Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0695

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/695 tas-27 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-format tar-rapport rigward l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Għasafar) (notifikata bid-dokument C(2023) 1889)

    C/2023/1889

    ĠU L 91, 29.3.2023, p. 17–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/695/oj

    29.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/17


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/695

    tas-27 ta’ Marzu 2023

    li tistabbilixxi l-format tar-rapport rigward l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Għasafar)

    (notifikata bid-dokument C(2023) 1889)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jirrikjedi li kull sitt snin l-Istati Membri jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dik id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta’ dawk il-miżuri.

    (2)

    Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi protetti bid-Direttiva 2009/147/KE, it-theddidiet u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta’ konservazzjoni meħuda għalihom u l-kontribut tan-network taż-Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

    (3)

    Il-format ta’ dak ir-rapport għandu jkun allinjat mal-format tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2).

    (4)

    Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn li tiffaċilita l-użu konsistenti tal-format tar-rapportar fl-Unjoni kollha, inkluż il-listi ta’ kodiċijiet, il-gwida teknika u l-formati tal-fajls tad-data għat-trażmissjoni tal-informazzjoni, hija disponibbli għall-Istati Membri f’portal ta’ referenza online għall-Artikolu 12 li tieħu ħsiebu l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Xjentifiku u Tekniku stabbilit skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/147/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-format tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2009/147/KE huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).


    ANNESS

    IL-FORMAT TAR-RAPPORTAR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE (ID-DIRETTIVA DWAR L-GĦASAFAR)

    Il-format tar-rapportar tal-Artikolu 12 għandu żewġ partijiet ewlenin:

    Parti A – Il-format tar-rapportar ġenerali, li jagħti ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-miżuri ġenerali meħuda skont id-Direttiva 2009/147/KE.

    Parti B – Il-format tar-rapportar dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar, inkluża informazzjoni dwar il-pressjonijiet, il-miżuri ta’ konservazzjoni u l-kopertura taż-Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali.

    Il-format tar-rapport għandu jimtela skont l-istruzzjonijiet mogħtija fin-noti ta’ spjegazzjoni. Aktar gwida tista’ tinstab fil-“portal ta’ referenza tal-Artikolu 12” online.

    Taqsimiet ewlenin tal-format tar-rapportar tal-Artikolu 12

    Parti A – Il-format tar-rapport ġenerali

    Din it-taqsima jeħtieġ li timtela darba b’mod li tkopri l-Istat Membru kollu kemm hu

    1.

    Il-kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE

    2.

    Sorsi ta’ informazzjoni ġenerali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE

    3.

    Ir-riċerka u l-ħidma meħtieġa bħala bażi għall-protezzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-għasafar (l-Art. 10 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    4.

    Speċijiet ta’ għasafar aljeni (l-Art. 11 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    Parti B – Il-format tar-rapport dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar

    Din it-taqsima jeħtieġ li timtela għall-ispeċijiet ta’ għasafar rilevanti kollha ta’ Stat Membru f’konformità mal-gwida mogħtija fin-noti ta’ spjegazzjoni u fil-listi ta’ kontroll rilevanti fil-“portal ta’ referenza tal-Artikolu 12” online.

    1.

    Informazzjoni dwar l-ispeċijiet

    2.

    Staġun

    3.

    Daqs tal-popolazzjoni

    4.

    Xejra tal-popolazzjoni

    5.

    Mappa u daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    6.

    Xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    7.

    Pressjonijiet u theddidiet ewlenin

    8.

    Miżuri ta’ konservazzjoni

    9.

    Kopertura ta’ Natura 2000 (Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    10.

    Progress fil-ħidma relatata ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali

    11.

    Informazzjoni relatata mal-ispeċijiet imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE

    PARTI A – IL-FORMAT TAR-RAPPORT ĠENERALI

    Stat Membru

    Uża l-kodiċi skont il-lista fil-Portal ta’ referenza

    1

    Kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE

    Test liberu

    Kisba ewlenija

    Iddeskrivi fil-qosor il-kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE matul il-perjodu ta’ rapportar, b’enfasi speċjali fuq in-network taż-ŻPS.

    Eżempju ta’ storja ta’ suċċess

    Jekk disponibbli, iddeskrivi fil-qosor mill-inqas storja waħda ta’ suċċess. Din tista’ tikkonċerna kwalunkwe speċi ta’ għasafar selvaġġi li turi titjib ġenwin matul il-perjodu ta’ rapportar, jiġifieri xejra li qed tiżdied tal-popolazzjoni fuq terminu qasir (tnissil jew kenn fix-xitwa) irrispettivament mix-xejra fit-tul tagħha jew xejra stabbli/li tvarja tal-popolazzjoni fuq terminu qasir fid-dawl tax-xejriet ta’ tnaqqis fit-tul.

    It-titjib deskritt għandu jkun xprunat minn miżuri ta’ konservazzjoni, għandu jikkonċerna l-perjodu ta’ rapportar attwali, iżda jista’ jinkludi wkoll miżuri li bdew f’mument aktar kmieni.

    Jekk Stat Membru jkun jixtieq iżid aktar dokumentazzjoni ma’ dik li tintalab f’dan il-format, semmi tali dokumentazzjoni bħala Annessi flimkien mal-ismijiet tal-fajls tagħhom fi tmiem din it-taqsima b’test liberu u tella’ l-fajls rilevanti fil-mekkaniżmu ta’ rapportar tal-EEA flimkien mal-bqija tar-rapport. Jekk possibbli, ipprovdi traduzzjoni bl-Ingliż.

    1.1

    Test bil-lingwa nazzjonali

    Massimu ta’ 2-3 paġni

    1.2

    Traduzzjoni bl-Ingliż

    Fakultattiva

     

    1.3

    Isem, kodiċi u staġun tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet fi stejjer ta’ suċċess

    a)

    Kodiċi u isem tal-ispeċi ta’ għasafar

    b)

    Staġun


    2

    Sorsi ta’ informazzjoni ġenerali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE

    Ipprovdi link għall-indirizz(i) tal-internet għas-sorsi ta’ informazzjoni nazzjonali fejn tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba jew spjega kif għandha tiġi aċċessata din l-informazzjoni.

    2.1

    Informazzjoni ġenerali dwar id-Direttiva 2009/147/KE

    URL/test

    2.2

    Informazzjoni dwar in-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    URL/test

    2.3

    Skemi ta’ monitoraġġ (l-Art. 4(1) u l-Art. 10 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    URL/test

    2.4

    Protezzjoni tal-ispeċijiet (l-Art. 5 sa 8 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    URL/test

    2.5

    Traspożizzjoni tad-Direttiva (testi legali)

    URL/test


    3

    Ir-riċerka u l-ħidma meħtieġa bħala bażi għall-protezzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-għasafar (l-Art. 10 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    Elenka l-aktar attivitajiet reċenti hawn taħt. Informazzjoni addizzjonali b’test liberu ta’ rilevanza b’referenza għall-implimentazzjoni tal-Art. 10 tista’ tingħata fit-Taqsima 1 (kisbiet ewlenin).

    3.1

    Atlas nazzjonali tal-għasafar

    3.1.1

    Titolu

     

    3.1.2

    Sena tal-pubblikazzjoni

     

    3.1.3

    Web link u/jew referenza bibljografika

    URL/test

    3.2

    Ħarsa ġenerali lejn il-monitoraġġ nazzjonali tal-għasafar

    Irrepeti l-kampijiet minn 3.2.1 sa 3.2.3 jekk ikunu ġew ippubblikati aktar minn ħarsa ġenerali waħda

    3.2.1

    Titolu jew simili flimkien ma’ deskrizzjoni qasira

    L-ispeċijiet koperti, ir-riżultati ewlenin, eċċ.

    3.2.2

    Sena tal-pubblikazzjoni

     

    3.2.3

    Web link u/jew referenza bibljografika

    URL/test

    3.3

    Lista ħamra nazzjonali tal-għasafar

    3.3.1

    Titolu

     

    3.3.2

    Sena tal-pubblikazzjoni

     

    3.3.3

    Web link u/jew referenza bibljografika

    URL/test

    3.4

    Pubblikazzjonijiet oħrajn ta’ interess għall-UE kollha (eż. ħarsa ġenerali nazzjonali lejn l-azzjoni għall-ispeċijiet mhedda)

    Irrepeti l-kampijiet minn 3.4.1 sa 3.4.3 jekk ikun hemm aktar minn waħda; massimu ta’ 10 pubblikazzjonijiet

    3.4.1

    Titolu jew simili flimkien ma’ deskrizzjoni qasira

    L-ispeċijiet koperti, ir-riżultati ewlenin, eċċ.

    3.4.2

    Sena tal-pubblikazzjoni

     

    3.4.3

    Web link u/jew referenza bibljografika

    URL/test


    4

    Speċijiet ta’ għasafar aljeni (l-Art. 11 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    Rapport dwar l-ispeċijiet ta’ għasafar li ma jeżistux b’mod naturali fis-selvaġġ fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri u li għalihom saret introduzzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar. Irrepeti l-kampijiet minn 4.1 sa 4.5 għal kull speċi rrapportata kif meħtieġ.

    4.1

    Isem xjentifiku tal-ispeċi

     

    4.2

    Unità sottospeċifika

    Fejn rilevanti

    4.3

    Kontenut ewlieni tad-deċiżjoni legali għall-introduzzjoni

    Test liberu; biex tinkludi ġustifikazzjoni, in-numru ta’ individwi u d-durata ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni

    4.4

    Konsultazzjoni mal-Kummissjoni

    Data

    4.5

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 4.1 sa 4.4

    Test liberu

    PARTI B – IL-FORMAT TAR-RAPPORT DWAR L-ISTATUS U X-XEJRIET TAL-ISPEĊIJIET TA’ GĦASAFAR

    1

    Informazzjoni dwar l-ispeċijiet

    1.1

    Stat Membru

    Uża kodiċi skont il-lista fil-Portal ta’ referenza

    1.2

    Kodiċi tal-ispeċi

    Agħżel kodiċi mil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet tal-għasafar fil-portal ta’ referenza

    1.3

    Kodiċi EURING

    Agħżel kodiċi mil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet tal-għasafar fil-portal ta’ referenza

    1.4

    Isem xjentifiku tal-ispeċi

    Agħżel speċi mil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet tal-għasafar fil-portal ta’ referenza

    1.5

    Popolazzjoni sottospeċifika

    Fejn rilevanti, agħżel il-popolazzjoni distinta (skont il-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet tal-għasafar fil-portal ta’ referenza)

    1.6

    Isem xjentifiku ta’ speċi alternattiva

    Fakultattiva

    L-isem xjentifiku użat fil-livell nazzjonali, jekk ikun differenti minn 1.4

    1.7

    Isem komuni

    Fakultattiva

    Bil-lingwa nazzjonali


    2

    Staġun

    2.1

    Staġun

    Agħżel staġun li fih inġabret id-data li qed tirrapporta: Tnissil / Kenn fix-xitwa / Passa (kif identifikati fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet ta’ għasafar)

    2.2

    Rapportar għall-ewwel darba

    Jekk jogħġbok indika jekk din hijiex l-ewwel sessjoni ta’ rapportar għal din l-ispeċi (esklużi sitwazzjonijiet li jinvolvu bidla fl-isem jew fil-kodiċi tal-ispeċi bejn il-perjodi ta’ rapportar)

    IVA

    LE

    2.3

    Informazzjoni addizzjonali

    Jekk jogħġbok indika n-natura tar-rapportar għall-ewwel darba. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali oħra hija fakultattiva.


