Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1148

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1148 tat-12 ta’ Ġunju 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

ST/10151/2023/ADD/1

ĠU L 151I, 12.6.2023, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1148/oj

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 151/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1148

tat-12 ta’ Ġunju 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK.

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PEHRSON


(1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.


ANNESS

Il-persuna elenkata hawn taħt għandha tiżdied mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:

I.   Persuni

“22.

Abdullahi Osman Mohamed Caddow (magħruf ukoll bħala: a) Cabdullahi Cusman Maxamed Caddow b) Dhagacade c) Faracade d) Injineer Ismaaciil e) Eng. Ismail).

Data tat-Twelid: 1983

Nazzjonalità: Somalja

Indirizz: Somalja

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta’ Mejju 2023

Sess: raġel

Informazzjoni oħra:

Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.

Abdullahi Osman Mohamed Caddow, magħruf ukoll bħala “Eng. Ismail” huwa espert anzjan dwar l-isplussivi ta’ al-Shabaab responsabbli mit-tmexxija ġenerali tal-operazzjonijiet u l-manifattura tal-grupp fil-qasam tal-isplussivi. B’hekk, kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa ngħaqad mal-fergħa tal-media ta’ Al-Shabaab, Al-Kataib fl-2008 f’Mogadishu u aktar tard fl-2014 sar membru tal-unità tal-manifattura tal-isplussivi fil-grupp li topera f’bosta ċentri ta’ preparazzjoni tal-isplussivi fl-ibliet ta’ Jilib, Bu’aale, Saakoow, Salagle, Kuunyo-Barrow, u Arabow. Jikkmanda tim ta’ 68 operatur ta’ Al-Shabaab u jdaħħal b’kuntrabandu madwar USD 6 miljun ta’ materjal għall-manifattura tal-isplussivi kull sena.”


Top