (3) (eż. unità tal-kejl) |
|
|
|
|
|
|
|
Strumenti tat-test għall-ġbir tad-data (4) (eż. ittestjar tal-kwestjonarji) |
|
|
|
|
|
|
|
Erruri tal-ipproċessar (5) (eż. identifikazzjoni tal-erruri, korrezzjoni tal-erruri) |
|
|
|
|
|
|
|
Erruri tan-nonrispons (6) |
|
|
|
|
|
|
|
Erruri fl-għażla tal-mudell (7) |
|
|
|
|
|
|
|
Ieħor (speċifika) |
|
|
|
|
|
|
4.4. Spjegazzjoni tal-ambitu u l-validità tal-istħarriġiet biex tinġabar id-data dwar il-fliexken tax-xorb u l-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq u l-plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb u fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
4.5. Differenzi fid-data rrapportata għas-snin ta’ referenza preċedenti
Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu tal-kalkolu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk għandux jiġi sinjalat waqfien fis-serje għal sena speċifika)
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
4.6. Spjegazzjoni għad-differenza fit-tunnellaġġ
Din it-taqsima trid timtela jekk id-data rrapportata turi varjazzjoni akbar minn 10 % fir-rigward tad-data sottomessa għas-sena ta’ referenza preċedenti.
Ir-raġunijiet għad-differenza jew il-kawża sottostanti għad-differenzi fil-piż tal-fliexken tax-xorb jew tal-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq jew fil-piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb jew fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq.
|
Varjazzjonijiet fil-piż tal-fliexken tax-xorb jew tal-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq |
Varjazzjoni (%) |
Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni |
|
|
|
|
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
|
Varjazzjonijiet fil-piż tal-plastik riċiklat użat fil-fliexken tax-xorb jew fil-fliexken tal-PET imqegħdin fis-suq |
Varjazzjoni (%) |
Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni |
|
|
|
|
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
5. Kunfidenzjalità
Raġunijiet għat-talba biex ma tiġix ippubblikata d-data rrappurtata jew ċerta informazzjoni pprovduta f’dan ir-rapport, flimkien ma’ lista tal-partijiet speċifiċi li għalihom saret talba biex ma jiġux ippubblikati.
(Żid ir-ringieli skont il-bżonn)
(1) Iddeskrivi l-koeffiċjenti stmati tal-varjazzjoni u l-metodoloġiji applikati għall-istima tal-varjanza.
(2) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri tal-kopertura.
(3) Iddeskrivi l-istrumenti biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali u jiġu evitati l-erruri.
(4) Iddeskrivi l-istrumenti u l-metodoloġiji applikati biex jiġu żgurati l-kwalità u l-istrumenti rilevanti għall-ġbir tad-data.
(5) Iddeskrivi l-passi tal-ipproċessar bejn il-ġbir tad-data u l-produzzjoni tal-istatistika u elenka kull errur tal-ipproċessar identifikat u l-firxa tiegħu.
(6) Iddeskrivi r-rati tan-nonrispons għall-unitajiet u l-punti għall-varjabbli ewlenin u l-metodi tal-imputazzjoni (jekk hemm).
(7) Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri fl-għażla tal-mudell.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2683/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)