    3

    Daqs tal-popolazzjoni

    3.1

    Sena jew perjodu

    Sena jew perjodu meta d-daqs tal-popolazzjoni ġie ddeterminat l-aħħar

    3.2

    Daqs tal-popolazzjoni

    a)

    Unità

    Pari tat-tnissil / individwi / oħrajn (skont il-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet ta’ għasafar fil-portal ta’ referenza)

    b)

    Minimu

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    c)

    Massimu

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    d)

    L-aħjar valur uniku

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    3.3

    Tip ta’ stima

    L-aħjar stima / medja ta’ diversi snin / intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % / minimu

    3.4

    Daqs tal-popolazzjoni

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    3.5

    Sorsi

    Agħti referenzi bibljografiċi, link għas-siti tal-internet, dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    Test liberu

    3.6

    Bidla u raġuni għall-bidla (minn rapport preċedenti)

    Hemm bidla bejn il-perjodi ta’ rapportar? Jekk iva, jistgħu jintgħażlu aktar minn għażla waħda minn b) sa f)

    a)

    le, ma hemm l-ebda bidla

    b)

    iva, minħabba bidla ġenwina

    c)

    iva, minħabba għarfien imtejjeb/data aktar preċiża

    d)

    iva, minħabba l-użu ta’ metodu differenti

    e)

    iva, iżda n-natura tal-bidla mhijiex magħrufa

    f)

    iva, minħabba raġunijiet oħrajn

    Il-bidla hija prinċipalment dovuta għal (agħżel waħda mir-raġunijiet ta’ hawn taħt):

    a)

    bidla ġenwina

    b)

    għarfien imtejjeb jew data aktar preċiża

    c)

    l-użu ta’ metodu differenti

    d)

    mhux magħrufa

    e)

    raġunijiet oħrajn

    3.7

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 3.1 sa 3.6

    Test liberu


    4

    Xejra tal-popolazzjoni

    4.1

    Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena)

    4.1.1

    Xejra ta’ terminu qasir

    Perjodu

    Perjodu ta’ żmien kontinwu ta’ 12-il sena jew perjodu qrib kemm jista’ jkun ta’ dak, pereżempju, għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024 dan huwa 2013-2024

    4.1.2

    Xejra ta’ terminu qasir

    Direzzjoni

    Agħżel waħda minn dawn li ġejjin:

    a)

    stabbli

    b)

    tvarja

    c)

    tiżdied

    d)

    tonqos

    e)

    mhux ċerta

    f)

    mhux magħrufa

    4.1.3

    Xejra ta’ terminu qasir

    Kobor

    a)

    Minimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    b)

    Massimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fl-entrata 4.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    c)

    L-aħjar valur uniku

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    4.1.4

    Xejra ta’ terminu qasir

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    4.1.5

    Sorsi

    Agħti r-referenzi bibljografiċi, il-link għas-siti tal-internet,id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    Test liberu.

    4.2

    Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980)

    4.2.1

    Xejra fit-tul

    Perjodu

    Perjodu minn madwar l-1980 sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar

    4.2.2

    Xejra fit-tul

    Direzzjoni

    Agħżel waħda minn dawn li ġejjin:

    a)

    stabbli

    b)

    tvarja

    c)

    tiżdied

    d)

    tonqos

    e)

    mhux ċerta

    f)

    mhux magħrufa

    4.2.3

    Xejra fit-tul

    Kobor

    a)

    Minimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    b)

    Massimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    c)

    L-aħjar valur uniku

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    4.2.4

    Xejra fit-tul

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    4.2.5

    Sorsi

    Agħti r-referenzi bibljografiċi, il-link għas-siti tal-internet, id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    Test liberu

    4.3

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt it-taqsimiet 4.1 u 4.2

    Test liberu


    5

    Mappa u daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    5.1

    Speċijiet sensittivi

    L-informazzjoni spazjali pprovduta hija relatata ma’ speċi (jew popolazzjoni sottospeċifika) li għandha tiġi ttrattata bħala “sensittiva”

    IVA

    LE

    5.2

    Sena jew perjodu

    Sena jew perjodu meta d-distribuzzjoni tat-tnissil ġiet iddeterminata l-aħħar

    5.3

    Mappa tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    Issottometti mappa flimkien mal-metadata rilevanti skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fin-Noti ta’ Spjegazzjoni. L-istandard għad-distribuzzjoni tal-ispeċijiet huwa 10×10 km ta’ ċelloli tal-grilja ETRS 89, projezzjoni ta’ LAEA (EPSG:3035).

    5.4

    Daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    L-erja totali tas-superfiċe tad-distribuzzjoni tat-tnissil f’km2

    5.5

    Distribuzzjoni tat-tnissil

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    5.6

    Mapep addizzjonali

    Fakultattivi

    L-Istat Membru jista’ jissottometti mappa addizzjonali, li tiddevja mis-sottomissjoni standard taħt il-kamp 5.3. u/jew mappa tal-medda

    5.7

    Sorsi

    Agħti r-referenzi bibljografiċi, il-link għas-siti tal-internet, id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    5.8

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 5.1 sa 5.7

    Test liberu


    6

    Xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    6.1

    Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena)

    6.1.1

    Xejra ta’ terminu qasir

    Perjodu

    Perjodu ta’ żmien kontinwu ta’ 12-il sena jew perjodu qrib kemm jista’ jkun ta’ dak, pereżempju, għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024 dan huwa 2013-2024

    6.1.2

    Xejra ta’ terminu qasir

    Direzzjoni

    Agħżel waħda minn dawn li ġejjin:

    a)

    stabbli

    b)

    tvarja

    c)

    tiżdied

    d)

    tonqos

    e)

    mhux ċerta

    f)

    mhux magħrufa

    6.1.3

    Xejra ta’ terminu qasir

    Kobor

    a)

    Minimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    b)

    Massimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    c)

    L-aħjar valur uniku

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.1.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    6.1.4

    Xejra ta’ terminu qasir

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    6.1.5

    Sorsi

    Agħti r-referenzi bibljografiċi, il-link għas-siti tal-internet, id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    Test liberu

    6.2

    Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980)

    6.2.1

    Xejra fit-tul

    Perjodu

    Perjodu minn madwar l-1980 sa tmiem il-perjodu ta’ rapportar

    6.2.2

    Xejra fit-tul

    Direzzjoni

    Agħżel waħda minn dawn li ġejjin:

    a)

    stabbli

    b)

    tvarja

    c)

    tiżdied

    d)

    tonqos

    e)

    mhux ċerta

    f)

    mhux magħrufa

    6.2.3

    Xejra fit-tul

    Kobor

    a)

    Minimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    b)

    Massimu

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    c)

    L-aħjar valur uniku

    Bidla perċentwali matul il-perjodu indikat fil-kamp 6.2.1. Ipprovdi intervall (a, b) u/jew l-aħjar valur uniku (c)

    6.2.4

    Xejra fit-tul

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    6.2.5

    Sorsi

    Agħti r-referenzi bibljografiċi, il-link għas-siti tal-internet, id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti, eċċ.

    Test liberu

    6.3

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt it-taqsimiet 6.1 u 6.2

    Test liberu


    7

    Pressjonijiet u theddidiet ewlenin

    7.1

    Karatterizzazzjoni tal-pressjonijiet

    a)

    Pressjoni

    Elenka massimu ta’ 20 pressjoni bl-użu tal-lista ta’ kodiċijiet ipprovduta fil-portal ta’ referenza u imla minn b) sa g) għal kull pressjoni.

    b)

    Tempestività

    fil-passat iżda issa ġew sospiżi minħabba l-miżuri

    għadhom għaddejjin

    għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur

    fil-futur biss

    c)

    Kamp ta’ applikazzjoni (proporzjon tal-popolazzjoni affettwata)

    Imla għal “għadhom għaddejjin” u “għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur”:

    kollha >90 %

    maġġoranza 50 – 90 %

    minoranza <50 %

    d)

    Influwenza (fuq il-popolazzjoni jew il-ħabitat tal-ispeċi)

    Imla għal “għadhom għaddejjin” u “għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur”.

    Influwenza għolja

    Influwenza medja

    Influwenza baxxa

    e)

    Post (fejn il-pressjoni tkun qed topera primarjament)

    Ġewwa l-Istat Membru

    Xi mkien ieħor fl-UE

    Barra l-UE

    Kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE

    Mhux magħruf

    f)

    Speċijiet aljeni invażivi ta’ tħassib għall-Unjoni

    Imla fejn tintgħażel il-pressjoni fuq “IAS ta’ tħassib għall-Unjoni”. Jekk jogħġbok agħżel mil-lista ta’ speċijiet rilevanti (ara l-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12)

    g)

    Speċijiet aljeni invażivi oħrajn

    Fakultattiva

    Imla fejn tintgħażel il-pressjoni “speċijiet aljeni invażivi oħrajn - għajr speċijiet ta’ tħassib għall-Unjoni”. Jekk jogħġbok agħżel mill-bażi tad-data tal-EASIN (ara l-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12)

    7.2

    Metodi użati

    Fakultattiva

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    7.3

    Sorsi ta’ informazzjoni

    Fakultattiva

    Jekk disponibbli, ipprovdi sorsi ta’ informazzjoni (URL, metadata) li jappoġġaw l-evidenza ta’ pressjonijiet

    7.4

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kamp 7.1

    Test liberu


    8

    Miżuri ta’ konservazzjoni

    8.1

    Status tal-miżuri

    Huma meħtieġa miżuri?

    IVA

    LE

    Jekk IVA, indika l-istatus tal-miżuri (agħżel għażla waħda biss):

    a)

    Il-miżuri identifikati, iżda għadha ma ttieħdet l-ebda waħda minnhom

    b)

    Il-miżuri meħtieġa, iżda ma jistgħux jiġu identifikati

    c)

    Ittieħdu wħud mill-miżuri identifikati

    d)

    Ittieħdu l-biċċa l-kbira tal-miżuri identifikati jew kollha kemm huma

    8.2

    Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri meħuda

    Imla jekk tkun intgħażlet “c) Ittieħdu wħud mill-miżuri identifikati” jew “d) Ittieħdu l-biċċa l-kbira tal-miżuri identifikati jew kollha kemm huma” (8.1):

    Dawn jaffettwaw (agħżel għażla waħda biss)

    a)

    < 50 %

    b)

    50 – 90 % jew

    c)

    > 90 %

    tal-popolazzjoni

    8.3

    Skop ewlieni tal-miżuri meħuda

    A.

    Indika l-iskop(ijiet) ewlieni/ewlenin tal-miżuri meħuda:

    a)

    Żomm id-distribuzzjoni, il-popolazzjoni u/jew il-ħabitat attwali għall-ispeċi

    b)

    Espandi d-distribuzzjoni attwali tal-ispeċi

    c)

    Żid id-daqs tal-popolazzjoni u/jew tejjeb id-dinamiċi tal-popolazzjoni (tejjeb is-suċċess tar-riproduzzjoni, naqqas il-mortalità, tejjeb l-istruttura tal-età/tas-sess)

    d)

    Irrestawra l-ħabitat tal-ispeċi

    B.

    Fejn jintgħażlu aktar minn għażla waħda hawn fuq, indika hawnhekk l-iskop ewlieni (primarju) (jiġifieri agħżel għażla waħda biss):

    Żomm l-istat attwali / espandi l-medda / żid, tejjeb il-popolazzjoni / irrestawra l-ħabitat

    8.4

    Il-post fejn jittieħdu l-miżuri

    Indika l-post fejn jittieħdu l-miżuri (indika għażla waħda biss):

    a)

    Ġewwa siti ta’ Natura 2000 biss

    b)

    Kemm ġewwa kif ukoll barra siti ta’ Natura 2000

    c)

    Barra siti ta’ Natura 2000 biss

    8.5

    Rispons għall-miżuri

    (meta l-miżuri jibdew jinnewtralizzaw il-pressjoni(jiet) u jipproduċu effetti pożittivi)

    Indika l-perjodu ta’ żmien tar-rispons għall-miżuri (fir-rigward tal-iskop ewlieni indikat fil-kamp 8.3) – (indika għażla waħda biss):

    a)

    Rispons ta’ terminu qasir (fil-perjodu ta’ rapportar attwali, eż. 2019-2024)

    b)

    Rispons ta’ terminu medju (fiż-żewġ perjodi ta’ rapportar li jmiss, eż. 2025-2036)

    c)

    Rispons fit-tul (eż. wara l-2036)

    8.6

    Lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni ewlenin

    Elenka massimu ta’ 20 miżura bl-użu tal-lista ta’ kodiċijiet ipprovduta fil-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12

    8.7

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 8.1 sa 8.6

    Test liberu


    9

    Kopertura ta’ Natura 2000 (Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    Għandha tiġi rrapportata għall-ispeċijiet kollha tal-Anness I u għall-ispeċijiet mhux tal-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE li jiskattaw il-klassifikazzjoni taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) (għandha tintuża l-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet ta’ għasafar fil-portal ta’ referenza)

    9.1

    Id-daqs tal-popolazzjoni fin-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    (fuq livell nazzjonali inklużi s-siti kollha fejn tkun preżenti l-ispeċi)

    a)

    Unità

    Uża l-istess unità bħal fil-kamp 3.2.a)

    b)

    Minimu

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    c)

    Massimu

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    d)

    L-aħjar valur uniku

    Numru (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat). Ipprovdi intervall (b, c) u/jew l-aħjar valur uniku (d)

    9.2

    Tip ta’ stima

    L-aħjar stima / medja ta’ diversi snin / intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % / minimu

    9.3

    Id-daqs tal-popolazzjoni fin-network

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    9.4

    Ix-xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network

    Direzzjoni

    Xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network matul il-perjodu indikat fil-kamp 4.1.1. Agħżel waħda minn dawn li ġejjin:

    a)

    stabbli

    b)

    tvarja

    c)

    tiżdied

    d)

    tonqos

    e)

    mhux ċerta

    f)

    mhux magħrufa

    9.5

    Ix-xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    9.6

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 9.1 sa 9.5

    Test liberu


    10

    Progress fil-ħidma relatata ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali

    Għandha timtela fil-livell tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet

    10.1

    Tip ta’ pjan internazzjonali

    SAP/MP/BMS (għandha tintuża l-lista ta’ speċijiet li għandhom SAP/MP/BMS fil-portal ta’ referenza), jistgħu jintgħażlu diversi pjanijiet)

    10.2

    Ġie adottat pjan nazzjonali marbut mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAP), il-Pjan ta’ Ġestjoni (MP) u d-Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMS) internazzjonali?

