This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1093
Council Decision (EU) 2023/1093 of 15 May 2023 authorising the opening of negotiations with the Republic of Korea for an Agreement on the general principles for the participation of the Republic of Korea in Union programmes and on the association of the Republic of Korea to Horizon Europe – the Framework Programme for Research and Innovation (2021-2027)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1093 tal-15 ta’ Mejju 2023 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u, dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1093 tal-15 ta’ Mejju 2023 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u, dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)
ST/8154/2023/INIT
ĠU L 146, 6.6.2023, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1093
tal-15 ta’ Mejju 2023
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u, dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 186 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi;
(1) |
Ir-Repubblika tal-Korea (“Korea”) tissodisfa l-kriterji fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
(2) |
In-negozjati jenħtieġ li jinfetħu bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim mal-Korea dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea (“Korea”), f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).
Artikolu 2
Id-direttivi ta’ negozjar huma stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Korea fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, u mal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Korea fil-Programm Orizzont Ewropa.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. FORSSMED
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).