Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1323

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

ST/6599/2023/INIT

ĠU L 166, 30.6.2023, pp. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1323/oj

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1323

tas-27 ta’ Ġunju 2023

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ New Zealand.

(2)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, in-negozjati għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top