This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2227
Council Decision (CFSP) 2023/2227 of 23 October 2023 amending Decision 2010/638/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2227 tat-23 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2227 tat-23 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea
ST/13710/2023/INIT
ĠU L, 2023/2227, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2227/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2227 |
24.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2227
tat-23 ta’ Ottubru 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2024. Il-Kunsill jenħtieġ li jżomm il-miżuri restrittivi taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-progress li sar lejn it-twettiq b’suċċess u l-konklużjoni ta’ proċessi ġusti fil-kuntest tal-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2024. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2227/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)