Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32023D2172

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2172 tat-28 ta’ Settembru 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emendar tal-Anness I, u d-dħul ta’ kjarifika fl-Anness IV, tal-Ftehim

    ST/10766/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2172, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2172/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statut juridique du document En vigueur

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2172/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2172

    17.10.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2172

    tat-28 ta’ Settembru 2023

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emendar tal-Anness I, u d-dħul ta’ kjarifika fl-Anness IV, tal-Ftehim

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2).

    (2)

    Il-Ftehim ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020.

    (3)

    Skont l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet li għandhom, mad-dħul fis-seħħ tagħhom, jorbtu lill-Partijiet.

    (4)

    L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

    (5)

    Huwa xieraq li terġa’ tiġi stabbilita l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli għall-iskemi tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Konfederazzjoni Żvizzera wara l-bidu tal-perjodu ta’ negozjar il-ġdid fl-1 ta’ Jannar 2021 billi jiġi emendat l-Anness I tal-Ftehim sabiex jiġu rifless tibdil regolatorju, inkluż il-kjarifiki meħtieġa fil-kriterji essenzjali stabbiliti f’dak l-Anness, u billi jiġi emendat l-Anness IV tal-Ftehim billi tiġi inkluża kjarifika sabiex jiġu evitati l-konfużjoni u n-nuqqas ta’ ftehim fir-rigward ta t-tifsira ta’ informazzjoni sensittiva kif definita fl-Anness IV tal-Ftehim.

    (6)

    Il-Kumitat Konġunt, waqt is-sitt laqgħa tiegħu, jew aktar kmieni permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, ser jadotta Deċiżjoni fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u IV tal-Ftehim.

    (7)

    Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u IV tal-Ftehim, billi l-Annessi emendati ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni.

    (8)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom matul is-sitt laqgħa tiegħu, jew qabel permezz ta’ proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. GRANDE-MARLASKA GÓMEZ


    (1)   ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru 1/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA' KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA TAGĦHOM

    ta' …

    fir-rigward tal-emendi tal-Anness I, u d-dħul ta’ kjarifika fl-Anness IV, għall-Ftehim

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (1) ("il-Ftehim") u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt (2) issodisfa l-kundizzjonijiet għall-kollegament iffissati fil-Ftehim u ppermetta li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista' jemenda l-Annessi tal-Ftehim.

    (3)

    Fl-1 ta' Jannar 2021, beda perjodu ta' skambju ġdid fis-sistema tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u s-sistema tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-Iżvizzera.

    (4)

    Il-perjodu l-ġdid tal-iskambju daħħal bidliet regolatorji fiż-żewġ sistemi tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

    (5)

    Fid-dawl ta’ żviluppi ewlenin fiż-żewġ sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 13(7) tal-Ftehim, jixraq li l-bidliet regolatorji jiġu riflessi billi jiġi emendat l-Anness I tal-Ftehim sabiex jiġu inklużi l-kjarifiki neċessarji fil-kriterji essenzjali stabbiliti f’dak l-Anness sabiex tinżamm il-kompatibilità taż-żewġ sistemi ta' skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, tiġi żgurata l-integrità tas-suq, u tiġi eskluża d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    (6)

    Id-Deċiżjoni Nru 1/2022 tal-Kumitat Konġunt tad-9 ta' Diċembru 2022 emendat l-Anness IV tal-Ftehim fir-rigward tal-marki tas-sigurtà. Biex jiġu evitati l-konfużjoni u n-nuqqas ta' ftehim, jixraq li dak l-Anness jiġi emendat aktar sabiex tiġi ċċarata t-tifsira ta' informazzjoni sensittiva b'kunfidenzjalità għolja u l-klassifikazzjoni tal-integrità fil-kuntest tal-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u IV tal-Ftehim huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Annessi I u IV fl-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi …, fi …

    Għall-Kumitat Konġunt

    Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea

    Il-President

    Is-Segretarju għall-Iżvizzera


    (1)   ĠU UE L 322, 7.12.2017, p. 3.

    (2)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU UE L 314, 29.9.2020, p. 68).


    Appendiċi

    1.

    L-Anness I jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS I

    KRITERJI ESSENZJALI

    A.   Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji

     

    Kriterji essenzjali

    Fl-EU ETS

    Fl-ETS tal-Iżvizzera

    1.

    In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

    Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt.

    Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-GHG elenkati hawn taħt.

    2.

    L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi:

    L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 40(1) u l-Anness 6 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    3.

    L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs stabbiliti fi:

    L-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 1(1) tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    4.