    IVA

    LE

    10.3

    Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs) għal speċijiet mhedda globalment

    Indika jekk l-istatus nazzjonali tal-ispeċi (fir-rigward tan-numri u tal-medda) huwiex (agħżel għażla waħda biss):

    a)

    qed jimxi lejn l-għan(ijiet)/objettiv(i) tal-pjan

    b)

    l-istess

    c)

    qed jiddeterjora aktar lil hinn mill-għan(ijiet)/objettiv(i) tal-pjan

    10.4

    Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) għall-ispeċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati fi status mhux Sigur

    Indika jekk l-istatus nazzjonali tal-ispeċi (fir-rigward tan-numri u tal-medda) huwiex (agħżel għażla waħda biss):

    a)

    qed jitjieb

    b)

    l-istess

    c)

    qed jiddeterjora aktar

    10.5

    Sorsi ta’ aktar informazzjoni

    Web links (eż. għal pjan nazzjonali), rapporti ppubblikati, eċċ.

    Test liberu


    11

    Informazzjoni relatata mal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE

    Għandha timtela fil-livell tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet

    11.1

    L-ispeċi hija kkaċċjata fuq livell nazzjonali?

    L-ispeċi hija kkaċċjata fuq livell nazzjonali?

    IVA

    LE

    Jekk iva, kompli imla l-kaxxi minn 11.2 sa 11.4.

    11.2

    Borża tal-kaċċa

    Ipprovdi statistika nazzjonali dwar il-borża tal-kaċċa għall-perjodu ta’ rapportar

    a)

    Unità

    Individwi

    b)

    Staġun

    (fakultattiv)

    Indika jekk din l-informazzjoni hijiex relatata ma’ popolazzjoni ta’ għasafar tax-xitwa jew tal-passa (fejn din l-informazzjoni ma timteliex, huwa preżunt li l-popolazzjonijiet ta’ għasafar tax-xitwa u tal-passa mhumiex distinti)

    c)

    Statistika / numri (f’individwi)

    Ipprovdi statistika għal kull staġun tal-kaċċa jew għal kull sena (fejn ma jintużax staġun) matul il-perjodu ta’ rapportar.

     

    Staġun / sena 1

    Staġun / sena 2

    Staġun / sena 3

    Staġun / sena 4

    Staġun / sena 5

    Staġun / sena 6

    Min. (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat)

     

     

     

     

     

     

    Mass. (mhux ipproċessat, jiġifieri mhux arrotondat)

     

     

     

     

     

     

    Mhux magħruf

     

     

     

     

     

     

    11.3

    Borża tal-kaċċa

    Metodu użat

    Agħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

    a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna

    d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    11.4

    Informazzjoni addizzjonali

    Fakultattiva

    Informazzjoni rilevanti oħra, komplementari għad-data mitluba taħt il-kampijiet minn 11.1 sa 11.3

    Test liberu

    Noti ta’ Spjegazzjoni

    b’appoġġ għall-Format ta’ Rapportar imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE (id-Direttiva dwar l-Għasafar)

    WERREJ

    Introduzzjoni 33

    PARTI A

    FORMAT TAR-RAPPORT ĠENERALI 34
    Stat Membru 34

    1.

    Il-kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE 34

    1.1.

    Test bil-lingwa nazzjonali 34

    1.2.

    Traduzzjoni bl-Ingliż (fakultattiva) 35

    1.3.

    Isem, kodiċi u staġun tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet fi stejjer ta’ suċċess 35

    2.

    Sorsi ta’ informazzjoni ġenerali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/147/KE 35

    2.1.

    Informazzjoni ġenerali dwar id-Direttiva 2009/147/KE 35

    2.2.

    Informazzjoni dwar in-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS)) 35

    2.3.

    Skemi ta’ monitoraġġ (l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/147/KE) 35

    2.4.

    Protezzjoni tal-ispeċijiet (l-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2009/147/KE) 35

    2.5.

    Traspożizzjoni tad-Direttiva (testi legali) 35

    3.

    Riċerka u ħidma meħtieġa bħala bażi għall-protezzjoni, għall-ġestjoni u għall-użu sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-għasafar (l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/147/KE) 36

    3.1.

    Atlas nazzjonali tal-għasafar 36

    3.2.

    Ħarsa ġenerali lejn il-monitoraġġ nazzjonali tal-għasafar 36

    3.3.

    Lista ħamra nazzjonali tal-għasafar 36

    3.4.

    Pubblikazzjonijiet oħrajn ta’ interess għall-UE kollha (eż. ħarsa ġenerali nazzjonali lejn l-azzjoni għall-ispeċijiet mhedda) 36

    4.

    Speċijiet ta’ għasafar aljeni (l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/147/KE) 36

    4.1.

    Isem xjentifiku tal-ispeċi 36

    4.2.

    Unità sottospeċifika 36

    4.3.

    Kontenut ewlieni tad-deċiżjoni legali għall-introduzzjoni 37

    4.4.

    Konsultazzjoni mal-Kummissjoni 37

    4.5.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 37

    PARTI B

    IL-FORMAT TAR-RAPPORT DWAR L-ISTATUS U X-XEJRIET TAL-ISPEĊIJIET TA’ GĦASAFAR (L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE) 37
    Speċijiet li għandhom jiġu rrapportati 37
    Noti ta’ spjegazzjoni għall-mili tal-format tar-rapport dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar 40

    1.

    Informazzjoni dwar l-ispeċijiet 42

    1.1.

    Stat Membru 42

    1.2.

    Kodiċi tal-ispeċi 42

    1.3.

    Kodiċi tal-EURING 42

    1.4.

    L-isem xjentifiku tal-ispeċi 42

    1.5.

    Popolazzjoni sottospeċifika 43

    1.6.

    Isem xjentifiku alternattiv tal-ispeċi (fakultattiv) 43

    1.7.

    Isem komuni (fakultattiv) 43

    2.

    Staġun 43

    2.1.

    Staġun 43

    2.2.

    Rapportar għall-ewwel darba 43

    2.3.

    Informazzjoni addizzjonali 43

    3.

    Daqs tal-popolazzjoni 43

    3.1.

    Sena jew perjodu 43

    3.2.

    Daqs tal-popolazzjoni 43

    3.3.

    Tip ta’ stima 44

    3.4.

    Metodu użat 45

    3.5.

    Sorsi 45

    3.6.

    Bidla u raġuni għall-bidla (mir-rapport preċedenti) 45

    3.7.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 46

    4.

    Xejra tal-popolazzjoni 46

    4.1.

    Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena) 46

    4.1.1.

    Il-perjodu tax-xejriet ta’ terminu qasir 46

    4.1.2.

    Direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir 46

    4.1.3.

    Kobor tax-xejra ta’ terminu qasir 47

    4.1.4.

    Xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat 48

    4.1.5.

    Sorsi 48

    4.2.

    Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980) 48

    4.2.1.

    Perjodu ta’ xejriet fit-tul 48

    4.2.2.

    Direzzjoni tax-xejriet fit-tul 48

    4.2.3.

    Kobor tax-xejra fit-tul 49

    4.2.4.

    Xejra fit-tul — Metodu użat 49

    4.2.5.

    Sorsi 49

    4.3.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 49

    5.

    Mappa u daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil 49

    5.1.

    Speċijiet sensittivi 49

    5.2.

    Sena jew perjodu 49

    5.3.

    Mappa tad-distribuzzjoni tat-tnissil 49

    5.4.

    Daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil 50

    5.5.

    Metodu użat 50

    5.6.

    Mapep addizzjonali (fakultattivi) 50

    5.7.

    Sorsi 51

    5.8.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 51

    6.

    Xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil 51

    6.1.

    Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena) 51

    6.1.1.

    Perjodu tax-xejriet ta’ terminu qasir 51

    6.1.2.

    Direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir 51

    6.1.3.

    Kobor tax-xejra ta’ terminu qasir 51

    6.1.4.

    Xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat 52

    6.1.5.

    Sorsi 52

    6.2.

    Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980) 52

    6.2.1.

    Perjodu ta’ xejriet fit-tul 52

    6.2.2.

    Direzzjoni tax-xejriet fit-tul 53

    6.2.3.

    Kobor tax-xejra fit-tul 53

    6.2.4.

    Xejra fit-tul — Metodu użat 53

    6.2.5.

    Sorsi 53

    6.3.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 53

    7.

    Pressjonijiet u theddidiet ewlenin 53

    7.1.

    Karatterizzazzjoni tal-pressjonijiet 54

    7.2.

    Metodi użati (fakultattivi) 55

    7.3.

    Sorsi ta’ informazzjoni (fakultattivi) 56

    7.4.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 56

    8.

    Miżuri ta’ konservazzjoni 56

    8.1.

    Status tal-miżuri 56

    8.2.

    Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri meħuda 56

    8.3.

    L-iskop ewlieni tal-miżuri meħuda 56

    8.4.

    Il-post fejn jittieħdu l-miżuri 57

    8.5.

    Rispons għall-miżuri 57

    8.6.

    Lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni ewlenin 57

    8.7.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 57

    9.

    Kopertura ta’ Natura 2000 (Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS)) 57

    9.1.

    Id-daqs tal-popolazzjoni fin-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS)) 58

    9.2.

    Tip ta’ stima 58

    9.3.

    Daqs tal-popolazzjoni fin-network — Metodu użat 58

    9.4.

    Xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network — Direzzjoni 58

    9.5.

    Xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network — Metodu użat 59

    9.6.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 59

    10.

    Progress fil-ħidma relatata ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali 59

    10.1.

    Tip ta’ pjan internazzjonali 59

    10.2.

    Ġie adottat pjan nazzjonali marbut mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAP ) / Pjan ta’ Ġestjoni (MP) / Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMS) internazzjonali? 60

    10.3.

    Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs) għall-ispeċijiet mhedda globalment 60

    10.4.

    Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) għall-ispeċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati fi status ta’ Mhux Siguri 60

    10.5.

    Sorsi ta’ aktar informazzjoni 61

    11.

    Informazzjoni relatata mal-ispeċijiet tal-Anness II (l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/147/KE) 61

    11.1.

    L-ispeċi hija kkaċċjata fuq livell nazzjonali? 61

    11.2.

    Borża tal-kaċċa 61

    11.3.

    Borża tal-kaċċa — Metodu użat 61

    11.4.

    Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva) 61
    Referenzi 61

    Introduzzjoni

    Element ċentrali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tad-Direttiva 2009/147/KE huwa livell tajjeb ta’ informazzjoni dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet tal-għasafar kif meħtieġ skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva. Id-data u l-informazzjoni huma meħtieġa f’format strutturat u komparabbli sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkompila u tanalizza d-data. Il-bażi ġuridika sabiex id-data tiġi pprovduta f’format strutturat hija t-tieni subparagrafu tal-Art. 12.1.

    Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni u gwida dwar kif għandhom jimtlew il-kampijiet tad-data differenti tal-format tar-rapport tal-Artikolu 12 (il-Parti A u l-Parti B). Huwa jikkonsisti prinċipalment f’deskrizzjonijiet tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata f’kull kamp u r-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-informazzjoni rrapportata.

    Deskrizzjonijiet aktar dettaljati tal-kunċetti u l-metodi għall-informazzjoni rrapportata huma pprovduti f’linji gwida li mhumiex parti minn dan l-att ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni addizzjonali li għandha tintuża għat-tlestija korretta tal-format tar-rapport issir disponibbli permezz tal-“portal ta’ referenza tal-Artikolu 12” online.

