EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0941

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/2898

ĠU L 125, 11.5.2023, p. 37–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/941/oj

11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/941

tat-2 ta’ Mejju 2023

dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Fid-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 (3), il-Kummissjoni tappella lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jabbozzaw standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425.

(3)

Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti.

(4)

Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN 13138-1:2021 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar għal għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma li għandhom jintlibsu għal struzzjonijiet tal-għawm, kif ikkoreġut b’EN 13138-1:2021/AC:2022, EN 17520:2021 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u l-metodi ta’ ttestjar għal lanjards ta’ sikurezza personali, u EN ISO 16321-2:2021 dwar rekwiżiti addizzjonali għal tagħmir ta’ protezzjoni użat matul l-iwweldjar u t-tekniki relatati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425.

(5)

Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 171:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000 u EN 172:1994/A2:2001, EN 174:2001, EN 379:2003+A1:2009, EN 1731:2006 u EN ISO 20345:2011. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 16321-1:2022 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu okkupazzjonali, EN ISO 16321-3:2022 dwar rekwiżiti addizzjonali għall-protetturi tal-malji tal-għajnejn u tal-wiċċ, EN ISO 18527-1:2022 dwar rekwiżiti għal gogils għall-iskijjar ’l isfel fuq l-għoljiet u għall-isnowboarding u EN ISO 20345:2022 dwar xedd is-saqajn sikur.

(6)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u reveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924.

(7)

L-istandards armonizzatiEN 13138-1:2021, kif ikkoreġut b’EN 1318-1:2021/AC:2022, EN ISO 16321-1:2022, EN ISO 16321-2:2021, EN ISO 16321-3:2022, EN 17520:2021, EN ISO 18527-1:2022 u EN ISO 20345:2022 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-istandards armonizzati EN ISO 16321-2:2021 u EN ISO 16321-3:2022 jirreferu għal standard ta’ referenza normattiv EN ISO 16321-1:2020, li d-data tiegħu mhijiex korretta. Għalhekk, dawk l-istandards armonizzati jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000, u EN 172:1994/A2:2001, EN 174:2001, EN 379:2003+A1:2009, EN 1731:2006 u EN ISO 20345:2011 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li dawk l-istandards ġew riveduti.

(10)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 bħalissa huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 (4) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 209/03 (5).

(11)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 ġiet emendata b’mod sostanzjali kemm-il darba. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, u peress li jeħtieġ li jsiru aktar emendi għal dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiġi sostitwita.

(12)

Ħafna mir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati bil-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 ġew irtirati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 tipprevedi l-irtirar tar-referenzi li jifdal tal-istandards armonizzati li huma ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, il-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 jenħtieġ li titħassar. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards ikkonċernati, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 tkompli tapplika sad-dati tal-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati kkonċernati ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni.

(13)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 titħassar.

Artikolu 3

Il-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 titħassar.

Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 13).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 17).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 136:1998

Apparati respiratorji protettivi - Maskri li jgħattu l-wiċċ kollu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 136:1998/AC:2003

2.

EN 137:2006

Apparati respiratorji protettivi - Apparati indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ u maskra li tgħatti l-wiċċ kollu għal respirazzjoni ta’ arja kompressata - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

3.

EN 140:1998

Apparati respiratorji protettivi - Nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 140:1998/AC:1999

4.

EN 142:2002

Apparati respiratorji protettivi - Muntaturi għall-apparat li jgħatti l-ħalq - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

5.

EN 143:2021

Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-partikoli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

6.

EN 144-1:2000

Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 1: Konnessjonijiet bil-kamin għal konnetturi li jiddaħħlu

EN 144-1:2000/A1:2003

EN 144-1:2000/A2:2005

7.

EN 144-2:1998

Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 2: Konnessjonijiet għal barra

8.

EN 144-3:2003

Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 3: Konnessjonijiet ma’ barra għal gassijiet għall-għadis Nitrox u ossiġenu

EN 144-3:2003/AC:2003

9.

EN 145:1997

Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid tan-nifs b’ċirkuwitu magħluq u li jopera b’mod indipendenti tat-tip li jopera b’ossiġenu kompressat jew ossiġenu-nitroġenu kompressat - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 145:1997/A1:2000

10.

EN 148-1:1999

Apparati respiratorji protettivi - Kamini għal maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 1: Konnessjoni standard tal-kamin

11.

EN 148-2:1999

Apparati respiratorji protettivi - Kamini għal maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 2: Konnessjoni ċentrali tal-kamin

12.

EN 148-3:1999

Apparati respiratorji protettivi - maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 3: Konnessjoni mal-kamin M 45 x 3

13.

EN 149:2001+A1:2009

Apparati respiratorji protettivi - Filtrar ta’ maskri li jgħattu nofs wiċċ bħala protezzjoni minn partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

14.