    Għandu jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi:

    L-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    Il-fattur ta' tnaqqis lineari ta' 1,74 % fis-sena ser jiżdied għal 2,2 % fis-sena mill-2021, u ser japplika għas-setturi kollha skont id-Direttiva (UE) 2018/410, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 45(1) u l-Anness 8, il-punt 1, tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    Il-fattur ta' tnaqqis lineari huwa ta' 2,2 % mill-2021.

    5.

    Il-mekkaniżmu ta' stabbiltà tas-suq

    Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410.

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li, sal-15 ta' Mejju ta' kull sena mill-2017 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (it-TNAC). Din iċ-ċifra tistabbilixxi jekk jenħtieġx li wħud mill-kwoti maħsuba għall-irkant jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha.

    L-Artikolu 19(5) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 48(1bis) u (5) u l-Anness 8, il-punt 2, tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    Il-leġiżlazzjoni Żvizzera tipprevedi tnaqqis fil-volum tal-irkant skont l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. Barra minn hekk, il-kwoti tal-emissjonijiet li ma jiġux assenjati għal irkant jiġu kkanċellati ma' tmiem il-perjodu tal-iskambjar.

    6.

    Il-livell ta' ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs dawk fi:

    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II)

    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR)

    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR)

    Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD)

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (AMLD),

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Att Federali dwar l-Awtorità Żvizzera għas-Superviżjoni tas-Swieq Finanzjarji tat-22 ta' Ġunju 2007

    L-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta' Ġunju 2015

    L-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta' Ġunju 2018

    L-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta' Ottubru 1997,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Ir-regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju Żvizzeru ma tiddefinixxix in-natura ġuridika tal-kwoti tal-emissjonijiet. B'mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f'ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-OTC fi swieq sekondarji.

    Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta' emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

    7.

    Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

    Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni u l-infurzar ta' obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta' sorveljanza tas-suq. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe arranġament bħal dan.

    8.

    Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 'il quddiem.

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021'il quddiem.

    9.

    Il-limiti kwantitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti skont:

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 'il quddiem.

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021' il quddiem.

    10.

    L-allokazzjoni mingħajr ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' parametri referenzjarji u fatturi ta' aġġustament. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dak il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa:

    L-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta' Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025

    Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta' Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta' setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

    kwalunkwe fattur ta' korrezzjoni transettorjali fl-EU ETS fl-2021-2025 jew fl-2026-2030,

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.

    L-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 19 tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 45(2) sa (6) u l-Artikoli 4, 46a, 46b u 48, u l-Anness 9, tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    Matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jaqbżux il-livelli tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS.

    11.

    L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs bħal dawk stabbiliti skont:

    L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    12.

    Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

    L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.

    L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

    L-Artikoli minn 50 sa 53 u l-Annessi 16, il-punt 1, u 17, il-punt 1, tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    13.

    Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

    L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikoli minn 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    B.   Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni

     

    Kriterji essenzjali

    Għall-UE

    Għall-Iżvizzera

    1.

    In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

    Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

    Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

    2.

    Il-kopertura ta' attivitajiet tal-avjazzjoni u ta' GHG u l-attribuzzjoni ta' titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif stabbilit fi:

    Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta' Diċembru 2017 biex tidderoga temporanjament l-infurzar fir-rigward ta' titjiriet minn u lejn pajjiżi li magħhom ma ntlaħaqx ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.

    Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1071 tat-18 ta' Mejju 2020 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta' titjiriet li jidħlu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.

    Mill-1 ta' Jannar 2020, titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) għal ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom jiġu koperti mill-EU ETS, filwaqt li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż-ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni tal-kopertura

    Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-ŻEE.

    Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ETS, bħal derogi fis-sens tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2003/87/KE, tista' tapplika fir-rigward tal-ETS tal-Iżvizzera f'konformità ma' dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

    2.

    Limitazzjonijiet tal-kopertura

    Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tinkludi:

    1.

    Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta' monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, kapijiet ta' Stat, kapijiet ta' Gvern u Ministri ta' Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira.

    2.

    Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija.

    3.

    Titjiriet relatati ma' tiftix u salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza.

    4.

    Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta' Diċembru 1944.

    5.

    Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat.

    6.

    Titjiriet ta' taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta' ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta' rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta' trasport ta' passiġġieri u/jew ta' merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu.

    7.

    Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta' riċerka xjentifika.

    8.

    Titjiriet imwettqa esklużivament għall-fini ta' verifika, ittestjar jew ċertifikazzjoni ta' inġenju tal-ajru jew ta' tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art.

    9.

    Titjiriet imwettqa b'inġenji tal-ajru b'massa massima tat-tluq ta' anqas minn 5 700 kilogramma.

    10.

    Titjiriet ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru kummerċjali b'emissjonijiet annwali totali ta' inqas minn 10 000 tunnellata fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b'inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta' erba' xhur fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

    11.