    Il-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12

    Il-portal ta’ referenza fih id-dokumentazzjoni relatata mal-informazzjoni pprovduta fil-formati tar-rapport skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE.

    Dan jinkludi:

    il-format tar-rapport u n-noti ta’ spjegazzjoni u l-linji gwida;

    materjal ta’ referenza, eż. listi ta’ kontroll għall-ispeċijiet ta’ għasafar, lista ta’ pressjonijiet u theddid, lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u l-grilji Ewropej (10×10 km ETRS) li għandhom jintużaw għall-immappjar tad-distribuzzjoni;

    eżempji li juru l-linji gwida.

    PARTI A

    FORMAT TAR-RAPPORT ĠENERALI

    Ir-rapport ġenerali huwa format strutturat fil-qosor immirat biex jiġbor fil-qosor l-aktar fatti u ċifri importanti dwar l-implimentazzjoni ġenerali tad-Direttiva 2009/147/KE, inklużi links għal sorsi ta’ informazzjoni aktar dettaljati.

    Kull Stat Membru huwa mistenni jħejji rapport ġenerali wieħed li jkopri t-territorju Ewropew kollu tal-Istat Membru.

    Tista’ tintuża kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE fil-kampijiet b’test liberu. Madankollu, huwa rrakkomandat l-użu tal-Ingliż.

    L-indirizzi kollha tal-internet fil-kampijiet tar-rapportar għandhom jingħataw bis-sħiħ, inkluż l-inizjali “http://” jew “https://”, jekk applikabbli.

    Stat Membru

    L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-kodiċi b’żewġ ittri għall-Istat Membru tiegħek mill-ISO 3166 f’konformità mal-lista pprovduta fil-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12. Tissottomettix rapporti ġenerali separati għall-unitajiet subnazzjonali.

    1.   IL-KISBIET EWLENIN SKONT ID-DIRETTIVA 2009/147/KE

    Din it-taqsima għandha l-għan li tinforma dwar il-kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE, inkluż in-network taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS), fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar. L-informazzjoni għandha tingħata primarjament bil-lingwa nazzjonali (il-kamp 1.1), bi traduzzjoni bl-Ingliż, jekk possibbli (il-kamp fakultattiv 1.2).

    1.1.   Test bil-lingwa nazzjonali

    Kisbiet ewlenin:

    Iddeskrivi fil-qosor il-kisbiet ewlenin skont id-Direttiva dwar l-Għasafar matul il-perjodu ta’ rapportar, b’enfasi speċjali fuq in-network taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS). Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju:

    benefiċċji murija għal speċijiet differenti;

    esperjenzi b’tekniki ta’ ġestjoni ġodda jew imtejba;

    bidliet pożittivi fl-aċċettazzjoni pubblika tal-protezzjoni tal-bijodiversità;

    kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet, il-konservazzjonisti tan-natura u gruppi ta’ interess oħrajn;

    każijiet ewlenin ta’ infurzar;

    inizjattivi li jikkombinaw l-istabbiliment tas-siti ta’ Natura 2000 u l-ekonomija lokali;

    il-miżuri meħuda biex jiġi minimizzat l-impatt ta’ speċijiet invażivi fuq speċijiet indiġeni ta’ għasafar, f’konformità mar-Regolament tal-UE 1143/2014 dwar speċijiet aljeni invażivi (1);

    informazzjoni komplementari għal dik mogħtija fit-Taqsima 3 dwar ir-riċerka u l-ħidma meħtieġa bħala bażi għall-protezzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tal-popolazzjonijiet tal-għasafar. Dan jista’ jinkludi suġġerimenti għal riċerka urġenti li teħtieġ il-koordinazzjoni tal-UE (eż. permezz ta’ finanzjament minn LIFE);

    il-miżuri meħuda u l-effett tagħhom (kisbiet);

    il-fatturi ta’ suċċess, il-prospettiva u r-rwol ta’ Natura 2000;

    Eżempju ta’ storja ta’ suċċess

    L-għoti ta’ “storja ta’ suċċess” (jekk disponibbli) jagħti l-opportunità lill-Istat Membru biex juri eżempju ta’ kif id-Direttiva qed taħdem f’pajjiżu. Kull storja ta’ suċċess għandha tkun ibbażata fuq unità tassonomika li turi titjib ġenwin matul il-perjodu ta’ rapportar, jiġifieri xejra li qed tiżdied tal-popolazzjoni fuq żmien qasir (tnissil jew kenn fix-xitwa), irrispettivament mix-xejra fit-tul tagħha jew xejra stabbli/li tvarja tal-popolazzjoni fuq żmien qasir fid-dawl tax-xejriet ta’ tnaqqis fit-tul. It-titjib deskritt għandu jkun xprunat minn miżuri ta’ konservazzjoni u għandu jikkonċerna l-perjodu ta’ rapportar attwali, iżda jista’ jinkludi wkoll miżuri li bdew f’mument aktar kmieni.

    Struttura proposta:

    Indika l-ispeċi/l-istaġun

    Sfond dwar l-ispeċi, l-iżviluppi tal-passat u r-raġunijiet tagħhom (pressjonijiet, eċċ.), l-isfidi għall-konservazzjoni

    Il-miżuri meħuda u l-effett tagħhom (kisbiet)

    Ir-rwol tan-network ta’ Natura 2000 (jekk applikabbli)

    Fatturi ta’ suċċess

    Prospettiva

    It-test għandu jkollu tul massimu ta’ żewġ sa tliet paġni. Jekk Stat Membru jkun jixtieq iżid aktar dokumentazzjoni ma’ dik mitluba, huwa għandu jieħu nota ta’ dawn l-annessi u l-ismijiet tal-fajls tagħhom fl-aħħar ta’ dan il-kamp u jtella’ l-fajls rilevanti fil-Mekkaniżmu ta’ Rapportar tal-EEA flimkien mal-bqija tar-rapport.

    1.2.   Traduzzjoni bl-Ingliż (fakultattiva)

    Dan huwa kamp fakultattiv sabiex l-informazzjoni pprovduta fil-kamp 1.1 tiġi tradotta għall-Ingliż (fejn tkun ġiet irrapportata b’lingwa oħra).

    1.3.   Isem, kodiċi u staġun tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet fi stejjer ta’ suċċess

    Dan il-kamp għandu jimtela fejn tintuża storja ta’ suċċess biex jiġu enfasizzati l-kisbiet ewlenin tad-Direttiva deskritti fil-kamp 1.1. Jistgħu jintgħażlu diversi speċijiet.

    Imla:

    (a)

    Kodiċi u isem tal-ispeċi ta’ għasafar

    (b)

    Staġun

    2.   SORSI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE

    Din it-taqsima għandha l-għan li tidderieġi lill-pubbliku interessat lejn sorsi ta’ informazzjoni relatati mad-Direttiva 2009/147/KE u n-network taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) tal-Istat Membru rispettiv. B’mod ġenerali, huma meħtieġa biss links għall-indirizzi tal-internet. Madankollu, jista’ jintuża wkoll test liberu fejn ikun hemm bżonn li jiġi spjegat kif għandu jinkiseb aċċess għas-sors ta’ informazzjoni, pereżempju, fil-każ ta’ diversi sorsi ta’ informazzjoni. Għandhom jimtlew il-kampijiet kollha li ġejjin.

    2.1.   Informazzjoni ġenerali dwar id-Direttiva 2009/147/KE

    Ipprovdi links għal informazzjoni ġenerali dwar id-Direttiva (eż. portal nazzjonali li jippreżenta d-Direttivi tal-UE dwar in-Natura).

    2.2.   Informazzjoni dwar in-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    Ipprovdi links għal informazzjoni ġenerali dwar in-network ta’ Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) (eż. bażijiet tad-data online tas-siti ta’ Natura 2000, pubblikazzjonijiet li jippreżentaw in-network).

    2.3.   Skemi ta’ monitoraġġ (l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    Ipprovdi links għal informazzjoni ġenerali dwar il-monitoraġġ (eż. portal li jippreżenta skema/i nazzjonali ta’ monitoraġġ, linji gwida ta’ monitoraġġ).

    2.4.   Protezzjoni tal-ispeċijiet (l-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2009/147/KE)

    Ipprovdi links għal informazzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet.

    2.5.   Traspożizzjoni tad-Direttiva (testi legali)

    Ipprovdi links għal informazzjoni ġenerali dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva.

    3.   RIĊERKA U ĦIDMA MEĦTIEĠA BĦALA BAŻI GĦALL-PROTEZZJONI, GĦALL-ĠESTJONI U GĦALL-UŻU SOSTENIBBLI TAL-POPOLAZZJONIJIET TAL-GĦASAFAR (L-ARTIKOLU 10 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE)

    Din it-taqsima hija relatata mal-obbligu skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/147/KE li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex din tkun tista’ tieħu miżuri xierqa għall-koordinazzjoni tar-riċerka u kwalunkwe xogħol meħtieġ bħala bażi għall-protezzjoni, il-ġestjoni u l-użu ta’ popolazzjonijiet ta’ għasafar indiġeni. Informazzjoni addizzjonali b’test liberu ta’ rilevanza b’referenza għall-implimentazzjoni tal-Art. 10 tad-Direttiva 2009/147/KE tista’ tingħata fit-Taqsima 1 (kisbiet ewlenin). L-informazzjoni mitluba hija limitata għal:

    3.1.   Atlas nazzjonali tal-għasafar

    Ipprovdi t-titolu tal-aktar atlas nazzjonali tal-għasafar reċenti (il-kamp 3.1.1) b’informazzjoni dwar is-sena tal-pubblikazzjoni (il-kamp 3.1.2) u web link jew referenza bibljografika (il-kamp 3.1.3).

    3.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-monitoraġġ nazzjonali tal-għasafar

    Ipprovdi t-titolu jew simili flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-ħarsiet ġenerali lejn il-monitoraġġ nazzjonali tal-għasafar ippubblikati matul il-perjodu ta’ rapportar, inklużi l-ispeċijiet koperti, ir-riżultati ewlenin, eċċ. (il-kamp 3.2.1), b’massimu ta’ 500 karattru. Ipprovdi informazzjoni dwar is-sena tal-pubblikazzjoni (il-kamp 3.2.2) u web link jew referenza bibljografika (il-kamp 3.2.3). Il-kampijiet minn 3.2.1 sa 3.2.3 għandhom jiġu ripetuti jekk tkun ġiet ippubblikata aktar minn ħarsa ġenerali waħda.

    3.3.   Lista ħamra nazzjonali tal-għasafar

    Ipprovdi t-titolu tal-aktar listi ħomor nazzjonali reċenti tal-għasafar (il-kamp 3.3.1), b’informazzjoni dwar is-sena tal-pubblikazzjoni (il-kamp 3.3.2) u web link jew referenza bibljografika (il-kamp 3.3.3).

    3.4.   Pubblikazzjonijiet oħrajn ta’ interess għall-UE kollha (eż. ħarsa ġenerali nazzjonali lejn l-azzjoni għall-ispeċijiet mhedda)

    Ipprovdi t-titolu jew simili flimkien ma’ deskrizzjoni qasira ta’ pubblikazzjonijiet oħrajn ta’ interess għall-UE kollha (eż. ħarsa ġenerali nazzjonali lejn l-azzjoni għall-ispeċijiet mhedda) ippubblikati matul il-perjodu ta’ rapportar jew pubblikazzjonijiet reċenti, inklużi l-ispeċijiet koperti, ir-riżultati ewlenin, eċċ. (il-kamp 3.4.1), b’massimu ta’ 500 karattru. Ipprovdi informazzjoni dwar is-sena tal-pubblikazzjoni (il-kamp 3.4.2) u web link jew referenza bibljografika (il-kamp 3.4.3). Il-kampijiet minn 3.4.1 sa 3.4.3 għandhom jiġu ripetuti jekk ikunu ġew ippubblikati aktar minn ħarsa ġenerali waħda, u għandhom jiġu rrapportati massimu ta’ 10 pubblikazzjonijiet.

    Informazzjoni aktar ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/147/KE tista’ tiġi pprovduta f’kamp b’test liberu taħt “Kisbiet ewlenin skont id-Direttiva 2009/147/KE” fit-Taqsima 1.

    4.   SPEĊIJIET TA’ GĦASAFAR ALJENI (L-ARTIKOLU 11 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE)

    Din it-taqsima hija relatata mal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/147/KE li “L-Istati Membri għandhom jaraw li kull introduzzjoni ta’ speċijiet tal-għasafar li ma jinstabux fin-natura fl-istat selvaġġ fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri ma tippreġudikax il-flora u l-fawna lokali. B’konnessjoni ma’ dan, dawn għandhom jikkonsultaw mal-Kummissjoni.”