EN 175:1997

Protezzjoni personali - Tagħmir għall-protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ waqt iwweldjar u proċessi tal-istess xorta

15.

EN 207:2017

Tagħmir tal-għajnejn personali - Filtri u tagħmir li jipproteġi l-għajnejn kontra radjazzjoni bil-lejser (tagħmir li jipproteġi l-għajnejn mil-lejser)

16.

EN 208:2009

Protezzjoni tal-għajnejn personali – Tagħmir li jipproteġi l-għajnejn għal xogħol ta’ aġġustament fuq lejsers u sistemi li joperaw bil-lejser (tagħmir li jipproteġi l-għajnejn waqt aġġustament tal-lejser)

17.

EN 250:2014

Tagħmir respiratorju - Apparat għall-għaddis bl-arja kompressata b’ċirkwit miftuħ li jaħdem b’mod indipendenti - Rekwiżiti, metodi ta’ ttestjar u mmarkar

18.

EN 342:2017

Ilbies protettiv - Tibdiliet ta’ lbies u lbiesi għall-protezzjoni mill-ksieħ

19.

EN 343:2019

Ilbies protettiv - Protezzjoni mix-xita

20.

EN 352-1:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 1: Kuffji li jgħattu l-widnejn

Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

21.

EN 352-2:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 2: Tappijiet għall-widnejn

Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

22.

EN 352-3:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 3: Kuffji li jgħattu l-widnejn imwaħħlin ma’ apparati għall-protezzjoni tar-ras u/jew għall-protezzjoni għall-wiċċ

Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

23.

EN 352-4:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 4: Kuffji li jgħattu l-widnejn dipendenti fuq il-livell

24.

EN 352-5:2020

Protetturi tas-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 5: Kuffji li jgħattu l-widnejn għat-tnaqqis tal-istorbju attiv

25.

EN 352-6:2020

Protetturi tas-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 6: Kuffji li jgħattu l-widnejn b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza

26.

EN 352-7:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 7: Plaggijiet tal-widnejn dipendenti fuq il-livell

27.

EN 352-8:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 8: Kuffji li jgħattu l-widnejn tal-awdjo tad-divertiment

28.

EN 352-9:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 9: Plaggijiet tal-widnejn b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza

29.

EN 352-10:2020

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 10: Plaggijiet tal-widnejn tal-awdjo tad-divertiment

30.

EN 353-1:2014+A1:2017

Tagħmir personali għall-protezzjoni minn waqgħat - apparati li jkunu ggwidati biex iżommu waqgħat inkluż ħabel li jservi ta’ ankra - Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jwaqqaf waqgħat li jinkludi ħabel riġidu mwaħħal ma’ ankraġġ

31.

EN 353-2:2002

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Parti 2: Apparat ta’ tip iggwidat li jnaqqas il-veloċità ta’ waqgħa, inkluż ħabel flessibbli marbut ma’ ankra

32.

EN 354:2010

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat - Kurduni

33.

EN 355:2002

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir li jassorbi fuqu l-enerġija ta’ waqgħa mill-għoli

34.

EN 358:2018

Tagħmir protettiv personali għall-pożizzjonar tax-xogħol u prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli - Ċinturini għal pożizzjonar tax-xogħol u kurudni għall-kontroll u pożizzjonar tax-xogħol

35.

EN 360:2002

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir li jista’ jinġibed ’il ġewwa biex inaqqas il-veloċità ta’ waqgħa mill-għoli

36.

EN 361:2002

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Arneż għal mal-ġisem kollu

37.

EN 362:2004

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Konnetturi

38.

EN 365:2004

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Rekwiżiti ġenerali għal struzzjonijiet għall-użu, manutenzjoni, eżami perjodiku, tiswija, immarkar u ppakkjar

EN 365:2004/AC:2006

39.

EN ISO 374-1:2016

Ingwanti protettivi kontra sustanzi kimiċi u mikroorganiżmi - Parti 1: Terminoloġija u rekwiżiti ta’ operat għal riskji kimiċi (ISO 374-1:2016)

40.

EN ISO 374-5:2016

Ingwanti protettivi kontra sustanzi kimiċi u mikroorganiżmi - Parti 5: Terminoloġija u rekwiżiti ta’ operat għal riskji minn mikro-organiżmi (ISO 374-5:2016)

41.

EN 388:2016+A1:2018

Ingwanti protettivi kontra r-riskji mekkaniċi

42.

EN 397:2012+A1:2012

Elmi għal sigurtà industrijali

43.

