This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2073
Council Decision (EU) 2023/2073 of 25 September 2023 concerning the extension of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of the United States of America
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2073 tal-25 ta’ Settembru 2023 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2073 tal-25 ta’ Settembru 2023 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
ST/8892/2023/INIT
ĠU L 239, 28.9.2023, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2073
tal-25 ta’ Settembru 2023
li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Washington, DC, fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim, il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-rieżami mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE (4), 2009/306/KE (5), 2014/240/UE (6) u (UE) 2018/1578 (7), il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodi addizzjonali suċċessivi ta’ ħames snin. Il-Ftehim ser jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023. |
(4) |
Il-valutazzjoni li wettqet il-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma ta’ prijorità komuni għax-xjenza u t-teknoloġija, li jwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
(5) |
L-iskambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, datati s-7 ta’ Novembru 2022 u t-13 ta’ Diċembru 2022, ikkonferma l-interess tagħhom li jestendu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għall-estensjoni tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 12, il-punt (b), tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GÓMEZ HERNÁNDEZ
(1) Approvazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35).
(3) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 43).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 1).