Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1346

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1346 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/10052/2023/INIT

    ĠU L 168, 3.7.2023, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1346/oj

    3.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1346

    tas-27 ta’ Ġunju 2023

    li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    (2)

    Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/1834 (3) li taħtar sitt membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Nicola ZINGARETTI sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (4)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Gaetano ARMAO u r-riżenja tas-Sur Christian SOLINAS saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (5)

    Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Roberta ANGELILLI, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Vicepresidente, Assessore e Consigliere della Regione Lazio (Viċi President, Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Lazio u Membru tal-Kunsill Reġjonali), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

    (6)

    Il-Gvern Taljan ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Luca Rosario Luigi SAMMARTINO, Vicepresidente, Assessore e Consigliere della Regione Siciliana (Viċi President, Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Sqallija u Membru tal-Kunsill Reġjonali), u s-Sur Renato SCHIFANI, Presidente e Consigliere della Regione Siciliana (President tar-Reġjun ta’ Sqallija u Membru tal-Kunsill Reġjonali),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sa Roberta ANGELILLI, Vicepresidente, Assessore e Consigliere della Regione Lazio (Viċi President, Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Lazio u Membru tal-Kunsill Reġjonali),

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sur Luca Rosario Luigi SAMMARTINO, Vicepresidente, Assessore e Consigliere della Regione Siciliana (Viċi President, Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Sqallija u Membru tal-Kunsill Reġjonali),

    Is-Sur Renato SCHIFANI, Presidente e Consigliere della Regione Siciliana (President tar-Reġjun ta’ Sqallija u Membru tal-Kunsill Reġjonali).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1834 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li taħtar sitt membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 372, 20.10.2021, p. 11).


    Top