EN 402:2003

Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid ta’ nifs ta’ arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti li joperaw skont il-ħtieġa tal-pulmuni b’maskra li tgħatti l-wiċċ kollu jew tagħmir immuntat li jgħatti l-ħalq biex ikun hemm ħruġ għall-arja - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

44.

EN 403:2004

Apparati respiratorji protettivi għall-awtosalvataġġ - Apparati tal-iffiltrar b’barnuża biex wieħed jaħrab minn nirien - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

45.

EN 404:2005

Apparati respiratorji protettivi għall-awtosalvataġġ - Filtru għall-awtosalvataġġ minn monossidu tal-karbonju b’muntatura għall-apparat li jgħatti l-ħalq

46.

EN 405:2001+A1:2009

Apparati respiratorji protettivi - Maskri bil-valvs li jgħattu nofs il-wiċċ u jiffiltraw biex jagħtu protezzjoni kontra gassijiet jew gassijiet u partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

47.

EN 407:2004

Ingwanti protettivi kontra riskji termali (sħana u/jew nar)

48.

EN 420:2003+A1:2009

Ingwanti protettivi - Rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar

49.

EN 421:2010

Ingwanti protettivi kontra radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva

50.

EN 443:2008

Elmi għal nies li jrażżnu l-ħruq f’bini u fi strutturi oħrajn

51.

EN 469:2020

Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar - Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv għall-attivitajiet tat-tifi tan-nar

52.

EN 510:2019

Speċifikazzjoni għal ilbies protettiv għal użu fejn hemm riskju ta’ tħabbil ma’ partijiet li jiċċaqilqu

53.

EN 511:2006

Ingwanti protettivi kontra l-kesħa

54.

EN 564:2014

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ħabel aċċessorju - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ sigurtà

55.

EN 565:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tejp - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

56.

EN 566:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Stroppi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

57.

EN 567:2013

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Klamps għall-ħbula - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

58.

EN 568:2015

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ankri li jidħlu fis-silġ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

59.

EN 569:2007

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Witet bil-ponta - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

60.

EN 659:2003+A1:2008

Ingwanti protettivi għal nies li jitfu n-nar

EN 659:2003+A1:2008/AC:2009

61.

EN 795:2012

Protezzjoni kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir ta’ ankri

Twissija: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax it-tagħmir deskritt fi:

tip A (apparat ta’ ankraġġ b’punt stazzjonarju wieħed jew aktar ta’ ankraġġ u bil-bżonn ta’ ankri strutturali jew ta’ elementi tat-twaħħil li jeħlu mal-istruttura) imsemmi fil-klawżoli 3.2.1, 4.4.1, 5.3;

tip C (apparat ta’ ankraġġ mgħammar b’linji ta’ ankraġġ flessibli u orizzontali) imsemmi fil-klawżoli 3.2.3, 4.4.3 u 5.5;

tip D (apparat ta’ ankraġġ mgħammar b’linji ta’ ankraġġ riġidi u orizzontali) imsemmi fil-klawżoli 3.2.4, 4.4.4 u 5.6;

kwalunkwe kombinazzjoni minn dawk imsemmija hawn fuq. Fir-rigward tat-tipi A, C u D, din il-pubblikazzjoni ma tikkonċerna l-ebda klawżola minn dawn: 4.5, 5.2.2, 6, 7; l-Anness A jew l-Anness ZA. Għaldaqstant, fir-rigward tat-tagħmir imsemmi hawn fuq, ma għandu jkun hemm l-ebda preżunzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Regolament (UE) 2016/425 għaliex mhux meqjus bħala PPE.

62.

EN 812:2012

Brieret biex jipproteġu r-ras minn ħabtiet f’postijiet industrijali

63.

EN 813:2008

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Irbit tas-sikurezza li toqgħod fuqu

64.

EN 893:2019

Tagħmir tat-tixbit mal-muntanji - Grampuni - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar

65.

EN 943-1:2015+A1:2019

Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi solidi, likwidi u gassużi perikolużi, inklużi aerosols likwidi u solidi - Parti 1: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal ilbies protettiv tat-Tip 1 kontra s-sustanzi kimiċi (issiġillat b’mod li ma jgħaddix il-gass)

66.

EN 943-2:2019

Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi solidi, likwidi u gassużi perikolużi, inklużi aerosols likwidi u solidi - Parti 2: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal ilbies protettiv tat-Tip 1 kontra s-sustanzi kimiċi (issiġillat b’mod li ma jgħaddix gass) għat-timijiet ta’ emerġenza (ET)

67.

EN 958:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi li jassorbu l-enerġija li jintużaw fit-tixbit imsejjaħ klettersteig (permezz ta’ ferrata) - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

68.

EN 966:2012+A1:2012

Elmi għal sports tal-ajru

69.

