EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0911

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/911 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

ST/11441/2020/INIT

ĠU L 122, 5.5.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/911/oj

Related international agreement

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/911

tat-28 ta’ Settembru 2021

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1705 (1), il-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-“Protokoll”) kien miftuħ għall-iffirmar bejn it-23 ta’ Ottubru 2020 u t-23 ta’ Ottubru 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiffaċilita l-provvista tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Interbus (il-‘Partijiet Kontraenti’)u għaldaqstant jagħti lok għal titjib fil-kollegamenti tat-trasport tal-passiġġieri bejniethom.

(3)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-Protokoll, u b’mod partikolari l-operat tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 18 tiegħu, il-Protokoll, fil-biċċa l-kbira tiegħu, jirrifletti d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim Interbus.

(4)

Sabiex il-benefiċċji tiegħu ma jiddewmux wisq, il-Protokoll jipprevedi d-dħul fis-seħħ tiegħu, għall-Partijiet Kontraenti li jkunu ffirmawh u approvawh jew irratifikawh, meta tliet Partijiet Kontraenti, inkluż l-Unjoni, ikunu ffirmawh u approvawh jew irratifikawh.

(5)

Għalhekk, il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjalii tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, li jissostitwixxi l-Protokoll għall-Ftehim Interbus li kien miftuħ għall-iffirmar bejn is-16 ta’ Lulju 2018 u s-16 ta’ April 2019, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument tal-approvazzjoni jew ir-ratifika previst fl-Artikolu 20(2) tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha (3).

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SVANTESSON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1705 tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (Ftehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 1).

(2)  Ara l-paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top