Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2134

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2134 tat-13 ta’ Ottubru 2023 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 6729)

    C/2023/6729

    ĠU L, 2023/2134, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2134/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2134/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2134

    17.10.2023

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2134

    tat-13 ta’ Ottubru 2023

    li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument C(2023) 6729)

    (It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf immodifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Marzu 2017, Monsanto Europe S.A./N.V., ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni f’isem Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419, li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 “l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni kienet tikkonċerna wkoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419 jew li jikkonsistu minnu għal użi oħrajn għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskji mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva.

    (3)

    Permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ Awwissu 2018, Monsanto Europe S.A./N.V. għarrfet lill-Kummissjoni li kienet biddlet il-forma ġuridika tagħha u biddlet isimha għal Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju.

    (4)

    Permezz ta’ ittra bid-data tat-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA tal-Belġju għarrfet lill-Kummissjoni li, mill-1 ta’ Awwissu 2020 se tbiddel il-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal Bayer Agriculture BV.

    (5)

    Permezz ta’ ittra bid-data tat-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA Belgium li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti, għarrfet lill-Kummissjoni li, mill-1 ta’ Awwissu 2020, Monsanto Company se tbiddel il-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal Bayer CropScience LP.

    (6)

    Fl-20 ta’ Jannar 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (3). L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-kontroparti konvenzjonali tiegħu u daqs il-varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux immodifikati ġenetikament ittestjati għall-effetti li jista’ jkollhom fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-ikel u tal-għalf magħmul mill-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419 ma jirrappreżentax problemi nutrizzjonali għall-bnedmin u għall-annimali.

    (7)

    Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset it-tħassib u l-mistoqsijiet kollha li ressqu l-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (8)

    L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, u li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, huwa konformi mal-użi maħsuba tal-prodotti.

    (9)

    Meta jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li tiġi awtorizzata l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419, li jikkonsistu minnu jew li huma magħmulin minnu, għall-użi elenkati fl-applikazzjoni.

    (10)

    Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għall-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419 f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (4).

    (11)

    Ma jidhirx li huma meħtieġa xi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li ma jinqabżux il-limiti tal-użu fl-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikketti tal-prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 87419 jew li jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel, ikun fihom indikazzjoni ċara li dawn mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

    (12)

    Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (6).

    (13)

    L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi oħra għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu u għall-manipulazzjoni jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjenti u/jew ta’ żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (14)

    Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperta minn din id-Deċiżjoni tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf immodifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (15)

    Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    (16)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-President tiegħu. Tqies li dan l-att ta’ implimentazzjoni kien meħtieġ u l-President issottomettih lill-kumitat tal-appell biex jitkomplew id-deliberazzjonijiet. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-organiżmu mmodifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

    Il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON 87419, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku MON-87419-8, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a)

    oġġetti tal-ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu;

    (b)

    għalf li fih il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8, li jikkonsisti minnu, jew li huwa prodott minnu;

    (c)

    prodotti li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8, jew li jikkonsistu minnu, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    Tikkettar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, isem l-organiżmu għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8 jew li jikkonsistu minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(a).

    Artikolu 4

    Metodu tad-detezzjoni

    Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8.

    Artikolu 5

    Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stipulat fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 6

    Reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 7

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer CropScience LP, irrappreżentat fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV.

    Artikolu 8

    Validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 9

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer CropScience LP, 800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti, irrappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

    (3)  EFSA GMO Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Mmodifikati Ġenetikament), 2023. Scientific opinion on the assessment of genetically modified maize MON 87419 for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2017-140). EFSA Journal 2023;21(1):7730, p. 35, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7730

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


    ANNESS

    (a)

    Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Bayer CropScience LP

    Indirizz

    :

    800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti.

    Irrappreżentat fl-Unjoni minn: Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

    (b)

    Definizzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON-87419-8, li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu;

    (2)

    għalf li jkun fih il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON-87419-8, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu;

    (3)

    prodotti li jkun fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament (Zea mays L.) MON-87419-8, jew li jkunu jikkonsistu minnu, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Il-fażola tas-sojja mmodifikata ġenetikament MON-87419-8 tesprimi l-ġeni dmo u pat, li jagħtu tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq id-dikamba u fuq il-glufosinat-ammonju.

    (c)

    Tikkettar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

    (2)

    Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom, il-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1) ta’ dan l-Anness.

    (d)

    Metodu tad-detezzjoni:

    (1)

    Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-event u abbażi tal-PCR għad-detezzjoni tal-qamħirrum immodifikat ġenetikament MON-87419-8.

    (2)

    Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fis-sit webhttp://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx

    (3)

    Materjal ta’ Referenza: L-AOCS 0818-A2 u l-AOCS 0406-A2 (għall-kontraparti mhux immodifikata ġentetikament) jinsabu permezz tas-sit web tal-American Oil Chemists Society (AOCS) fuq: https://www.aocs.org/crm

    (e)

    Identifikatur uniku:

     

    MON-87419-8

    (f)

    Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

     

    [Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: jiġi ppubblikat fir-reġistru tal-UE tal-ikel u tal-għalf immodifikati ġenetikament meta jiġi nnotifikat].

    (g)

    Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:

     

    Mhumiex meħtieġa.

    (h)

    Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

     

    Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    [Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament]

    (i)

    Rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem wara l-introduzzjoni fis-suq:

     

    Mhumiex meħtieġa.

    Nota:

    il-links għad-dokumenti rilevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għal żmien. Dawk il-bidliet jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2134/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top