EN 1073-1:2016+A1:2018

Ilbies protettiv kontra partikoli solidi fl-arja, inkluża l-kontaminazzjoni radjuattiva - Parti 1: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv ivventilat b’pajp tal-arja kkompressata, għall-protezzjoni tal-ġisem u tal-apparat respiratorju

70.

EN 1073-2:2002

Ilbies protettiv kontra kontaminazzjoni radjuattiva - Parti 2: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv mhux ventilat kontra l-kontaminazzjoni radjuattiva f’sura ta’ partikuli separati

71.

EN 1077:2007

Elmi għal skijaturi fuq is-silġ u snowboarders

72.

EN 1078:2012+A1:2012

Elmi għal ċiklisti u għal dawk li jużaw skateboards u roller skates

73.

EN 1080:2013

Elmi li jipproteġu t-tfal żgħar f’każ ta’ impatt

74.

EN 1082-1:1996

Ilbies protettiv - Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn li jipproteġi kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn - Parti 1: Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn magħmul minn metall immaljat

75.

EN 1082-2:2000

Ilbies protettiv - Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn li jipproteġi kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn - Parti 2: Ingwanti u lbies protettiv għad-dirgħajn maħdumin minn materjal iżda mhux minn metall immaljat

76.

EN 1146:2005

Apparati respiratorji protettivi - Apparat indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ għal respirazzjoni ta’ arja kompressata li jinkorpora kappun għal skappament - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

77.

EN 1149-5:2018

Ilbies protettiv - Proprjetajiet elettrostatiċi - Parti 5: Prestazzjoni tal-materjal u rekwiżiti tad-disinn

78.

EN 1385:2012

Elmi għal kanoa u għal sports tal-baħar li jtella’ r-ragħwa f’wiċċ l-ilma

79.

EN 1486:2007

Ilbies protettiv għal nies li jitfu n-nar - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti għal ilbies li jirrifletti għal tifi tan-nar speċjalizzat

80.

EN 1497:2007

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Arneżijiet ta’ sigurtà għax-xabbaturi

81.

EN 1827:1999+A1:2009

Apparati respiratorji protettivi - Nofs maskri bla valvs għall-ġbid tan-nifs u b’filtri separabbli biex jipproteġu kontra gassijiet jew gassijiet u partiċelli jew partiċelli biss - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

82.

EN 1891:1998

Tagħmir protettiv personali għall-prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli - Ħbula kernmantel ta’ tul qasir

83.

EN 1938:2010

Protezzjoni personali tal-għajnejn - Gogils għal rikkieba ta’ muturi u ta’ mopeds

84.

EN ISO 10819:2013

Vibrazzjoni u xokk mekkaniċi - Vibrazzjoni tal-id u d-driegħ - Metodu għall-kejl u evalwazzjoni ta’ kemm tkun trasmessa vibrazzjoni lill-palma tal-id meta jintlibsu l-ingwanti (ISO 10819:2013)

EN ISO 10819:2013/A1:2019

85.

EN ISO 10862:2009

Opri tal-baħar żgħar - Sistema li tiftaħ malajr arneż tat-trapeżju li mill-ponta tal-arblu jingħaqad ma’ qadd il-baħri (ISO 10862:2009)

86.

EN ISO 11393-2:2019

Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn (chainsaws) - Parti 2: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal protetturi tar-riġlejn (ISO 11393-2:2018)

87.

EN ISO 11393-4:2019

Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn (chainsaws) - Parti 4: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal ingwanti protettivi (ISO 11393-4:2018)

88.

EN ISO 11393-5:2019

Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn - Part 5: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal gettijiet ta’ protezzjoni (ISO 11393-5:2018)

89.

EN ISO 11393-6:2019

Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn - Part 6: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal protetturi għall-parti ta’ fuq tal-ġisem (ISO 11393-6:2018)

90.

EN 12021:2014

Tagħmir respiratorju - Gassijiet kompressati għal apparati respiratorji

91.

EN 12083:1998

Apparati respiratorji protettivi - Filtri b’pajpijiet li jagħtu n-nifs, (Filtri mmuntati mingħajr maskra) - Filtri ta’ partiċelli, filtri tal-gass u filtri mgħaqqdin - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 12083:1998/AC:2000

92.

EN 12270:2013

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Kunjardi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

93.

EN 12275:2013

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Konnetturi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

94.

EN 12276:2013

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ankri li joperaw bi frizzjoni - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

95.

EN 12277:2015+A1:2018

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Irbit tas-sikurezza - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

96.

EN 12278:2007

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tarjoli - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

97.

EN ISO 12312-1:2013

Protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ - Nuċċalijiet tax-xemx u xedd relatat mal-għajnejn - Parti 1: Nuċċalijiet tax-xemx għal użu ġenerali (ISO 12312-1:2013)

EN ISO 12312-1:2013/A1:2015

98.

