Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1209

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1209 tal-21 ta’ Ġunju 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114 li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023) 3937) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3937

    ĠU L 159, 22.6.2023, p. 87–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1209/oj

    22.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 159/87


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1209

    tal-21 ta’ Ġunju 2023

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114 li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument C(2023) 3937)

    (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta’ Diċembru 2020, Pioneer Overseas Corporation, ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni f’isem il-kumpanija Pioneer Hi-Bred International, Inc., ibbażata fl-Istati Uniti, lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands (“l-applikazzjoni”) għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    (2)

    Barra minn hekk, l-applikazzjoni kienet tkopri t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom 10 subkombinazzjonijiet ta’ eventi ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom. Żewġ subkombinazzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni, MON 89034 x MON 87411 u MON 89034 x DAS-40278-9, diġà ġew awtorizzati mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 (2) u (UE) 2019/2086 (3) rispettivament.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tkopri l-qamħirrum DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet kollha mhux awtorizzati tal-avvenimenti uniċi ta’ trasformazzjoni li jikkostitwixxu dan il-qamħirrum: DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114.

    (4)

    F’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva.

    (5)

    Fid-9 ta’ Novembru 2022, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli (5) f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huma sikuri daqs il-kontraparti konvenzjonali tagħhom u daqs il-varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux modifikati ġenetikament li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-konsum tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet tiegħu ma jirrappreżenta l-ebda tħassib nutrizzjonali.

    (6)

    Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-preokkupazzjonijiet kollha mressqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif previst fl-Artikolu 6(4) u fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (7)

    L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti.

    (8)

    Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq għall-użi elenkati fl-applikazzjoni ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom.

    (9)

    Permezz ta’ ittra bid-data tal-24 ta’ Jannar 2022, Pioneer Hi-Bred International, Inc. talbet li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ Pioneer Hi-Bred International, Inc. li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet pendenti kollha għall-prodotti modifikati ġenetikament, lil Corteva Agriscience LLC, bbażata fl-Istati Uniti. Corteva Agriscience LLC ikkonfermat li kienet taqbel mal-bidla fid-detentur tal-awtorizzazzjoni proposta minn Pioneer Hi-Bred International, Inc.. Corteva Agriscience LLC hija rrappreżentata fl-Unjoni minn Agriscience Belgium B.V., ibbażata fil-Belġju.

    (10)

    Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għall-qamħirrum modifikat ġenetikament DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9 u lil kull waħda mis-subkombinazzjonijiet tiegħu DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DP4114 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411, MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114, DP4114 x MON 87411, DAS-40278-9 x MON 87411, DAS-40278-9 x DP4114, MON 89034 x DP4114, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (6).

    (11)

    Ma jidhirx li huma meħtieġa xi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti, bl-eċċezzjoni ta’ dak tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel, jindika b’mod ċar li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

    (12)

    Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (8).

    (13)

    L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi oħra għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-immanipular jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent jew ta’ żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (14)

    Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (15)

    Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

    (16)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma ħariġx l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li dan l-att ta’ implimentazzjoni kien meħtieġ u l-President issottomettih lill-kumitat ta’ appell biex jitkomplew id-deliberazzjonijiet. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikaturi uniċi

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:

    (a)

    l-identifikatur uniku DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 x MON89034 x MON87411 x DAS-40278-9;

    (b)

    l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 x DP4114 x MON 87411;

    (c)

    l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DP4114 x MON 87411;

    (d)

    l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DAS-40278-9 x MON 87411;

    (e)

    l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DAS-40278-9 x DP4114;

    (f)

    l-identifikatur uniku DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DP4114 × MON 87411;

    (g)

    l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 × MON 87411;

    (h)

    l-identifikatur uniku DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9 x DP4114;

    (i)

    l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 x DP4114.

    Artikolu 2

    Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a)

    l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu;

    (b)

    l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu;

    (c)

    il-prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat jew li jikkonsistu minnu u mis-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1 għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    Tikkettar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, isem l-organiżmu għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat jew li jikkonsistu minnu u s-subkombinazzjonijiet tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(a).

    Artikolu 4

    Metodu tad-detezzjoni

    Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u s-subkombinazzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 1.

    Artikolu 5

    Monitoraġġ għall-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta r-rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stabbilit fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 6

    Reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 7

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V.

    Artikolu 8

    Validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 9

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana, 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium B.V., Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/65 tat-22 ta’ Jannar 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411, u mill-qamħirrum modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 37).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2086 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 87).

    (4)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

    (5)  EFSA GMO Panel (EFSA Panel on Genetically Modified Organisms), 2022. Scientific Opinion on assessment of genetically modified maize DP4114 × MON 89034 × MON 87411 × DAS-40278-9 and sub-combinations for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2020-171). EFSA Journal 2022; 20(11):7619, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7619

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

    (9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


    ANNESS

    (a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Corteva Agriscience LLC

    Indirizz

    :

    9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti

    Rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.

    (b)   Definizzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu;

    (2)

    l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu;

    (3)

    prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e); għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP-ØØ4114-3 jesprimi l-ġeni cry1F, cry34Ab1 u cry35Ab1, li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri u koleopteri u l-ġene pat, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-89Ø34-3 jesprimi l-ġeni cry1 A.105 u cry2Ab2, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri.

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-87411-9 jesprimi l-ġene dvSnf7 dsRNA, li jagħti protezzjoni kontra Diabrotica virgifera, il-ġene cry3Bb1, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti koleopteri, u l-proteina CP4 EPSPS, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat.

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-4Ø278-9 jesprimi il-ġene aad-1 li jagħti tolleranza għall-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u għall-erbiċidi arilossifenossipropjonati (AOPP).

    (c)   Tikkettar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    (2)

    Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fil-punt (e), jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1).

    (d)   Metodu tad-detezzjoni:

    (1)

    Il-metodi ta’ detezzjoni kwantitattivi tal-PCR speċifiċi għall-eventi huma dawk ivvalidati individwalment għal eventi tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DP-ØØ4114-3, MON-89Ø34-3, MON-87411-9, DAS-4Ø278-9 u li reġgħu ġew ivverifikati fuq il-qamħirrum DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9;

    (2)

    Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fis-sit web http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx;

    (3)

    Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906-E2 (għal MON-89Ø34-3), u AOCS 0215-B (għal MON-87411-9) huma aċċessibbli fuq is-sit tal-American Oil Chemists Society https://www.aocs.org/crm#maize; ERM®-BF439 a-e (għal DP-ØØ4114-3) u ERM®-BF433 a-d (għal DAS-4Ø278-9) huma aċċessibbli fuq is-sit taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea https://crm.jrc.ec.europa.eu/.

    (e)   Identifikatur uniku:

     

    DP-ØØ4114-3 x MON-89Ø34-3 x MON-87411-9 x DAS-4Ø278-9;

     

    DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9;

     

    MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9;

     

    MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9;

     

    MON-89Ø34-3 x DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3;

     

    DP-ØØ4114-3 x MON-87411-9;

     

    DAS-4Ø278-9 x MON-87411-9;

     

    DAS-4Ø278-9 x DP-ØØ4114-3;

     

    MON-89Ø34-3 x DP-ØØ4114-3.

    (f)   Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    [Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, Numru tal-ID tar-Reġistrazzjoni: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].

    (g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:

    Mhumiex meħtieġa.

    (h)   Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

    Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    [Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]

    (i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem wara l-introduzzjoni fis-suq:

    Mhumiex meħtieġa.

    Nota:

    il-links għad-dokumenti rilevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għal żmien. Dawk il-modifiki jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.

    Top