Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0898

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/898 tal-25 ta’ April 2023 li taħtar membru supplenti, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/7708/2023/INIT

ĠU L 115, 3.5.2023, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/898/oj

3.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/898

tal-25 ta’ April 2023

li taħtar membru supplenti, propost mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Lussemburgiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1153 (2) li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Claire REMMY, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Lussemburgiż ippropona lis-Sa Catherine PASTORET, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Conseillère communale de la Ville d’Esch-sur-Alzette (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Esch-sur-Alzette) bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Catherine PASTORET, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Conseillère communale de la Ville d’Esch-sur-Alzette (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Esch-sur-Alzette) hija b’dan maħtura bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1153 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 256, 5.8.2020, p. 12).


Top