EN ISO 12312-2:2015

Protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ - Nuċċalijiet tax-xemx u xedd relatat mal-għajnejn - Parti 2: Filtri għall-osservazzjoni diretta tax-xemx (ISO 12312-2:2015)

99.

EN ISO 12401:2009

Opri tal-baħar żgħar - Ċinturin għas-sigurtà fuq il-gverta u ċima tas-sigurtà - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 12401:2009)

100.

EN ISO 12402-2:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 2: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 275 - Rekwiżiti ta’ sikurezza (ISO 12402-2:2020)

Avviż:

L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

101.

EN ISO 12402-3:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 3: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 150 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-3:2020)

Avviż:

L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

102.

EN ISO 12402-4:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 4: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 100 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-4:2020)

Avviż:

L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425.

103.

EN ISO 12402-5:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 5: Għajnuniet għall-kapaċità ta’ żamma f’wiċċ l-ilma (livell 50) - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-5:2020)

104.

EN ISO 12402-6:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 6: Ġkieket tas-salvataġġ u għajnuniet għall-kapaċità ta’ żamma f’wiċċ l-ilma b’applikazzjoni speċjali - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar addizzjonali (ISO 12402-6:2020)

105.

EN ISO 12402-8:2020

Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 8: Aċċessorji - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar (ISO 12402-8:2020)

106.

EN 12477:2001

Ingwanti protettivi għal welders

EN 12477:2001/A1:2005

107.

EN 12492:2012

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Elmi għal xabbaturi mal-muntanji - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

108.

EN 12841:2006

Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Sistemi ta’ aċċess ta’ ħbula - Apparat ta’ aġġustament tal-ħbula

109.

EN 12941:1998

Apparati respiratorji protettivi - Apparati għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku u jinkoporaw elmu jew barnuż - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 12941:1998/A1:2003

EN 12941:1998/A2:2008

110.

EN 12942:1998

Apparati respiratorji protettivi - Apparati li jiffiltraw megħjunin bl-elettriku li jinkorporaw maskri tal-wiċċ sħaħ, nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 12942:1998/A1:2002

EN 12942:1998/A2:2008

111.

EN 13034:2005+A1:2009

Ilbies protettiv kontra kimiċi likwidi - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies li jipproteġi minn kimiċi li joffri operat protettiv limitat kontra kimiċi likwidi (tagħmir tat-Tip 6 u Tip PB [6])

112.

EN 13061:2009

Ilbies protettiv - Ilbies li jipproteġi l-qasba tar-riġel għal plejers tal-futbol - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

113.

EN 13138-1:2021

Għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma meta jkun qed jitgħallem jgħum - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar għal għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma li għandhom jintlibsu

EN 13138-1:2021/AC:2022

114.

EN 13158:2018

Ilbies protettiv - Ġkieket protettivi u lbies li jipproteġi l-ġisem u l-ispallejn għal użu ekwestri, għal rikkieba taż-żwiemel u għal dawk li jaħdmu maż-żwiemel, u għal ġerrejja taż-żwiemel - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

115.

EN 13178:2000

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Tagħmir li jipproteġi l-għajnejn għal min juża vetturi għal fuq is-silġ

116.

EN 13277-1:2000

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar

117.

EN 13277-2:2000

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 2: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi s-sieq sal-għaksa, il-qasba tar-riġel u l-quddiem tad-dirgħajn

118.

EN 13277-3:2013

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 3: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi t-tronk tal-ġisem

119.

EN 13277-4:2001

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 4: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal xedd li jipproteġi r-ras

EN 13277-4:2001/A1:2007

120.

EN 13277-5:2002

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 5: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi l-partijiet ġenitali u addomenali

121.

EN 13277-6:2003

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi s-sider fil-każ tan-nisa

122.

EN 13277-7:2009

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 7: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi l-idejn u s-saqajn

123.

EN 13277-8:2017

Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal xedd li jipproteġi l-wiċċ waqt il-karate

124.

EN 13484:2012

Elmi għal dawk li jużaw slitti dojoq

125.

EN 13546:2002+A1:2007

Ilbies protettiv - Lbies protettiv tal-idejn, dirgħajn, sider, addome, riġlejn, saqajn u partijiet ġenitali għal gowlkipers tal-ħoki fi grawnd - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

126.

EN 13567:2002+A1:2007

Ilbies protettiv - Ilbies protettiv tal-idejn, dirgħajn, sider, addome, riġel, partijiet ġenitali u wiċċ għal dawk li jipprattikaw l-iżgirma - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

127.

EN 13594:2015

Ingwanti protettivi għal sewwieqa professjonali ta’ muturi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

128.