    Titjiriet ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b'emissjonijiet annwali totali ta' inqas minn 1 000 tunnellata skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

    Dawn il-limitazzjonijiet tal-kopertura huma previsti fi:

    L-Artikolu 16a tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 46(d) u l-Artikoli 55(2) u l-Anness 13 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    3.

    L-iskambju ta' data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta' attivitajiet tal-avjazzjoni

    Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali f'konformità ma' dan l-Anness. B'mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f'waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS.

    4.

    Il-limitu (kwantità totali ta' kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)

    L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE inizjalment alloka kwoti kif ġej:

    15 % rkantati

    3 % twarrbu f'riżerva speċjali

    82 % ġew allokati mingħajr ħlas.

    L-allokazzjonijiet ġew emendati bir-Regolament (UE) Nru 421/2014 billi l-allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas tnaqqset bi proporzjon mat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni (l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE). Ir-Regolament (UE) 2017/2392, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, estenda dan l-approċċ sal-2023, u japplika l-fattur ta' tnaqqis lineari ta' 2,2 % mill-1 ta' Jannar 2021.

    Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta' strettezza bħal dak fl-EU ETS, b'mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta' tnaqqis bejn is-snin u l-perijodi ta' negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu allokati kif ġej:

    15 % għandhom jiġu rkantati,

    3 % għandhom jitwarrbu f'riżerva speċjali

    82 % għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas.

    Din l-allokazzjoni tista' tiġi riveduta f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta' dan il-Ftehim.

    Sal-2020, il-kwantità ta' kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi kkalkulata minn isfel għal fuq abbażi tal-kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skont id-distribuzzjoni tal-limitu kif imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ETS għandha teħtieġ l-aġġustamenti proporzjonali korrispondenti għall-ammonti li jridu jiġu allokati.

    Mill-2021, il-kwantità ta' kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi determinata mil-limitu fl-2020, filwaqt li titqies rata perċentwali ta' tnaqqis possibbli skont l-EU ETS.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 18 tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 46e, u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022

    5.

    L-allokazzjoni ta' kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar ta' kwoti

    L-Artikoli 3d u 28a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti Żvizzeri.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 19a(2) u (4) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    6.

    Ir-riżerva speċjali għal ċerti operaturi ta' inġenji tal-ajru

    L-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Il-kwoti għandhom jitwarrbu f'riżerva speċjali għal parteċipanti ġodda u għal dawk bi tkabbir mgħaġġel, ħlief li sal-2020, minħabba li s-sena ta' referenza għall-akkwist ta' data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018, l-Iżvizzera mhux se jkollha riżerva speċjali.

    Din ir-riżerva speċjali hija prevista fi:

    L-Artikolu 18(3) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 46e, u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    7.

    Il-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni mingħajr ħlas ta' kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

    L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Il-parametru referenzjarju annwali huwa ta' 0,000642186914222035 ta' kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

    Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun ogħla minn dak fl-EU ETS.

    Il-parametru referenzjarju annwali huwa ta' 0,000642186914222035 ta' kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

    Dan il-parametru huwa previst fi:

    L-Artikolu 46f(1) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    8.

    L-allokazzjoni mingħajr ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi ta' inġenji tal-ajru

    L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    L-aġġustamenti għandhom isiru skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-ħruġ ta' kwoti b'mod proporzjonali mal-obbligi korrispondenti ta' rapportar u ta' ċediment li jirriżultaw mill-kopertura attwali skont l-EU ETS ta' titjiriet bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera.

    L-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data f'tunnellati-kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta' referenza mill-parametru referenzjarju applikabbli.

    Din l-allokazzjoni mingħajr ħlas hija prevista:

    L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 46f(1) u (3) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    9.

    Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 'il quddiem.

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 'il quddiem.

    10.

    Il-limiti kwantitattivi għall-użu ta' krediti internazzjonali

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fid-dritt tal-Unjoni mill-2021 'il quddiem.

    L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi Żvizzera mill-2021 'il quddiem.

    11.

    Il-kisba ta' data f'tunnellati-kilometri għas-sena ta' referenza

    L-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni ta' hawn taħt, il-kisba ta' data ġdida f'tunnellati-kilometri għandha ssir fl-istess ħin u bl-istess metodu bħall-kisba ta' data f'tunnellati-kilometri għall-EU ETS.

    Sakemm tinkiseb data ġdida f'tunnellati-kilometri, u f'konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta' Data f'Tunnellati–Kilometri u l-Preparazzjoni ta' Pjanijiet ta' Monitoraġġ b'rabta mad-Distanzi ta' Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, is-sena ta' referenza għall-kisba ta' data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas-CO2

    l-Artikolu 46f(1) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    12.