    Din it-taqsima ma għandhiex timtela jekk ma tkun ġiet ikkonsultata l-ebda introduzzjoni skont l-Artikolu 11, deċiża jew imwettqa matul il-perjodu ta’ rapportar.

    Kull speċi għandha tiġi rrapportata, kif ġej:

    4.1.   Isem xjentifiku tal-ispeċi

    Ipprovdi l-isem xjentifiku tal-ispeċi.

    4.2.   Unità sottospeċifika

    Fejn rilevanti, uża d-deskrizzjoni tal-popolazzjoni sottospeċifika.

    4.3.   Kontenut ewlieni tad-deċiżjoni legali għall-introduzzjoni

    Ipprovdi l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni legali għall-introduzzjoni (test liberu; massimu ta’ 250 karattru), inkluża informazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni, l-għadd ta’ individwi u d-durata ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni.

    4.4.   Konsultazzjoni mal-Kummissjoni

    Ipprovdi d-data tal-konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

    4.5.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Informazzjoni addizzjonali relatata mat-Taqsima 4 tista’ tiġi pprovduta fil-kamp fakultattiv 4.5.

    PARTI B

    IL-FORMAT TAR-RAPPORT DWAR L-ISTATUS U X-XEJRIET TAL-ISPEĊIJIET TA’ GĦASAFAR (L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE)

    Speċijiet li għandhom jiġu rrapportati

    Tassonomija u nomenklatura

    It-tassonomija u n-nomenklatura li għandhom jintużaw fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet tal-Artikolu 12 (disponibbli mill-Portal ta’ Referenza) jirriflettu dawk użati fil-Lista tal-għasafar tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Lista tal-Għasafar tal-UE” (2)). Il-verżjoni tal-Lista tal-Għasafar tal-UE ppubblikata f’Awwissu 2015 u aġġornata fl-2018 inkorporat il-bidliet tassonomiċi u tan-nomenklatura proposti f’del Hoyo & Collar (2014) (3), u l-bidliet rilevanti minn del Hoyo & Collar (2016). L-aġġornamenti tassonomiċi se jiġu implimentati biex jinżamm l-allinjament mar-referenzi tassonomiċi segwiti mill-IUCN.

    B’mod ġenerali, ir-rapportar jintalab primarjament fil-livell tal-ispeċi, billi din hija l-unità tassonomika msemmija fit-test kollu tad-Direttiva, kif ukoll l-unità użata għall-valutazzjonijiet komprensivi preċedenti tal-istatus tal-għasafar tal-UE. Madankollu, f’minoranza ta’ każijiet, jintalbu rapporti għal “unitajiet sottospeċifiċi” — jiġifieri sottospeċijiet jew popolazzjonijiet distinti — li l-istatus tagħhom huwa ta’ interess partikolari u/jew ta’ rilevanza għall-politika (eż. fil-kuntest tal-listi fil-livell ta’ sottospeċijiet fl-Annessi tad-Direttiva). Għad-dettalji sħaħ tal-motiv li jispjega liema popolazzjonijiet sottospeċifiċi għandhom jiġu rrapportati separatament, ara l-linji gwida li jagħtu gwida teknika dwar il-kunċetti u d-definizzjonijiet. Għall-finijiet ta’ sempliċità, it-terminu “speċi” jintuża fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ hawn taħt, anki fejn jirreferi wkoll għal unitajiet sottospeċifiċi.

    Speċijiet li jinstabu b’mod regolari

    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-ispeċijiet kollha ta’ tnissil “li jinstabu b’mod regolari” (anki jekk il-popolazzjonijiet tagħhom ikunu żgħar jew ikkunsidrati bħala “marġinali”), sabiex tkun tista’ tinġabar stampa mal-UE kollha tad-daqs u x-xejra tal-popolazzjoni tagħhom. Speċi tista’ titqies bħala li tinstab b’mod regolari jekk, pereżempju, tkun tnisslet f’erbgħa jew aktar mis-sitt snin koperti mill-perjodu ta’ rapportar. L-ispeċijiet li jinstabu b’mod inqas regolari minn hekk għandhom jiġu rrapportati wkoll jekk il-popolazzjoni nazzjonali tagħhom fis-snin meta jinstabu tista’ tirrappreżenta proporzjon sinifikanti (eż. >1 %) tal-popolazzjoni globali tal-UE, jew jekk qabel ikunu nstabu b’mod aktar regolari (ara wkoll “Speċijiet estinti” hawn taħt). Għandhom jiġu applikati kriterji simili għall-ispeċijiet rilevanti tax-Xitwa u tal-Passa (ara hawn taħt). L-ispeċijiet li jinstabu b’mod regolari huma indikati bil-kodiċi tal-okkorrenza PRE fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet ta’ għasafar tal-Artikolu 12 fuq il-Portal ta’ Referenza.

    Speċijiet ta’ għasafar li jinstabu matul l-istaġun tax-xitwa u fil-passa

    Speċijiet ewlenin li jistkennu fix-xitwa

    Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar ċerti speċijiet ewlenin li jfittxu l-kenn fix-xitwa — speċjalment għasafar tal-ilma migratorji, bħal tjur selvaġġi (papri, wiżż u ċinji) u purċinelli (għasafar tax-xatt) — li huma ferm aktar abbundanti fl-UE matul ix-xitwa u/jew li d-daqs u x-xejra tal-popolazzjoni tagħhom jiġu mmonitorjati aħjar fix-xitwa (meta jinġabru f’numri kbar f’għadd relattivament żgħir ta’ siti). Għal dawn l-ispeċijiet, il-valutazzjoni tal-istatus tal-popolazzjoni tal-UE tagħhom tista’ tkun ibbażata primarjament (jew tabilħaqq kompletament f’xi każijiet) fuq id-data għall-popolazzjonijiet tagħhom fix-xitwa, għalhekk, ir-rapporti tax-Xitwa jintalbu mill-Istati Membri kollha fejn l-għasafar ifittxu l-kenn regolarment (ara wkoll “Speċijiet li jinstabu b’mod regolari” hawn fuq). Aktar informazzjoni dwar il-motiv wara s-sottosett ta’ speċijiet li għalihom ir-rapportar tax-Xitwa huwa obbligatorju hija pprovduta fil-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    Speċijiet li jiskattaw iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) (inklużi l-ispeċijiet tal-Anness I) u speċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE li jinstabu matul l-istaġun tax-xitwa u fil-passa

    Barra minn hekk, ir-rapporti tax-Xitwa jintalbu għal għadd ta’ speċijiet oħrajn li regolarment ifittxu l-kenn fix-xitwa li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ hawn fuq, iżda li huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva jew elenkati/identifikati mill-Istati Membri bħala li jiskattaw il-klassifikazzjonijiet taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) fuq livell nazzjonali minħabba l-okkorrenza tagħhom fix-xitwa. Fil-każijiet kollha bħal dawn, ir-rapporti tax-Xitwa jipprovdu informazzjoni importanti relatata mal-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva, anki jekk id-data dwar id-daqs u x-xejriet tal-popolazzjoni rrapportata ma tistax dejjem tintuża għal valutazzjoni ġenerali tal-popolazzjoni tal-UE li tfittex il-kenn fix-xitwa.

    B’mod ġenerali, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jirrapportaw dwar id-daqs jew ix-xejra tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet fil-passa (jiġifieri waqt il-migrazzjoni tagħhom lejn/miż-żoni tat-tnissil u tal-kenn tagħhom), minħabba li d-data nazzjonali dwar id-daqs u x-xejra tal-popolazzjoni hija diffiċli li tiġi aggregata fil-livell tal-UE mingħajr informazzjoni supplimentari dettaljata li tippermetti l-interpretazzjoni meħtieġa biex tippermetti kwalunkwe għadd duplikat.

    Madankollu, ir-rapporti tal-istaġun tal-passa għadhom mitluba għal ċerti speċijiet migratorji ewlenin li għalihom inkella ma tiġix irrapportata informazzjoni importanti. Dawn jinkludu:

    l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE;

    speċijiet migratorji oħrajn li l-okkorrenza tagħhom waqt il-passa tiskatta klassifikazzjonijiet taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) fuq livell nazzjonali (4) (kif indikat fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza).

    F’dawn il-każijiet, ir-rapporti (simplifikati) dwar il-passa jipprovdu informazzjoni importanti dwar, pereżempju, id-daqs tal-popolazzjoni għall-ispeċijiet li jiskattaw iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) fil-passa, il-pressjonijiet u t-theddid nazzjonali għal speċijiet migratorji ewlenin, li altrimenti ma jinqabdux xi mkien ieħor.

    L-Istati Membri huma mistennija jirrapportaw dwar l-ispeċijiet tax-xitwa tal-Anness II, minbarra l-ispeċijiet sedentarji fejn huwa meħtieġ biss rapport dwar it-tnissil. Huma mistennija wkoll rapporti simplifikati dwar il-passa għall-ispeċijiet tal-passa tal-Anness II li ma jistkennux jew ma jnisslux fil-pajjiż.

    Aktar informazzjoni dwar ir-rapportar għal dawn il-gruppi partikolari ta’ speċijiet tista’ tinstab fi

    Tabella 2: Taqsimiet tal-format tar-rapport dwar l-ispeċijiet li għandhom jimtlew għall-istaġun tat-tnissil, tax-xitwa u tal-passa għal kategoriji differenti ta’ speċijiet ta’ għasafar

    Speċijiet vagranti u okkażjonali

    L-għasafar vagranti jew “aċċidentali” huma dawk li tbiegħdu sew ’il barra mill-medda normali tat-tnissil, tal-kenn fix-xitwa jew tal-migrazzjoni tagħhom. Aktar minn 300 speċi jidhru fit-taqsima “vagranti” tal-Kategorija A tal-Lista tal-Għasafar tal-UE, u diversi oħrajn jinstabu b’mod regolari f’partijiet tal-UE, iżda biss bħala vagranti fi Stati Membri oħrajn. Billi l-okkorrenza tal-vagranti hija imprevedibbli u probabbilment tirrifletti fil-biċċa l-kbira fatturi estrinsiċi (kundizzjonijiet klimatiċi matul perjodi migratorji ewlenin, xejriet barra mill-UE, eċċ.), ir-rapportar tagħhom fir-rapporti tal-Artikolu 12 mhuwiex meħtieġ. L-istess japplika għall-ispeċijiet “okkażjonali”, li jistgħu jkunu eqreb lejn il-medda normali tagħhom, iżda li l-okkorrenza tagħhom fl-Istat Membru u/jew fl-istaġun inkwistjoni ma hijiex regolari jew stabbli (ara “Speċijiet li jinstabu b’mod regolari” hawn fuq).

    Speċijiet li jkunu għadhom kif waslu

    F’xi każijiet, speċi tista’ tkun għadha ma bdietx tnissel jew tistkenn regolarment, iżda huwa probabbli — eż. abbażi ta’ xejriet aktar reċenti ta’ okkorrenza jew xejriet simili fil-pajjiżi ġirien — li tkun fil-proċess li tikkolonizza jew issir stabbilita bħala viżitatur regolari. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw dwar l-ispeċi inkwistjoni, anki jekk ma jkunx possibbli li jingħataw dettalji għat-taqsimiet u l-oqsma rilevanti kollha ta’ hawn taħt. Għall-ispeċijiet elenkati fil-lista ta’ kontroll nazzjonali bl-okkorrenza “ARR” — li tindika li dawn ikkolonizzaw l-Istat Membru matul il-perjodu ta’ xejra ta’ terminu qasir — il-kontrolli “QA/QC” se jiġu llaxkati għal ċerti kampijiet (eż. il-kamp 4.2.1 “Perjodu ta’ xejra fit-tul”). Jekk l-ispeċi ma tkunx diġà inkluża fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet għall-Istat Membru, hija tista’ tiżdied waqt li jiġi sottomess ir-rapport nazzjonali dwar il-mekkaniżmu tar-rapportar.

    Ara wkoll il-kamp 4.1.3 “Il-kobor tax-xejra ta’ terminu qasir” għal gwida dwar il-kwistjoni speċifika tal-kobor tax-xejriet tar-rapportar minn daqs tal-popolazzjoni tal-bidu ta’ żero (jiġifieri speċijiet li jkunu għadhom kif waslu).