EN 13634:2017

Xedd is-saqajn protettiv għal sewwieqa ta’ muturi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

129.

EN ISO 13688:2013

Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali (ISO 13688:2013)

EN ISO 13688:2013/A1:2021

130.

EN 13781:2012

Elmi proettivi għal sewwieqa u passiġġieri fuq snowmobiles u bobsleighs

131.

EN 13794:2002

Apparati respiratorji protettivi -Apparat għat-teħid ta’ nifs b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti biex ikun hemm ħruġ għall-arja - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

132.

EN 13832-2:2018

Xedd tas-saqajn protettiv kontra s-sustanzi kimiċi - Parti 2: Rekwiżiti għal kuntatt limitat ma’ sustanzi kimiċi

133.

EN 13832-3:2018

Xedd tas-saqajn protettiv kontra s-sustanzi kimiċi - Parti 3: Rekwiżiti għal kuntatt fit-tul ma’ sustanzi kimiċi

134.

EN 13949:2003

Tagħmir respiratorju - Apparat għall-għadis b’ċirkuwitu miftuħ u li jaħdem b’mod indipendenti biex jintuża ma’ Nitrox kompressat u ossiġenu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

135.

EN ISO 13982-1:2004

Ilbies protettiv biex jintuża kontra partikulati solidi - Parti 1: Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal ilbies kimiku protettiv li jagħti protezzjoni lill-ġisem kollu kontra partikulati solidi li jinġarru mill-arja (ilbies tat-tip 5) (ISO 13982-1:2004)

EN ISO 13982-1:2004/A1:2010

136.

EN ISO 13998:2003

Ilbies protettiv - Fradal, qliezet u qomos li jipproteġu kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn (ISO 13998: 2003)

137.

EN 14021:2003

Ilqugħ tal-ġebel għal motoċikliżmu fi spazji lil hinn mit-toroq adatti biex jipproteġu lir-rikkieba kontra ġebel u mazkan - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

138.

EN 14052:2012+A1:2012

Elmi industrijali ta’ kwalità għolja

139.

EN 14058:2017

Ilbies protettiv - Ilbies għall-protezzjoni kontra ambjenti kesħin

140.

EN 14120:2003+A1:2007

Ilbies protettiv - Lbies protettiv tal-polz, wiċċ l-idejn, rkubtejn u mniekeb għal utenti ta’ tagħmir ta’ pattini bir-roti - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

141.

EN 14126:2003

Ilbies protettiv - Rekwiżiti ta’ operat u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv kontra aġenti infettivi

EN 14126:2003/AC:2004

142.

EN 14143:2013

Apparat respiratorju - Apparati biex wieħed jieħu n-nifs mill-ġdid waqt l-għadis li jaħdmu b’mod indipendenti

143.

EN 14225-1:2017

Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 1: Ilbies tal-lastku tal-bugħaddasa - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

144.

EN 14225-2:2017

Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 2: Ilbies li ma jgħaddix ilma minnu - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

145.

EN 14225-3:2017

Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 3: Sistemi ta’ lbies imsaħħan jew imkessaħ attivament - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

146.

EN 14328:2005

Ilbies protettiv - Ingwanti u xedd id-dirgħajn li jipproteġu minn qatgħat minn skieken imħaddmin b’mutur - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar

147.

EN 14387:2004+A1:2008

Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-gass u filtri kombinati - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

148.

EN 14435:2004

Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid ta’ nifs ta’ arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti b’maskra li tgħatti nofs il-wiċċ biex jintuża ma’ pressjoni pożittiva biss - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

149.

EN 14458:2018

Tagħmir personali għall-għajnejn - Viżiera bi prestazzjoni għolja maħsuba biex jintużaw biss flimkien ma’ elmi protettivi

150.

EN ISO 14460:1999

Ilbies protettiv għal sewwieqa tal-karozzi tat-tlielaq - Protezzjoni kontra sħana u fjammi - Rekwiżiti ta’ operat u metodi ta’ ttestjar (ISO 14460: 1999)

EN ISO 14460:1999/AC:1999

EN ISO 14460:1999/A1:2002

151.

EN 14529:2005

Apparati respiratorji protettivi - Apparat indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ għal respirazzjoni ta’ arja kompressata b’nofs maskra disinjata biex tinkludi valv pożittiv ikkontrollat biex jitlob pressjoni għall-pulmun u li jintuża biss f’każi ta’ skappament

152.

EN 14593-1:2005

Apparati respiratorji protettivi -Apparat għal respirazzjoni ta’ arja kompressata permezz ta’ pajp b’valv li bih tintalab l-arja - Parti 1: Apparat b’maskra li tgħatti l-wiċċ kollu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

153.

