EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0904

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/904 tas-7 ta’ Marzu 2023 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana dwar l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

ST/9272/2022/INIT

ĠU L 121, 5.5.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/904/oj

Related international agreement

5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/904

tas-7 ta’ Marzu 2023

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana dwar l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE. Il-Pjan ta’ Azzjoni stabbilit f’dik il-komunikazzjoni (“il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT”) għamel appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT fit-13 ta’ Ottubru 2003 u l-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu dwar dan is-suġġett fil-11 ta’ Lulju 2005.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1974 (2), il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana dwar l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana dwar l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 33 tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

L-Unjoni għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ u Rieżami stabbilit skont l-Artikolu 20 tal-Ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ u Rieżami bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 4

Bl-għan li jiġu emendati l-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 27 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (5), li tapprova kwalunkwe tali emenda f’isem l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

L. EDHOLM


(1)  Il-Kunsens tal-14 ta’ Frar 2023 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1974 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana dwar l-infurzar tal-liġi fis-settur forestali, it-tmexxija u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 271, 19.10.2022, p. 1).

(3)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).


Top