    Il-monitoraġġ u r-rapportar

    L-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta' Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.

    Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta' strettezza bħal fl-EU ETS.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

    L-Artikoli minn 50 sa 52 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    13.

    Il-verifika u l-akkreditament

    L-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

    kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim

    Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta' strettezza bħal fl-EU ETS.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    14.

    L-amministrazzjoni

    Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).

    Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta' rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru l-attivitajiet tal-avjazzjoni kemm tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar).

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

    B'mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta' allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-UE.

    Fil-każ ta' ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta' titjiriet li joperaw fir-rigward ta' EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.

    L-Iżvizzera għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

    b'liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew

    bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera skont l-ETS kollegati.

    L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta' rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru l-attivitajiet tal-avjazzjoni kemm tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-amministrazzjoni tal-operaturi u l-kontijiet tal-inġenji tal-ajru, il-konformità u l-infurzar).

    L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

    B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi ta' inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta' allokazzjoni mingħajr ħlas ta' kwoti Żvizzeri.

    Dan huwa previst fi:

    L-Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2

    L-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2,

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    15.

    Iċ-ċediment

    Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta' kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-EU (ŻEE) għandhom l-ewwel nett jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex jagħtu kont tal-emissjonijiet koperti mill-EU ETS.

    Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta' kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett iqisu l-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex iqisu l-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera.

    Dan huwa previst fi:

    l-Artikolu 55(2bis) tal-Ordinanza tas-CO2

    kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.

    16.

    L-infurzar ġuridiku

    Il-Partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta' operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.

    17.

    L-attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

    Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru.

    L-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta' April tas-sena tal-attribuzzjoni u ladarba l-kollegament bejn ir-reġistri provviżorju jkun operazzjonali.

    Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.

    L-attribuzzjoni ta' operatur ta' inġenji tal-ajru m'għandhiex taffettwa l-kopertura ta' dak l-operatur ta' inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta' obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS tal-Iżvizzera, u viċeversa).

    18.

    Il-modalitajiet għall-implimentazzjoni

    Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta' servizz għad-detenturi ta' kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta' dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data li fiha japplika dan il-Ftehim.

    19.

    L-assistenza minn Eurocontrol

    Għall-parti tal-avjazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.

    C.   Kriterji Essenzjali għar-Reġistri

    L-ETS ta' kull Parti għandha tinkludi reġistru u reġistru tat-tranżazzjonijiet, li għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin fir-rigward ta' mekkaniżmi u proċeduri ta' sigurtà u b'rabta mal-ftuħ u mal-ġestjoni tal-kontijiet:

    Kriterji Essenzjali b'rabta mal-Mekkaniżmi u mal-Proċeduri tas-Sigurtà

    Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tad-data maħżuna fis-sistema. Għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi ta' sigurtà li ġejjin:

    Kriterji Essenzjali

    Biex jiġu aċċessati l-kontijiet, hemm bżonn ta' mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni b'żewġ fatturi għall-utenti kollha li jaċċessaw il-kont.

    Kemm biex tinbeda tranżazzjoni kif ukoll biex din tiġi approvata hemm bżonn ta' mekkaniżmu ta' ffirmar tat-tranżazzjoni. Il-kodiċi ta' konferma għandu jintbagħat lill-utenti barra mill-medda ta' frekwenzi normali.

    Kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet segwenti għandha tinbeda minn persuna waħda u tiġi approvata minn oħra (il-prinċipju ta' 4-għajnejn):

    l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn amministratur, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet kif definiti fl-LTS

    it-trasferimenti kollha ta' unitajiet sakemm ma jkunux ġustifikati minn miżura alternattiva li tipprovdi l-istess livell ta' sigurtà.

    Għandu jkun hemm sistema ta' notifiki fis-seħħ li twissi lill-utenti meta jitwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-kontijiet u l-assi tagħhom.

    Japplika dewmien minimu ta' 24 siegħa bejn il-bidu ta' trasferiment u l-eżekuzzjoni tiegħu lill-utenti kollha sabiex jirċievu l-informazzjoni u jieqaf kwalunkwe trasferiment illeġittimu suspettat, sakemm sistema ta' kontijiet affidabbli ma tipprevedix l-istess livell ta' sikurezza.

    L-amministratur Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-utenti dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom (PC, network,...) u fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-data/tan-navigazzjoni fuq l-Internet.

    Fir-rigward il-konformità, u suġġett għal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet, l-emissjonijiet jistgħu jiġu koperti biss b'skambji maħruġa fl-istess perjodu jew qablu.

