Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1352

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1352 tat-30 ta’ Ġunju 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2023)

    ST/10525/2023/COR/2

    ĠU L 168, 3.7.2023, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1352/oj

    3.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1352

    tat-30 ta’ Ġunju 2023

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2023)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUBAM Libya, inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fl-14 ta’ Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/59 (2), li taħtar lis-Sa Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Frar 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

    (3)

    Fit-18 ta’ Mejju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/846 (3), li testendi l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    (4)

    Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1305 (4), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Libya sat-30 ta’ Ġunju 2024.

    (5)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sa Natalina CEA bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/59 tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2021) (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 3).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/846 tat-18 ta’ Mejju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2022) (ĠU L 148, 31.5.2022, p. 38).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1305 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 161, 27.6.2023, p. 68).


    Top