EN 14594:2018

Tagħmir protettiv respiratorju - Apparat tat-teħid tan-nifs b’pajp tal-arja kkompressata bi fluss kontinwu - Rekwiżiti, ittestjar u mmarkar

154.

EN 14605:2005+A1:2009

Ilbies protettiv kontra kimiċi likwidi - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies b’konnessjonijiet li ma jħallux likwidi jgħaddu (Tip 3) jew sprej jgħaddu (Tip 4), inklużi oġġetti li jagħtu protezzjoni lil partijiet tal-ġisem biss (Tipi PB [3] u PB [4])

155.

EN ISO 14877:2002

Ilbies protettiv għal operazzjonijiet ta’ bblastjar li jobrox bl-użu ta’ barraxi granulari (ISO 14877:2002)

156.

EN ISO 15027-1:2012

Tuti għall-immersjoni - Parti 1: Tuti li jintlibsu fuq opra tal-baħar u wkoll taħt wiċċ l-ilma: Rekwiżiti inkluża sigurtà (ISO 15027-1:2012)

157.

EN ISO 15027-2:2012

Tuti għall-immersjoni - Parti 2: Tuti li jgħinu li xiħadd maqbud f’opra tal-baħar taħt wiċċ l-ilma biex joħroġ minnha: Rekwiżiti inkluża sigurtà (ISO 15027-2:2012)

158.

EN 15090:2012

Xedd is-saqajn għal nies li jitfu n-nar

159.

EN 15151-1:2012

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Parti 1: Tagħmir għall-brejkijiet b’lokks megħjuna bl-idejn, rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

160.

EN 15333-1:2008

Tagħmir respiratorju - Fornitura ta’ apparat għall-għadis b’arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ umbilikali - Parti 1: Apparat li jingħata meta jintalab

EN 15333-1:2008/AC:2009

161.

EN 15333-2:2009

Tagħmir respiratorju - Fornitura ta’ apparat għall-għadis b’arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ umbilikali - Parti 2: Apparat li jippermetti fluss ħieles tal-arja

162.

EN 15613:2008

Għata protettiva għall-irkobba u l-minkeb għal sports ta’ ġewwa - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

163.

EN 16027:2011

Ilbies protettiv - Ingwanti li għandhom effett protettiv għal gowlkipers tal-futbol

164.

EN ISO 16321-1:2022

Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għall-użu okkupazzjonali - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 16321-1:2021)

165.

EN ISO 16321-2:2021

Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu okkupazzjonali - Parti 2: Rekwiżiti addizzjonali għal tagħmir ta’ protezzjoni użat matul l-iwweldjar u t-tekniki relatati (ISO 16321-2:2021)

Avviż: Dan l-istandard jagħmel referenza għar-referenza normattiva EN ISO 16321-1:2020, li d-data tagħha ma hijiex korretta. Minflok, għandu jinqara bħala EN ISO 16321-1:2022.

166.

EN ISO 16321-3:2022

Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu okkupazzjonali - Parti 3: Rekwiżiti addizzjonali għall-protetturi tal-malja (ISO 16321-3:2021)

Avviż: Dan l-istandard jagħmel referenza għar-referenza normattiva EN ISO 16321-1:2020, li d-data tagħha ma hijiex korretta. Minflok, għandu jinqara bħala EN ISO 16321-1:2022.

167.

EN 16350:2014

Ingwanti protettivi - Proprjetajiet elettrostatiċi

168.

EN 16473:2014

Elmijiet għal dawk li jitfu n-nar - Elmijiet għal salvataġġ tekniku

169.

EN 16716:2017

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi ta’ bombli tal-arja għal valangi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

170.

EN 17092-2:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 2: Ilbies tal-klassi AAA - Rekwiżiti

171.

EN 17092-3:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 3: Ilbies tal-klassi AA - Rekwiżiti

172.

EN 17092-4:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 4: Ilbies tal-klassi A - Rekwiżiti

173.

EN 17092-5:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 5: Ilbies tal-klassi B - Rekwiżiti

174.

EN 17092-6:2020

Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 6: Ilbies tal-klassi C - Rekwiżiti

175.

EN 17109:2020

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi ta’ sikurezza individwali għall-perkorsi fl-għoli bil-ħbula - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar

176.

EN ISO 17249:2013

Xedd is-saqajn sikur li jirreżisti qtugħ b’lupi li jaħdmu b’ċineg (ISO 17249:2013)

EN ISO 17249:2013/AC:2014

177.

EN 17353:2020

Ilbies protettiv - Tagħmir b’viżibbiltà mtejba għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti

178.

EN 17520:2021

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Lanjards ta’ sikurezza personali - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar

179.