    Kriterji Essenzjali b'rabta mal-Ftuħ u mal-Ġestjoni tal-Kontijiet

    Kriterji Essenzjali

    Ftuħ ta' Kont tal-Operatur/Kont ta' Depożitu tal-Operatur

    L-applikazzjoni mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti għat-talba ta' ftuħ ta' kont (ta' depożitu) tal-operatur għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (l-Uffiċċju Federali tal-Ambjent, FOEN, għall-Iżvizzera). L-applikazzjoni għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika l-installazzjoni tal-ETS u ID adegwata tal-installazzjoni.

    Ftuħ ta' Kont tal-Operatur ta' Inġenji tal-Ajru/Kont ta' Depożitu ta' Operatur ta' Inġenji tal-Ajru

    Kull operatur ta' inġenji tal-ajru kopert mill-ETS tal-Iżvizzera jew mill-EU ETS għandu jkollu kont wieħed tal-operatur ta' inġenji tal-ajru/kont ta' depożitu wieħed ta' operatur ta' inġenji tal-ajru. Fil-każ tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru amministrati mill-awtorità kompetenti Żvizzera dan il-kont għandu jinżamm fir-reġistru Żvizzeru. L-applikazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 30 jum ta' xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew mit-trasferiment tiegħu minn Stat Membru tal-UE (ŻEE) lill-awtoritajiet Żvizzeri. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi jew kodiċijiet uniċi tal-inġenju tal-ajru operat mill-applikant li jaqgħu skont l-ETS tal-Iżvizzera u/jew tal-EU ETS.

    Ftuħ ta' Kont Kummerċjali/ Kont ta' Depożitu Personali/

    L-applikazzjoni għal talba għall-ftuħ ta' kont kont kummerċjali/kont ta' depożitu personali għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera). Għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-detentur/tal-applikant tal-kont u għandha tinkludi tal-anqas:

    għal persuna fiżika: prova tal-identità u d-dettalji ta' kuntatt

    għal persuna ġuridika:

    il-kopja tar-reġistru kummerċjali, jew

    dokument li jagħti xhieda tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika u, jekk jixraq, l-istrument li jistabbilixxi l-entità ġuridika

    ir-rekords kriminali tal-persuna fiżika jew, jekk jixraq, fil-każ ta' persuna ġuridika, tad-diretturi tagħha.

    Rappreżentanti Awtorizzati/tal-Kont

    Kull kont għandu jkollu tal-anqas rappreżentant awtorizzat/tal-kont wieħed innominat mid-detentur tal-kont prospettiv. Ir-rappreżentanti awtorizzati/tal-kont għandhom jibdew it-tranżazzjonijiet u proċessi oħra f'isem id-detentur tal-kont. Meta jiġi nnominat ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont, għandha tiġi trażmessa l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont:

    isem u dettalji ta' kuntatt

    id-dokument ġustifikattiv tal-identifikazzjoni

    rekord kriminali.

    Il-kontroll tad-dokumenti

    Kwalunkwe kopja ta' dokument li tiġi sottomessa bħala evidenza għall-ftuħ ta' kont kummerċjali/kont ta' depożitu personali jew għan-nomina ta' rappreżentant awtorizzat/ta' kont trid tkun ċertifikata bħala kopja vera. Fir-rigward ta' dokumenti maħruġa barra mill-Istat li jkun qed jitlob kopja, il-kopja trid tiġi legalizzata, għajr jekk tkun prevista permezz tal-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni u, fejn rilevanti, tal-leġiżlazzjoni ma tridx tkun ta' aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

    Rifjut għall-ftuħ jew għall-aġġornament ta' kont jew għan-nomina ta' rappreżentant awtorizzat/tal-kont

    Amministratur nazzjonali (il-FOEN għall-Iżvizzera) jista' jirrifjuta li jiftaħ jew li jaġġorna kont jew li jinnomina rappreżentant awtorizzat/ta' kont diment li r-rifjut ikun raġonevoli u ġustifikabbli. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom ikunu ġustifikati abbażi ta' mill-inqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

    l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu mhux kompluti, skaduti, jew inkella skorretti

    ir-rappreżentant prospettiv ikun qed jiġi investigat jew ikun instab ħati fil-ħames snin preċedenti ta' frodi li tinvolvi kwoti jew unitajiet ta' Kjoto, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew reati gravi oħra li għalihom il-kont seta' kien strumentali

    raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni.

    Reviżjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-kont

    Id-detenturi tal-kont għandhom jirrapportaw kwalunkwe tibdil fil-kont jew fid-data dwar l-utent lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 10 t'ijiem, iġġustifikat minn informazzjoni kif meħtieġ mill-amministratur nazzjonali li huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-aġġornament f'waqtu tal-informazzjoni.

