This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2192
Decision (EU) 2023/2192 of the European Parliament and of the Council of 4 October 2023 on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund to provide assistance to Romania and Italy in relation to natural disasters in 2022 and to Türkiye in relation to the earthquakes in February 2023
Deċiżjoni (UE) 2023/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Turkija b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023
Deċiżjoni (UE) 2023/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Turkija b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023
ĠU L, 2023/2192, 16.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2192/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2192 |
16.10.2023 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2192 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2023
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Turkija b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika. |
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
(3) |
Fis-6 ta’ Settembru 2022, ir-Rumanija ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara n-nixfa fis-sajf tal-2022. |
(4) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2022, l-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar fir-Reġjun tal-Marche f’Settembru 2022. |
(5) |
Fl-20 ta’ April 2023, it-Turkija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremoti fi Frar 2023. |
(6) |
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
(7) |
Il-Fond għandu għalhekk jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lir-Rumanija, l-Italja u t-Turkija. |
(8) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2023, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b'rabta mad-diżastri naturali:
(a) |
l-ammont ta’ EUR 33 895 935 għandu jiġi pprovdut lir-Rumanija fir-rigward tan-nixfa fis-sajf tal-2022; |
(b) |
l-ammont ta’ EUR 20 939 095 għandu jiġi pprovdut lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tal-Marche f’Settembru 2022; |
(c) |
l-ammont ta’ EUR 400 000 000 għandu jiġi pprovdut lit-Turkija fir-rigward tat-terremoti fi Frar 2023. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-4 ta’ Ottubru 2023.
Magħmul fi Strasbourg, l-4 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2192/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)