Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1515

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1515 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

    ST/11121/2023/INIT

    ĠU L 184, 21.7.2023, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/08/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1515/oj

    21.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1515

    tal-20 ta’ Lulju 2023

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 (1).

    (2)

    Fit-18 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, talbet estensjoni ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Awwissu 2024, għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-implimentazzjoni li għaddejja tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja addizzjonali għall-perjodu sat-30 ta’ Awwissu 2024.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1026, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Awwissu 2024.".

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1026 tal-21 ta’ Ġunju 2021 b’appoġġ għall-Programm dwar iċ-Ċibersigurtà u r-Reżiljenza Ċibernetika u l-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 24).


    Top