    Mill-anqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jivvaluta jekk l-informazzjoni relatata ma' kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur tal-kont jinnotifika kwalunkwe tibdil kif ikun xieraq. Fil-każ ta' Kontijiet tal-Operaturi/Kontijiet ta' Depożitu tal-Operaturi, Kontijiet tal-Operaturi tal-Inġenji tal-Ajru/Kontijiet ta' Depożitu tal-Operaturi tal-Inġenji tal-Ajru u verifikaturi, il-valutazzjoni għandha sseħħ tal-anqas darba kull ħames snin.

    Sospensjoni ta' Aċċess għal Kont

    Fejn tinkiser kwalunkwe dispożizzjoni skont l-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim relattivament għal reġistri jew tkun pendenti xi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ksur ta' dawk id-dispożizzjonijiet, l-aċċess għall-kontijiet jista' jiġi sospiż.

    Kunfidenzjalità u żvelar tal-informazzjoni

    L-informazzjoni, inkluż iż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unità tal-unitajiet ta' Kjoto miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL jew fl-SSTL, fir-Reġistru tal-Unjoni, fir-reġistru Żvizzeru u fi kwalunkwe reġistru tal-Protokoll ta' Kyoto ieħor għandhom jitqiesu kunfidenzjali.

    Tali informazzjoni kunfidenzjali tista' tingħata lill-entitajiet pubbliċi rilevanti fuq talba tagħhom jekk dawn it-talbiet isegwu objettiv leġittimu u huma ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni tat-taxxa, infurzar, awditjar u superviżjoni finanzjarja għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, kriminalità serja oħra, abbuż tas-suq jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali ta' Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-EU ETS u tal-ETS tal-Iżvizzera.

    D.   Kriterji Essenzjali għall-Pjattaformi tal-Irkantar u għall-Attivitajiet tal-Irkantar

    L-entitajiet li jwettqu l-irkanti tal-kwoti fl-ETS tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin u għandhom iwettqu l-irkanti skont dan:

     

    Kriterji Essenzjali

    1.

    L-entità li tmexxi l-irkant għandha tintgħażel permezz ta' proċess li jiżgura trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs, non-diskriminazzjoni u kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant potenzjali differenti abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist.

    2.

    L-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun awtorizzata għal din l-attività u għandha tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha; dawk is-salvagwardji jinkludu, fost l-oħrajn, arranġamenti għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom ikun espost is-suq, li jkun hemm regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għal irkantar ġust u ordnat u biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġi faċilitat il-funzjonament kif suppost.

    3.

    L-aċċess għall-irkanti għandu jkun soġġett għal rekwiżiti minimi fir-rigward ta' kontrolli adegwati tad-diliġenza tal-klijenti biex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jimminawx l-operat tal-irkanti.

    4.

    Il-proċess tal-irkantar għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward taż-żmien u tas-sekwenza tal-bejgħ u tal-volumi stmati li għandhom ikunu disponibbli. L-elementi prinċipali tal-metodu tal-irkantar, inkluż l-iskeda, id-dati u l-volumi stmati tal-bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-entità li tmexxi l-irkant tal-anqas xahar qabel il-bidu tal-irkanti. Kwalunkwe aġġustament sinifikanti għandu jitħabbar malajr kemm jista' jkun prattikabbli, inkluż minn qabel ukoll.

    5.

    L-irkantar tal-kwoti għandu jitwettaq bl-objettiv li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt fuq l-ETS ta' kull Parti. L-entità inkarigata mill-irkant għandha tiżgura l-prezzijiet uniformi tal-irkanti ma jiddevjawx b'mod sinifikanti mill-prezz rilevanti għall-kwoti fis-suq sekondarju matul il-perijodu tal-irkant, sitwazzjoni li tkun tindika nuqqas fl-irkanti. Il-metodoloġija li tiddetermina d-devjazzjoni msemmija fis-sentenza ta' qabel għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw funzjonijiet ta' sorveljanza tas-suq.

    6.

    L-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li hija pertinenti għall-irkanti, inklużi l-leġiżlazzjoni, il-gwidi u l-formoli kollha, għandha tiġi ppubblikata b'mod miftuħ u trasparenti. Ir-riżultati ta' kull irkant mwettaq għandhom jiġu ppubblikati malajr kemm jista' jkun raġonevolment prattikabbli u jinkludu l-informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti. Ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-irkanti għandhom jiġu ppubblikati tal-anqas darba fis-sena.

    7.