EN ISO 18527-1:2022

Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu sportiv - Parti 1: Rekwiżiti għal gogils għall-iskijjar ’l isfel fuq l-għoljiet u għall-isnowboarding (ISO 18527-1:2021)

180.

EN ISO 18527-2:2021

Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu sportiv - Parti 2: Rekwiżiti għall-protetturi tal-għajnejn għall-isquash u għall-protetturi tal-għajnejn għar-racquetball u għall-isquash 57 (ISO 18527-2:2021)

181.

EN ISO 20320:2020

Ilbies protettiv li jintuża fl-Isnowboarding - Protetturi tal-Polz - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar (ISO 20320:2020)

182.

EN ISO 20345:2022

Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn sikur (ISO 20345: 2021)

183.

EN ISO 20346:2014

Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn protettiv (ISO 20346:2014)

184.

EN ISO 20347:2012

Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn okkupazzjonali (ISO 20347:2012)

185.

EN ISO 20349-1:2017

Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi kontra r-riskji fil-funderiji u fl-iwweldjar - Parti 1: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fil-funderiji (ISO 20349-1:2017)

EN ISO 20349-1:2017/A1:2020

186.

EN ISO 20349-2:2017

Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi kontra r-riskji fil-funderiji u fl-iwweldjar - Parti 2: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fl-iwweldjar u fil-proċessi konnessi (ISO 20349-2:2017)

EN ISO 20349-2:2017/A1:2020

187.

EN ISO 20471:2013

Ilbies ta’ viżibbiltà għolja - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti (ISO 20471:2013, Verżjoni kkoreġuta 2013-06-01)

EN ISO 20471:2013/A1:2016

188.

EN ISO 27065:2017

Ilbies protettiv - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies protettiv li jintlibsu minn operaturi li japplikaw pestiċidi u għal ħaddiema li jerġgħu jidħlu (ISO 27065:2017)

EN ISO 27065:2017/A1:2019

189.

EN 50321-1:2018

Xogħol fuq linji b’kurrent għaddej minnhom - Xedd tas-saqajn biex jagħti protezzjoni kontra l-elettriċità - Insulazzjoni ta’ xedd tas-saqajn u ta’ buz li jintlibsu fuq xedd tas-saqajn ieħor

EN 50321-1:2018/AC:2018-08

190.

EN 61482-2:2020

Xogħol fejn hemm kurrent elettriku għaddej - Ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku - Parti 2: Rekwiżiti (IEC 61482-2:2018, Modifikat)


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1

EN 143:2000

Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar

EN 143:2000/AC:2005

EN 143:2000/A1:2006

9.6.2024

2

EN 166:2001

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Speċifikazzjonijiet

11.11.2024

3

EN 169:2002

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri għal iwweldjar u tekniki relatati - Rekwiżiti ta’ trasmissjoni u użu rrikkmandat

11.11.2024

4

EN 170:2002

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri ultravjola - Rekwiżiti ta’ trasmissjoni u użu rrikkmandat

11.11.2024

5

EN 172:1994

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri li jilqgħu għal-leħħa tax-xemx għal użu industrijali

EN 172:1994/A1:2000

EN 172:1994/A2:2001

11.11.2024

6

EN 174:2001

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Gogils tal-iskijjar għal skijjar ’l isfel fuq l-għoljiet

11.11.2024

7

EN 352-1:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 1: Manxojiet għall-widnejn

21.7.2024

8

EN 352-2:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 2: Tappijiet għall-widnejn

21.7.2024

9

EN 352-3:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 3: Manxojiet għall-widnejn attakkati ma’ elmi għal sigurtà industrijali

21.7.2024

10

EN 352-4:2001

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 4: Manxojiet għall-widnejn li jiddependu mil-livell tal-ħoss

EN 352-4:2001/A1:2005

21.7.2024

11

EN 352-5:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 5: Manxojiet għall-widnejn biex jirriduċu ħsejjes attivi

EN 352-5:2002/A1:2005

21.7.2024

12

EN 352-6:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 6: Manxojiet għall-widnejn b’apparat awdjoelettriku

21.7.2024

13

EN 352-7:2002

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 7: Tappijiet għall-widnejn li jiddependu mil-livell tal-ħoss

21.7.2024

14

EN 352-8:2008

Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 8: Tagħmir li jipproteġi s-smigħ użat f’divertiment awdjo

21.7.2024

15

EN 379:2003+A1:2009

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri tal-iwweldjar awtomatiċi

11.11.2024

16

EN 1731:2006

Protezzjoni tal-għajnejn personali - Tagħmir protettiv imxebbek għall-għajnejn u l-wiċċ

11.11.2024

17

EN ISO 13688:2013

Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali (ISO 13688:2013)

9.6.2024

18

EN ISO 20345:2011

Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn sikur (ISO 20345: 2011)

11.11.2024


Top