Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1138

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1138 tat-8 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    ST/8298/2023/INIT

    ĠU L 149, 9.6.2023, p. 89–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1138/oj

    9.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/89


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1138

    tat-8 ta’ Ġunju 2023

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

    (2)

    Fis-26 ta' April 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU żied żewġ persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Fit-3 ta' Mejju 2023, dawk il-persuni ġew miżjuda mal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2).

    (4)

    Peress li waħda minn dawk il-persuni kienet diġà ddeżinjata skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 2 u l-Artikolu 3, il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MALMER STENERGARD


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).


    ANNESS

    L-entrata li ġejja titħassar mill-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 taħt l-intestatura “A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”:

    “9.

    Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afghanistan; nazzjonalità: Afghan.”

    Top