    L-irkantar tal-kwoti għandu jkun soġġett għal regoli u proċeduri adegwati biex itaffi r-riskju ta' komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu fl-irkanti. Kemm jista' jkun possibbli, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom ma jkunux inqas stretti minn dawk applikabbli għas-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet. B'mod partikolari, l-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta' miżuri, proċeduri u proċessi sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti. Għandha timmonitorja wkoll l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq u tinnotifika lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti f'każ ta' komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil ta' flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

    8.

    L-entità li twettaq l-irkanti u l-irkantar tal-kwoti għandha tkun soġġetta għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom il-kompetenzi legali neċessarji u l-arranġamenti tekniċi biex jagħmlu superviżjoni ta':

    l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-operaturi tal-pjattaformi tal-irkanti

    l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-intermedjarji professjonali li jaġixxu f'isem il-klijenti

    l-imġiba u t-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, sabiex jiġi evitat abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

    it-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, sabiex jiġi evitat il-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

    Sa fejn ikun possibbli, is-superviżjoni ma għandhiex tkun inqas stretta mis-superviżjoni fuq is-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet.

    L-Iżvizzera għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel użu minn entità privata għall-irkantar tal-kwoti tagħha, skont ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

    Sa meta tiġi kkuntrattata tali entità, u dment li l-għadd ta' kwoti li ser jiġu rkantati f'sena jkun taħt limitu fiss, l-Iżvizzera tista' tkompli tuża l-arranġamenti attwali għall-irkantar, jiġifieri l-irkanti operati mill-FOEN, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    Il-livell limitu għandu jkun ta' 1 000 000 kwota, li jinkludi l-kwoti li għandhom jiġu rkantati għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

    2.

    Għandhom japplikaw il-kriterji essenzjali minn 1 sa 8, bl-eċċezzjoni tal-kriterji 1 u 2, filwaqt li l-aħħar sentenza tal-kriterju 5 u l-kriterji 7 u 8 japplikaw biss għall-FOEN sal-limitu possibbli.

    Għandu japplika l-Kriterju Essenzjali 3, flimkien mad-dispożizzjoni li ġejja: l-ammissjoni għas-sottomissjoni ta' offerti fl-irkanti tal-kwoti Żvizzeri skont l-arranġamenti għall-irkantar li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih ġie ffirmat dan il-Ftehim għandhom jiġu garantiti għall-entitajiet kolla fiż-ŻEE li huma ammessi biex jissottomettu offerti fl-irkanti fl-Unjoni.

    L-Iżvizzera tista' tawtorizza lil entitajiet li jinsabu fiż-ŻEE biex imexxu l-irkant.”.

    2.

    L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS IV

    DEFINIZZJONI TA' LIVELLI TA' SENSITTIVITÀ TAL-ETS

    A.1 –   Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità

    “Kunfidenzjalità” tfisser in-natura riżervata tal-informazzjoni jew ta' sistema ta' informazzjoni kollha jew parti minnha (bħal algoritmi, programmi u dokumentazzjoni) li l-aċċess għaliha jkun limitat għal persuni, korpi u proċeduri awtorizzati.

    “Integrità” tfisser il-garanzija li s-sistema ta' informazzjoni u l-informazzjoni pproċessata jistgħu jiġu alterati biss b'azzjoni intenzjonata u leġittima u li s-sistema ser tipproduċi r-riżultat mistenni b'mod preċiż u b'mod sħiħ.

    Għal kull element ta' informazzjoni tal-ETS li jitqies bħala sensittiv, l-aspett ta' kunfidenzjalità għandu jitqies mill-impatt potenzjali fil-livell ta' negozju fejn din l-informazzjoni tiġi żvelata u l-aspett ta' integrità għandu jitqies mill-impatt potenzjali fil-livell ta' negozju fejn din l-informazzjoni fir-rigward ta' modifikazzjoni, qerda parzjali jew kompleta mhux intenzjonata.

    Il-livell ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-livell ta' integrità ta' sistema ta' informazzjoni għandhom ikunu klassifikati wara valutazzjoni abbażi tal-kriterji li jinsabu fit-taqsima A.2. Dawk il-klassifikazzjonijiet jippermettu li l-livell ta' sensittività globali tal-informazzjoni jiġi evalwat permezz tat-tabella skematika mogħtija fit-taqsima A.3.

    A.2 –   Klassifikazzjoni tal-Kunfidenzjalità u tal-Integrità

    A.2.1 –   “Klassifikazzjoni baxxa”

    Għandha tingħata klassifikazzjoni baxxa lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara moderata lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':

    taffettwa moderatament ir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi;

    tikkawża pubbliċità lokali negattiva għall-immaġni jew għar-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta' istituzzjonijiet oħra;

    tikkawża imbarazzament lill-individwi;

    taffettwa l-moral/produttività tal-persunal;

    tikkawża telf finanzjarju limitat jew tiffaċilita moderatament qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;

    taffettwa moderatament l-iżvilupp jew l-operat effettiv tal-politiki tal-Partijiet;

    taffettwa moderatament l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.

