Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1095

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1095 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.), EULEX KOSOVO

    ST/8603/2023/INIT

    ĠU L 146, 6.6.2023, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1095/oj

    6.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 146/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1095

    tal-5 ta’ Ġunju 2023

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1), EULEX KOSOVO

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (1).

    (2)

    Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/904 (2), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u li testendi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) sal-14 ta’ Ġunju 2023.

    (3)

    Fil-kuntest tar-rieżami strateġiku ta’ EULEX KOSOVO, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li jenħtieġ li EULEX KOSOVO tiġi estiża sal-14 ta’ Ġunju 2025. Il-KPS qabel ukoll li, minbarra li tkompli timplimenta l-kompiti tagħha, jenħtieġ li EULEX KOSOVO tassisti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ kontropartijiet reġjonali u internazzjonali fil-qasam tal-assistenza ġuridika u l-kooperazzjoni f’materji kriminali.

    (4)

    Jenħtieġ li xejn minn din id-Deċiżjoni ma jiġi interpretat b’mod li jippreġudika l-indipendenza u l-awtonomija tal-imħallfin u l-prosekuturi attivi fi proċedimenti ġudizzjarji fil-kuntest ta’ EULEX KOSOVO.

    (5)

    Minħabba n-natura speċjali tal-attivitajiet ta’ EULEX KOSOVO b’appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru, huwa xieraq li jkun identifikat l-ammont previst biex ikopri l-appoġġ għal tali proċedimenti ġudizzjarji rilokati u biex jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ dik il-parti mill-baġit permezz ta’ għotja.

    (6)

    Jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tiġi emendata skont dan.

    (7)

    EULEX KOSOVO ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej

    “(f)

    tikkoopera mal-aġenziji rilevanti tal-UE, mal-awtoritajiet ġudizzjarji u dawk tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ta’ Stati terzi fl-eżekuzzjoni tal-mandat tagħhau tassisti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ kontropartijiet reġjonali u internazzjonali fil-qasam tal-assistenza legali u l-kooperazzjoni f’materji kriminali.”;

    (2)

    fl-Artikolu 16(1), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2023 sal-14 ta’ Ġunju 2025 għandu jkun ta’ EUR 165 310 000. Minn dak l-ammont, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta’ EUR 58 500 000 u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru għandu jkun ta’ EUR 106 810 000.

    Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ reġistratur li jaġixxi f’isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għall-ammont ta’ EUR 106 810 000. Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw għall-ftehim ta’ għotja.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perjodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”;

    (3)

    fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2025.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/904 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 114).


    Top