    Speċijiet estinti

    Ma għandux isir rapportar dwar l-ispeċijiet li ġew estinti fuq livell nazzjonali qabel l-1980 (jiġifieri għall-ħabta taż-żmien meta ġiet adottata/daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2009/147/KE), sakemm ma jkunx hemm proġett nazzjonali ta’ introduzzjoni mill-ġdid għaddej. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti rapporti għall-ispeċijiet kollha li qabel kienu jinstabu b’mod regolari, iżda li ilhom li ġew estinti fuq livell nazzjonali mill-1980 (jiġifieri dawk elenkati bl-okkorrenza “EXBA” fil-lista ta’ kontroll nazzjonali). Dan jinkludi speċijiet li għalihom l-aħħar rekord (anki jekk għal speċi individwali waħda) ġie nnotat wara d-data meta d-Direttiva daħlet fis-seħħ fl-Istat Membru; dawn l-ispeċijiet qabel kellhom okkorrenza permanenti/regolari fl-Istat Membru.

    Fil-każ speċifiku ta’ speċijiet tat-tnissil preċedenti li ma għadhomx inisslu b’mod regolari, iżda li għadhom jinstabu matul l-istaġun tat-tnissil (eż. bħala individwi mhux f’pari), l-Istati Membri għandhom ikomplu jittrattawhom bħala “li jinstabu b’mod regolari” (5), b’mod partikolari meta l-istatus tagħhom (eż. l-elenkar tal-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE u/jew rarità ġenerali) ifisser li l-preżenza kontinwa ta’ għadd żgħir ta’ individwi xorta tista’ tkun ta’ interess usa’.

    L-ispeċijiet li kkolonizzaw f’numri żgħar, iżda li ma ġewx stabbiliti u, b’hekk, li reġgħu ġew estinti fuq livell nazzjonali, kollha mill-1980, għandhom jiġu ttrattati bħala speċijiet okkażjonali, u ma hemmx bżonn li jsir rapportar dwarhom.

    Għalkemm mhux dejjem se jkun possibbli li jimtlew it-taqsimiet u l-kampijiet rilevanti kollha għal speċi elenkata bħala “EXBA”, huwa importanti li tiġi koperta s-sena li fiha tkun ġiet estinta fuq livell nazzjonali (jew waqfet milli tinstab b’mod regolari, jekk dan ma kienx ċar (6)) u d-daqs approssimattiv tal-popolazzjoni nazzjonali tagħha (u l-firxa tat-tnissil, fejn rilevanti) bejn wieħed u ieħor fl-1980, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-firxa u r-rata tat-tnaqqis tagħha (ara wkoll il-kamp 4.1.3 “Il-kobor tax-xejra ta’ terminu qasir” għal gwida aktar dettaljata dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-kobor tax-xejra għal speċijiet li ġew estinti matul il-perjodu tax-xejra).

    Popolazzjonijiet aljeni

    Minbarra “l-għasafar li jinstabu b’mod naturali fl-istat selvaġġ”, kif speċifikat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva, ir-rapportar huwa mitlub ukoll għall-popolazzjonijiet kollha ta’ tliet speċijiet introdotti fil-biċċa l-kbira li huma elenkati fl-Anness II tad-Direttiva (Branta canadensis (7), Meleagris gallopavo u Phasianus colchicus (8)) u għall-popolazzjonijiet selvaġġi ta’ Columba livia. Ir-rapportar dwar speċijiet aljeni oħrajn (inklużi dawk elenkati fil-Kategorija C tal-Lista tal-Għasafar tal-UE (9)) huwa fakultattiv, iżda huwa mħeġġeġ f’każijiet fejn l-Istat Membru jospita popolazzjoni aljena ta’ speċi li tinstab b’mod naturali xi mkien ieħor fl-UE (u b’hekk hija elenkata fil-Kategorija A “indiġena” / “regolari” tal-Lista tal-Għasafar tal-UE), jew l-ispeċi tirrappreżenta theddida għall-popolazzjonijiet jew l-ispeċijiet indiġeni (eż. dawk fil-Lista ta’ Speċijiet Aljeni Invażivi ta’ Tħassib għall-Unjoni (10): Oxyura jamaicensis, Alopochen aegyptiaca, Threskiornis aethiopicus, Corvus splendens, Pycnonotus cafer u Acridotheres tristis).

    Tabella 1

    Sommarju tal-ispeċijiet li għandhom jiġu rrapportati skont il-kategoriji tal-okkorrenza u l-kodiċijiet tal-ispeċijiet fil-lista ta’ kontroll tal-għasafar tal-Artikolu 12

    Kodiċi tal-okkorrenza/kodiċi tal-ispeċi (mil-lista ta’ kontroll tal-Artikolu 12 fuq il-Portal ta’ Referenza)

    Deskrizzjoni

    Obbligu ta’ rapportar

    PRE

    Preżenti b’mod regolari

    Għandhom jiġu rrapportati

    ARR

    Għadhom kif waslu

    Mhux obbligatorji, iżda mħeġġa

    EXBA

    Speċijiet li saru estinti wara l-1980

    Għandhom jiġu rrapportati

    eż.A115-X

    X tirrappreżenta sottopopolazzjoni aljena ta’ speċi

    Mhux obbligatorji, iżda mħeġġa.

    Rapportar obbligatorju BISS għall-ispeċijiet A044-X Branta canadensis, A115-X Phasianus colchicus, A460-X Meleagris gallopavo (popolazzjonijiet aljeni) u A206-X Columba livia (popolazzjonijiet selvaġġi).

    Noti ta’ spjegazzjoni għall-mili tal-format tar-rapport dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet ta’ għasafar

    Il-format tar-rapport għandu jimtela għal kull speċi u għal kull staġun li jaqgħu taħt il-kriterji deskritti fit-Tabella 2. L-ispeċijiet għar-rapportar huma elenkati fil-lista ta’ kontroll tal-Artikolu 12.

    Għal xi Stati Membri, għandu jiġi pprovdut format ta’ rapport separat għal unitajiet subnazzjonali distinti. Dan japplika għall-Azores (il-Portugall), għal Madeira (il-Portugall) u għall-Gżejjer Kanarji (Spanja). Il-valutazzjonijiet preċedenti fil-livell tal-UE wrew li ħafna popolazzjonijiet tal-għasafar Makaroneżjani għandhom status u xejriet differenti ħafna għal dawk fl-Iberja, għalhekk, ġie implimentat rapportar separat għat-territorji subnazzjonali mill-perjodu ta’ rapportar 2008-2012.

    Il-format tar-rapport dwar l-istatus u x-xejriet tal-ispeċijiet tal-għasafar (“rapport dwar l-ispeċijiet”) jinkludi ħdax-il taqsima, kif ġej:

    Rapportar tal-istaġun

    (1)

    Informazzjoni dwar l-ispeċijiet

    (2)

    Staġun

    (3)

    Daqs tal-popolazzjoni

    (4)

    Xejra tal-popolazzjoni

    (5)

    Mappa u daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    (6)

    Xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    (7)

    Pressjonijiet u theddidiet ewlenin

    (8)

    Miżuri ta’ konservazzjoni

    (9)

    Kopertura ta’ Natura 2000 (Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    Rapportar fil-livell tal-ispeċijiet/tas-sottospeċijiet

    (10)

    Progress fil-ħidma relatata ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali

    (11)

    Informazzjoni relatata mal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE

    Tabella 2

    Taqsimiet tal-format tar-rapport dwar l-ispeċijiet li għandhom jimtlew għall-istaġun tat-tnissil, tal-kenn fix-xitwa u tal-passa għal kategoriji differenti ta’ speċijiet ta’ għasafar (inklużi l-ispeċijiet tal-Anness I u tal-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet migratorji oħrajn li jiskattaw il-klassifikazzjoni taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

     

    Anness I u tnissil li jiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS (inkluż sedentarju)

    Anness I u kenn fix-xitwa li jiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS

    Anness I u passa li tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS

    Anness II Tnissil (inkluż sedentarju)

    Anness II Kenn fix-xitwa

    Anness II Passa

    Tnissil ieħor

    Kenn fix-xitwa ewlieni ieħor

    Rapportar tal-istaġuni

    1.

    Informazzjoni dwar l-ispeċijiet

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    2.

    Staġun

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    3.

    Daqs tal-popolazzjoni

    X

    X

    X

    X

    X

    jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS (*1)

    X

    X

    4.Xejra

    tal-popolazzjoni

    X

    X

    fakultattiv

    X

    X

    fakultattiv

    X

    X

    5.

    Mappa u daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    X

    -

    -

    X

    -

    -

    X

    -

    6.

    Xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    X

    -

    -

    X

    -

    -

    X

    -

    7.

    Pressjonijiet u theddid ewlenin

    X

    X

    X

    X

    X

    jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS (*1)

    -

    -

    8.

    Miżuri ta’ konservazzjoni

    X

    X

    X

    X

    X

    jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS (*1)

    -

    -

    9.

    Kopertura taż-ŻPS ta’ Natura 2000

    X

    X

    X

    Jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS

    Jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS

    Jekk tiskatta klassifikazzjoni taż-ŻPS

    -

    -

    Rapportar tal-ispeċijiet

    10.

    Progress fuq il-pjanijiet ta’ azzjoni u ta’ ġestjoni

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    jekk rilevanti

    11.

    Informazzjoni relatata mal-Anness II

    Jekk elenkat fl-Anness II

    jekk elenkat fl-Anness II

    jekk elenkat fl-Anness II

    X

    X

    X

    -

    -

    Ir-rapporti dwar it-“Tnissil”, il-“Kenn fix-Xitwa” u l-“Passa” fit-Tabella 2 jikkorrispondu għall-istaġun magħżul fit-Taqsima 2 tal-format tar-rapportar.

    Jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima dwar “L-ispeċijiet li għandhom jiġu rrapportati” ta’ hawn fuq għal spjegazzjoni ulterjuri dwar l-okkorrenzi tal-ispeċijiet li għandu jsir rapportar dwarhom.

    Għall-ispeċijiet sedentarji tal-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE, huwa mitlub rapport wieħed biss, ibbażat fuq data dwar l-istaġun tat-tnissil (Rapport dwar it-tnissil), iżda l-pressjonijiet u t-theddid u l-miżuri ta’ konservazzjoni (irrapportati taħt it-Taqsimiet 7 u 8) għandhom ikopru s-sena kollha, mhux biss il-pressjonijiet jew il-miżuri speċifiċi għall-istaġun tat-tnissil.

    Għall-Anness I u għal speċijiet oħrajn li jiskattaw iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) tad-Direttiva 2009/147/KE b’popolazzjonijiet differenti ta’ tnissil, ta’ kenn fix-xitwa u/jew tal-passa fl-Istat Membru, għandu jkun hemm rapporti separati għat-tnissil, għall-kenn fix-xitwa u għal għażla ta’ speċijiet tal-istaġun tal-passa kif indikat fil-lista ta’ kontroll tal-Artikolu 12.

    Għall-ispeċijiet sedentarji tal-Anness II, huwa meħtieġ biss li jiġi ppreżentat rapport għall-istaġun tat-Tnissil.

    It-Taqsima 10 għandha timtela għal speċijiet bi (11) Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali (kif speċifikati fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza).

    Għalkemm mhux id-data kollha użata fir-rapport se tinġabar matul il-perjodu ta’ rapportar, ir-rapport għandu jagħti informazzjoni ta’ rilevanza għall-perjodu ta’ rapportar (eż. 2019-2024). Barra minn hekk, filwaqt li mhux it-taqsimiet kollha tal-format tar-rapportar huma obbligatorji għal kull anness u staġun, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli, huwa mħeġġeġ bil-qawwa li din tiġi sottomessa.

    Huwa rrakkomandat li kwalunkwe informazzjoni b’test liberu pprovduta tkun miktuba bl-Ingliż, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħha waqt l-analiżi tal-UE u jkun hemm aktar qarrejja.

    1.   INFORMAZZJONI DWAR L-ISPEĊIJIET

    It-Taqsima 1 għandha timtela għall-ispeċijiet kollha li jseħħu regolarment kif elenkati fil-lista ta’ kontroll tal-għasafar tal-Artikolu 12 fuq il-Portal ta’ Referenza.

    1.1.   Stat Membru

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti mil-lista fuq il-Portal ta’ Referenza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan ikun sempliċement il-kodiċi ISO 3166 b’żewġ ittri għall-Istat Membru tiegħek. Għal ftit Stati Membri, japplika rapportar separat għall-unitajiet subnazzjonali (b’referenza għall-istatus ta’ speċijiet jew popolazzjonijiet partikolari f’żoni ġeografiċi distinti), u fil-każ tal-Azores (il-Portugall), Madeira (il-Portugall) u l-Gżejjer Kanarji (Spanja), għandu jintuża l-kodiċi subnazzjonali rilevanti b’erba’ ittri, kif speċifikat fuq il-Portal ta’ Referenza.