    A.2.2 –   “Klassifikazzjoni medja”

    Għandha tingħata klassifikazzjoni medja lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':

    tikkawża imbarazzament lir-relazzjonijiet politiċi jew diplomatiċi;

    tikkawża ħsara lill-immaġni jew lir-reputazzjoni tal-Partijiet jew ta' istituzzjonijiet oħra;

    tikkawża tbatija għall-individwi;

    tikkawża tnaqqis konsegwenzjali fil-moral/produttività tal-persunal;

    timbarazza lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn f'negozjati kummerċjali jew ta' politika ma' oħrajn;

    tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;

    taffettwa l-investigazzjoni ta' reat;

    tikser l-obbligi legali jew kuntrattwali dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;

    taffettwa l-iżvilupp jew l-operat tal-politiki tal-Partijiet;

    taffettwa l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.

    A.2.3 –   “Klassifikazzjoni għolja” (1)

    Għandha tingħata klassifikazzjoni għolja lil kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ETS li l-iżvelar tagħha lil persuni mhux awtorizzati, u/jew li t-telf ta' integrità tagħha jikkawżaw ħsara katastrofika u/jew ħsara mhux aċċettabbli lill-Partijiet jew lil istituzzjonijiet oħrajn li min-naħa tagħha tista':

    taffettwa b'mod avvers ir-relazzjonijiet diplomatiċi;

    tikkawża tbatija sostanzjali lill-individwi;

    tagħmilha aktar diffiċli li tinżamm l-effettività jew is-sigurtà operattiva tal-Partijiet jew ta' forzi ta' kontributuri oħra;

    tikkawża telf finanzjarju jew tiffaċilita qligħ jew vantaġġ mhux xieraq għall-individwi jew għall-kumpaniji;

    tikser l-impenji xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi;

    tikser restrizzjonijiet statutorji dwar l-iżvelar tal-informazzjoni;

    tippreġudika l-investigazzjoni jew tiffaċilita t-twettiq ta' reat kriminali;

    tpoġġi lill-Partijiet fi żvantaġġ f'negozjati kummerċjali jew ta' politika ma' oħrajn;

    timpedixxi l-iżvilupp jew l-operat effettiv tal-politiki tal-Partijiet;

    tfixkel l-immaniġġjar xieraq tal-Partijiet u tal-operazzjonijiet tagħhom.

    A.3 –   Valutazzjoni tal-livell ta' informazzjoni sensittiva tal-ETS

    Abbażi tal-klassifikazzjonijiet għall-Kunfidenzjalità u għall-Integrità skont it-taqsima A.2, u f'konformità mal-livelli ta' sensittività skont l-Anness III ta' dan il-Ftehim, il-livell ta' sensittività globali tal-informazzjoni jiġi determinat permezz tat-tabella skematika li ġejja:

    Klassifikazzjoni tal-kunfidenzjalità

    Klassifikazzjoni tal-integrità

    Baxxa

    Medja

    Għolja

    Baxxa

    Markatura tal-UE:

    SENSITTIVA: ETS Joint Procurement

    Markatura CH :

    LIMITATA : ETS

    Markatura tal-UE/CH:

    SENSITTIVA: ETS

    (jew  (*1)

    Markatura tal-UE:

    SENSITTIVA: ETS Joint Procurement

    Markatura CH:

    LIMITATA: ETS)

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika

    Medja

    Markatura tal-UE/CH:

    SENSITTIVA: ETS

    (jew (*)

    Markatura tal-UE:

    SENSITTIVA: Akkwist Konġunt tal-ETS

    Markatura CH:

    LIMITED: ETS)

    Markatura tal-UE/CH:

    SENSITTIVA: ETS

    (jew (*)

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika)

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika

    Għolja

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI:

    ETS Kritika

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika

    Markatura tal-UE/CH:

    TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika


    (1)  Bħala kjarifika, l-għażla tal-kliem skont dan il-punt, A.2.3., tikkonċerna biss “informazzjoni sensittiva” skont it-tifsira tal-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim, anke jekk din hi kważi identika mal-għażla tal-kliem użata biex tiddefinixxi informazzjoni klassifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/1962 tas-17 ta' Ottubru 2019 dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni għat-trattament ta' informazzjoni klassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED (ĠU UE L 311,2.12.2019, p. 21).

    (*1)  Varjazzjoni possibbli li għandha tiġi vvalutata fuq bażi ta' każ b'każ.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2172/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Haut