    1.2.   Kodiċi tal-ispeċi

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-ispeċijiet mogħtija fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet (u fil-lista ta’ kodiċijiet) fuq il-Portal ta’ Referenza. Jistgħu jiġu allokati kodiċijiet ġodda, jekk ikunu meħtieġa. Aktar informazzjoni dwar il-lista ta’ kodiċijiet tal-ispeċijiet u l-emendi possibbli tista’ tinstab fuq il-Portal ta’ Referenza.

    1.3.   Kodiċi tal-EURING

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-EURING mogħtija fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet (u fil-lista tal-kodiċijiet) fuq il-Portal ta’ Referenza. Ġew allokati kodiċijiet tal-EURING uniċi għal kważi kull speċi ta’ għasafar (u diversi sottospeċijiet) indiġeni għall-Ewropa, għall-finijiet tal-koordinazzjoni tat-tlibbis taċ-ċrieket lill-għasafar, u jintużaw b’mod wiesa’ (12).

    1.4.   L-isem xjentifiku tal-ispeċi

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-ismijiet xjentifiċi mogħtija fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza, li issa tirrifletti fil-biċċa l-kbira n-nomenklatura u t-tassonomija adottati fl-aħħar verżjoni tal-Lista ta’ għasafar tal-Unjoni Ewropea (13). F’għadd żgħir ta’ każijiet, l-entrata għall-isem xjentifiku tinkludi l-frażi “l-oħrajn kollha”, biex tindika li l-unità tassonomika inkwistjoni tinkludi s-sottospeċijiet (indiġeni) kollha li jifdal mhux elenkati b’mod espliċitu fl-Annessi tad-Direttiva (eż. “Accipiter gentilis l-oħrajn kollha”, ara “Accipiter gentilis arrigonii” elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE). L-aġġornamenti tassonomiċi se jiġu implimentati biex jinżamm l-allinjament mar-referenzi tassonomiċi segwiti mill-IUCN.

    1.5.   Popolazzjoni sottospeċifika

    Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jużaw id-deskrizzjonijiet sottospeċifiċi tal-popolazzjoni mogħtija fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza. F’ħafna każijiet, l-ismijiet sottospeċifiċi tal-popolazzjoni huma relatati mad-deskrizzjonijiet fil-qosor użati biex jiġu identifikati l-popolazzjonijiet distinti tar-rotot migratorji tal-ispeċijiet AEWA. F’oħrajn, huma jiċċaraw trattament tassonomiku jew nomenklaturali applikat fil-lista ta’ kontroll, jew jgħinu biex issir distinzjoni bejn popolazzjonijiet introdotti ta’ speċijiet li huma indiġeni xi mkien ieħor fl-UE.

    1.6.   Isem xjentifiku alternattiv tal-ispeċi (fakultattiv)

    Jekk l-isem xjentifiku mogħti taħt il-kamp 1.4 ikun differenti minn dak fl-użu nazzjonali ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu isem alternattiv hawnhekk.

    1.7.   Isem komuni (fakultattiv)

    Jekk l-Istati Membri jkunu jixtiequ jdaħħlu l-isem komuni tal-ispeċi (jew tas-sottospeċi) użat fil-livell nazzjonali, huma jistgħu jagħmlu dan hawnhekk. Dan jista’ jkun utli jekk l-abbozz tar-rapport jiġi ċċirkolat għall-kummenti lil persuni li jistgħu ma jkunux familjari mal-isem xjentifiku, jew meta r-rapport jiġi kkomunikat lill-pubbliku.

    2.   STAĠUN

    2.1.   Staġun

    Agħżel l-istaġun li fih inġabret il-biċċa l-kbira tad-data li qed tiġi rrapportata, bl-għażliet “Tnissil”, “Kenn fix-Xitwa” u “Passa”.

    2.2.   Rapportar għall-ewwel darba

    Jekk l-ispeċi tiġi rrapportata fl-Istat Membru għall-ewwel darba, dan għandu jiġi indikat hawnhekk. Il-kamp tar-rapportar għall-ewwel darba jista’ jintuża għal każijiet fejn speċi tkun għadha kif ġiet irrapportata jew tkun ġiet irrapportata fi staġun li ma jkunx sar rapportar dwaru qabel. Dan il-kamp ma għandux jintuża f’każijiet fejn l-isem tassonomiku ta’ speċi jkun ġie aġġornat. Xi kampijiet fil-format tar-rapportar jistgħu ma jkunux applikabbli għall-ispeċijiet irrapportati għall-ewwel darba, pereżempju, meta jiġu indikati l-bidla u r-raġuni għall-bidla mill-aħħar perjodu ta’ rapportar. L-ewwel darba rrapportata tista’ tiġi indikata billi tiddaħħal “Iva” f’dan il-kamp.

    2.3.   Informazzjoni addizzjonali

    Dan il-kamp jippermetti lill-Istati Membri jirrapportaw, bħala test liberu, kwalunkwe informazzjoni li titqies rilevanti. Jekk speċi tiġi rrapportata għall-ewwel darba, jekk jogħġbok spjega għaliex (jiġifieri speċi rreġistrata ġdida jew mod ieħor). Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali oħra dwar din it-taqsima hija fakultattiva.

    3.   DAQS TAL-POPOLAZZJONI

    3.1.   Sena jew perjodu

    Daħħal is-sena jew il-perjodu li matulhom id-daqs tal-popolazzjoni ġie ddeterminat l-aħħar: SSSS (għas-sena) u SSSS-SSSS (għall-perjodu, sena-sena).

    Ħafna rapporti se jinvolvu perjodi, minħabba li d-daqs tal-popolazzjoni ta’ ħafna speċijiet huwa stmat b’mod komuni matul proġetti tal-atlas nazzjonali, li ġeneralment jinvolvu diversi snin ta’ ħidma fuq il-post. F’ħafna każijiet, il-ħidma fuq il-post se testendi barra mil-limiti tal-perjodu ta’ rapportar attwali. Is-sena jew il-perjodu rrapportati għandhom ikopru l-perjodu attwali li matulu tkun inġabret id-data.

    F’xi każijiet, id-daqs tal-popolazzjoni se jiġi stmat abbażi ta’ ċensiment jew inventarju sħiħ tal-ispeċijiet li jkun sar matul perjodu ta’ rapportar preċedenti, iżda li jkun ġie aġġornat bir-riżultati ta’ monitoraġġ regolari jew bl-użu ta’ data minn sistemi online għall-ġbir ta’ data fuq il-post. Is-sena jew il-perjodu rrapportati għandhom ikunu dawk li magħhom tkun relatata l-istima rrapportata tad-daqs tal-popolazzjoni.

    3.2.   Daqs tal-popolazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-unitajiet tal-popolazzjoni (il-kamp 3.2(a) “Unità”) speċifikati għal kull kombinazzjoni ta’ speċi — staġun fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet. Sabiex ikun jista’ jiġi kkalkolat id-daqs globali tal-popolazzjoni tal-UE ta’ kull speċi, l-Istati Membri kollha għandhom jirrapportaw id-data nazzjonali tagħhom billi jużaw l-istess unità tal-popolazzjoni. Għall-maġġoranza l-kbira tal-ispeċijiet tat-tnissil, in-numri għandhom jiġu rrapportati f’unitajiet ta’ pari ta’ tnissil (“p”), filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-estimi għal ħafna speċijiet, inklużi ħafna oħrajn komuni u mifruxa, fil-prattika spiss ikunu bbażati fuq in-numru ta’ territorji okkupati (eż. għasafar irġiel tal-għana) matul l-istaġun tat-tnissil. Meta d-daqs tal-popolazzjoni tat-tnissil jiġi rrapportat bħala pari ta’ tnissil, iżda ċ-ċifri jiġu derivati minn data primarja fuq il-post miġbura bl-użu ta’ unità oħra (pereżempju, bejtiet apparentement okkupati għal ċerti għasafar tal-baħar), din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali”.

    F’minoranza żgħira ta’ każijiet li jinvolvu speċijiet b’bijoloġija tat-tnissil mhux tas-soltu/kumplessa jew b’imġiba kriptika, unitajiet oħrajn — bħal nisa tat-tnissil (“bfemales”) jew irġiel tat-taħrik (“cmales”) — huma aktar xierqa minn pari għar-rapportar tad-daqs tal-popolazzjoni. Tali speċijiet jinkludu ċerti bugħadam, gallozz, pitarrun u ħaġla. L-unitajiet li għandhom jintużaw għar-rapportar tad-daqs tal-popolazzjoni ta’ tali speċijiet huma indikati fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza.

    Għar-rapporti dwar l-istaġuni tal-“Kenn fix-Xitwa” u tal-“Passa”, id-daqs tal-popolazzjoni għandu jiġi rrapportat, kif xieraq, bl-użu tal-individwi tal-unità (“i”).

    Hemm tliet kampijiet disponibbli għar-rapportar tal-valuri tad-daqs tal-popolazzjoni: “(b) Minimu”; “(c) Massimu”; u “(d) L-aħjar valur uniku”. In-numru ta’ kampijiet użati se jvarja skont in-natura tal-informazzjoni dwar id-daqs tal-popolazzjoni disponibbli għall-ispeċi inkwistjoni (ara hawn taħt), iżda għandu jsegwi waħda mill-kombinazzjonijiet loġiċi li ġejjin: (b) u (c); sempliċement (d); jew (b), (c) u (d).

    Jekk ma tkunx teżisti stima preċiża tad-daqs tal-popolazzjoni, bl-estimi disponibbli biss bħala medda (jiġifieri minimu–massimu), dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu rrapportati fil-kampijiet (b) u (c). L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu daqsijiet minimi u massimi plawżibbli tal-popolazzjoni anki għal speċijiet li ma tantx huma magħrufa, sabiex tiġi minimizzata l-inċertezza ttrasferita fl-istima tad-daqs u x-xejriet ġenerali tal-popolazzjoni tal-UE (li tinvolvi “ponderazzjoni” skont id-daqsijiet tal-popolazzjoni nazzjonali), iżda fejn dan ma jkunx possibbli, xorta jista’ jiġi rrapportat limitu aktar baxx fil-kamp 3.2(d) (preferibbilment b’nota komplementari fil-kamp 3.7, pereżempju, “Daqs massimu tal-popolazzjoni li x’aktarx ma jaqbiżx il-100 000 par”), b’“minimu” magħżul taħt il-kamp 3.3 “Tip ta’ stima”.

    Jekk il-popolazzjoni tiġi mmonitorjata tajjeb ħafna (u spiss, iżda mhux dejjem, tkun relattivament żgħira), jista’ jkun disponibbli valur preċiż wieħed, f’liema każ dan jista’ jiġi rrapportat fil-kamp (d). F’każijiet oħrajn, jistgħu jkunu disponibbli medda (minimu–massimu) u valur medju jew “l-aktar probabbli”, f’liema każ dawn kollha jistgħu jiġu pprovduti, fil-kampijiet (b), (c) u (d).

    F’sitwazzjoni fejn ikun magħruf biss valur minimu (jew massimu) tad-daqs tal-popolazzjoni (eż. permezz ta’ opinjoni esperta), dan għandu jiddaħħal fil-kamp (d) “L-aħjar valur uniku” u MHUX fil-kampijiet (b) “Minimu” jew (c) “Massimu”. Dan jista’ jiġi spjegat fil-kamp 3.7 (Informazzjoni addizzjonali).

    Fejn jeżistu data mhux ipproċessata u/jew estimi preċiżi, dawn għandhom jiġu rrapportati mingħajr arrotondament fil-livell tal-Istati Membri; kwalunkwe arrotondament bħal dan se jsir aktar tard fil-livell tal-UE, kif meħtieġ.

    Jekk l-ispeċi tkun ilha estinta fuq livell nazzjonali mill-1980 (jiġifieri l-okkorrenza tagħha tkun elenkata bħala “EXBA” fil-lista ta’ kontroll nazzjonali), għandu jiddaħħal “0” fil-kamp (d), u idealment għandha tiġi pprovduta wkoll xi indikazzjoni taż-żmien tal-estinzjoni (pereżempju, “L-aħħar tnissil irreġistrat fl-1998”) fil-kamp 3.7. Jekk ma jkunx ċar jekk l-ispeċi tkunx ġiet estinta fuq livell nazzjonali jew għadhiex tippersisti f’numri żgħar ħafna, jistgħu jiddaħħlu l-valuri ta’ “0” u, pereżempju, “1” fil-kampijiet (b) u (c), rispettivament.

    3.3.   Tip ta’ stima

    Agħżel l-aktar deskrizzjoni xierqa tat-tip ta’ stima tad-daqs tal-popolazzjoni rrapportata taħt il-kamp 3.2. Jekk ikunu ġew ipprovduti valuri għall-kampijiet kollha 3.2(b), (c) u (d), agħżel il-kategorija li tiddeskrivi bl-aħjar mod id-data (spiss “medja ta’ diversi snin” jew “intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %”). Aktar dettalji tal-għażliet huma pprovduti hawn taħt:

    l-aħjar stima — l-aħjar ċifra unika disponibbli (inkluż fejn ikun disponibbli biss il-valur massimu tad-daqs tal-popolazzjoni) jew l-intervall, derivat minn, pereżempju, ċensiment tal-popolazzjoni, kompilazzjoni taċ-ċifri mil-lokalitajiet, stima bbażata fuq id-densitajiet tal-popolazzjoni u d-data tad-distribuzzjoni, jew opinjoni esperta, iżda li għalihom ma ġewx ikkalkolati limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Jekk l-aħjar stima tiġix minn data ta’ monitoraġġ, estrapolazzjoni jew opinjoni esperta tista’ tiġi indikata fil-kamp 3.4;

    medja ta’ diversi snin — valur medju (u intervall, jiġifieri estimi tal-agħar u tal-aħjar snin) fejn id-daqs tal-popolazzjoni ġie stmat għal diversi snin matul il-perjodu ta’ rapportar (kif indikat mill-entrata fil-kamp 3.1);

    intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % — estimi derivati minn stħarriġ kampjunarju jew mudell li għalih jistgħu jiġu kkalkolati limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 % (kif irrapportat fil-kampijiet 3.2(b) u 3.2(c)) għall-aħjar valur uniku (irrapportat fil-kamp 3.2(d));

    minimu — fejn ma teżistix biżżejjed data biex tiġi pprovduta saħansitra stima laxka, iżda fejn id-daqs tal-popolazzjoni jkun magħruf li jkun ogħla minn ċertu valur, jew fejn l-estimi tal-intervall irrapportati jkunu ġejjin minn stħarriġ tal-kampjun jew minn proġett ta’ monitoraġġ li probabbilment jissottovalutaw id-daqs reali tal-popolazzjoni.

    Jekk jiġu pprovduti kemm intervall (il-kampijiet 3.2(b) “Minimu” u 3.2(c) “Massimu”) kif ukoll valuri uniċi (il-kamp 3.2(d) “L-aħjar valur uniku”), il-kamp 3.3 “Tip ta’ stima” għandu jikkorrispondi għall-aktar stima preċiża. Dan għandu jiġi nnotat fil-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali”.

    3.4.   Metodu użat

    Dan il-kamp jintuża biex jagħti dettalji dwar il-metodoloġija użata biex jiġi stmat id-daqs tal-popolazzjoni fil-kamp 3.2. Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta (pereżempju, minn stħarriġ kampjun tal-maġġoranza tad-distribuzzjoni magħrufa);

    b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data (pereżempju, minn stħarriġ kampjunarju ta’ proporzjon żgħir tal-medda, bl-użu ta’ mudelli bbażati fuq data dwar id-densità/l-abbundanza u d-distribuzzjoni, jew minn stima eżistenti aġġornata bl-użu ta’ data dwar ix-xejriet);

    c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta, b’data limitata ħafna;

    d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    Jekk jiġu pprovduti kemm l-intervall (il-kampijiet 3.2(b) “Minimu” u 3.2(c) “Massimu”) kif ukoll il-valuri uniċi (il-kamp 3.2(d) “L-aħjar valur uniku”), il-Metodu użat għandu jikkorrispondi għall-istima aktar preċiża. Dan għandu jiġi nnotat fil-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali”.

    3.5.   Sorsi

    Sabiex toħloq ir-rekord tal-awditjar meħtieġ għad-data rrapportata fil-kampijiet minn 3.1 sa 3.4 hawn fuq, daħħal id-dettalji tar-referenzi ewlenin jew ta’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni użati biex jimtlew dawn il-kampijiet. Tali sorsi jistgħu jinkludu, pereżempju, dokumenti ppubblikati, data mhux ippubblikata miżmuma f’bażijiet tad-data, siti web u gruppi ta’ ħidma esperti. Huwa preferibbli li tiġi pprovduta biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna li tirrevedi r-rapport (jew li taġġornah fi żmien sitt snin jew 12-il sena) tkun tista’ tifhem l-oriġini tad-data rrapportata.

    3.6.   Bidla u raġuni għall-bidla (mir-rapport preċedenti)

    Dan il-kamp jintuża biex jindika jekk kienx hemm xi bidla mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti fid-daqs tal-popolazzjoni rrapportat u, jekk iva, biex jiddeskrivi n-natura ta’ din il-bidla.

    Jekk ikun hemm bidla, indika liema mill-għażliet li ġejjin b) sa f) japplikaw (huwa possibbli li twieġeb “Iva” għal aktar minn waħda mill-għażliet b-f) (14):

    (a)

    le, ma hemm l-ebda bidla

    (b)

    iva, minħabba bidla ġenwina

    (c)

    iva, minħabba għarfien imtejjeb jew data aktar preċiża

    (d)

    iva, minħabba l-użu ta’ metodu differenti (15) (inkluża bidla tassonomika)

    (e)

    iva, iżda n-natura tal-bidla ma hijiex magħrufa

    (f)

    iva, minħabba raġunijiet oħrajn

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi indikat jekk kwalunkwe differenza tkunx prinċipalment dovuta għal (agħżel għażla waħda):

    (a)

    bidla ġenwina

    (b)

    għarfien imtejjeb jew data aktar preċiża

    (c)

    l-użu ta’ metodu differenti

    (d)

    mhux magħrufa

    (e)

    raġunijiet oħrajn

    Jekk Stat Membru jkun jixtieq jagħti aktar informazzjoni, dan jista’ jsir fil-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali”. Jekk jiġi mmarkat il-kamp “iva, minħabba raġunijiet oħrajn”, dan irid jiġi speċifikat aktar f’“Informazzjoni addizzjonali”. Dan il-kamp għandu jintuża biss f’każijiet limitati ħafna.

    3.7.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Dan il-kamp fakultattiv jista’ jintuża biex jipprovdi informazzjoni supplimentari b’test liberu rilevanti għad-data pprovduta għall-valutazzjoni tad-daqs tal-popolazzjoni taħt il-kampijiet minn 3.1 sa 3.6, bħad-dettalji ta’ kwalunkwe fattur ta’ konverżjoni użat għall-konverżjoni tal-estimi tal-kamp tad-daqs tal-popolazzjoni għal pari tat-tnissil (ara t-test għall-kamp 3.2) jew raġunijiet oħrajn għall-bidla (il-kamp 3.6). Pereżempju, jekk, minħabba bidla fil-metodi, Stat Membru jirrapporta l-istess daqs tal-popolazzjoni bħal fir-rapport preċedenti, anki jekk kien hemm bidla ġenwina, dan jista’ jiġi nnotat ukoll hawnhekk.

    4.   XEJRA TAL-POPOLAZZJONI

    4.1.   Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena)

    Il-kampijiet 4.1.1 sa 4.1.5 jintużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar ix-xejra ta’ terminu qasir fid-daqs tal-popolazzjoni, abbażi ta’ perjodu ta’ 12-il sena.

    4.1.1.   Il-perjodu tax-xejriet ta’ terminu qasir

    Il-perjodu għax-xejriet ta’ terminu qasir huwa ta’ 12-il sena (li jikkorrispondu għal bejn wieħed u ieħor żewġ ċikli ta’ rapportar). Għar-rapporti tal-perjodu 2019-2024, dan ifisser li l-perjodu huwa 2013-2024, jew perjodu kemm jista’ jkun qrib dan. Hija permessa xi flessibbiltà, għalhekk, għalkemm ix-xejriet idealment jiġu rrapportati għall-perjodu 2013-2024, id-data mill-perjodu 2010-2021, pereżempju, se tiġi aċċettata jekk l-aħjar data disponibbli tkun relatata ma’ stħarriġ f’dawk is-snin, jew jekk l-użu ta’ punt tat-tmiem aktar bikri jfisser li r-rapport nazzjonali tal-Artikolu 12 jista’ jiġi pprovdut mingħajr dewmien. Madankollu, innota li, minħabba li x-xejriet nazzjonali jeħtieġ li jiġu kkombinati biex tiġi stmata x-xejra ġenerali fil-livell tal-UE, kwalunkwe xejra mhux irrapportata għall-perjodu ta’ xejra “ideali” se tiġi estrapolata jew imqassra, kif xieraq (Ara l-gwida teknika tal-kunċetti u tad-definizzjonijiet għal aktar informazzjoni). Għall-ispeċijiet li jkunu għadhom kif waslu, idealment ix-xejriet jiġu rrapportati bis-sena tal-bidu bħala s-sena li fiha l-ispeċijiet ikunu tnisslu/instabu għall-ewwel darba; pereżempju, jekk l-ispeċi tkun ġiet osservata għall-ewwel darba bħala li qed tnissel fl-2018, allura l-perjodu tax-xejriet ta’ terminu qasir ikun 2018-2024 għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024.

    4.1.2.   Direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir

    Indika jekk ix-xejra tal-popolazzjoni matul il-perjodu rrapportat fil-kamp 4.1.1 kinitx (tista’ tintgħażel għażla waħda biss):

    (a)

    stabbli

    (b)

    tvarja

    (c)

    tiżdied

    (d)

    tonqos

    (e)

    mhux ċerta

    (f)

    mhux magħrufa

    Id-distinzjoni tax-xejriet “stabbli” mix-xejriet “tiżdied” jew “tonqos” bi ftit se tiddependi fuq in-natura tal-informazzjoni dwar ix-xejriet disponibbli għall-ispeċijiet inkwistjoni. Fejn tkun disponibbli data ta’ monitoraġġ statistikament robusta, għandu jkun possibbli li ssir distinzjoni bejn (u, b’hekk, li jiġi rrapportat dwar) żidiet jew tnaqqis relattivament żgħar — iżda statistikament sinifikanti — (pereżempju, jekk l-intervalli ta’ kunfidenza ta’ 95 % tal-bidla ma jikkoinċidux ma’ żero). Min-naħa l-oħra, jekk l-allokazzjoni tal-kategorija tad-direzzjoni tax-xejriet tkun ibbażata fuq data inqas robusta (jew opinjoni esperta), għandu jintuża limitu speċifikat (bidla ġenerali ta’ 10 % matul il-perjodu tax-xejriet) biex issir distinzjoni bejn ix-xejriet “stabbli” u “tiżdied” jew “tonqos”. Fiż-żewġ każijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu informazzjoni ta’ spjegazzjoni/supplimentari rilevanti fil-kamp 4.3 “Informazzjoni addizzjonali” (eż. “Ix-xejra ta’ terminu qasir mill-iskema komuni nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-għasafar għall-perjodu 2013-2024 kienet ta’ -0,4 % (b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %: = -1,1 % u +0,4 % fis-sena), għalhekk, il-bidla għall-perjodu kollu kienet ta’ -4 % (b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %: -11 % u +4 %); b’hekk ikkategorizzati bħala “stabbli”.”). Għal aktar gwida, ara l-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    “Tvarja” tapplika għal speċijiet li l-livell medju tal-popolazzjoni tagħhom ma nbidilx b’mod sinifikanti matul il-perjodu tax-xejriet, iżda li huma kkaratterizzati minn varjazzjonijiet interannwali kbar fl-abbundanza, xi drabi ta’ ordni waħda jew żewġ ordnijiet ta’ kobor. Speċijiet li tipikament juru tali dinamiċi jinkludu l-ispeċijiet tat-tnissil Boreali u tal-Artiku, bħal ċerti kokki u kruċjati, li l-abbundanza tagħhom hija marbuta mill-qrib mad-disponibbiltà tal-ikel, li turi l-livelli massimi u l-livelli minimi ċikliċi, iżda l-kategorija tista’ tapplika wkoll għal speċijiet li huma partikolarment affettwati minn kundizzjonijiet klimatiċi avversi jew varjabbli. L-Istati Membri huma mitluba jirrestrinġu l-użu ta’ din il-kategorija għal speċijiet li juru żidiet/tnaqqis interannwali fil-popolazzjoni ta’ ≥50 %. Dan jinkludi speċijiet li, b’mod ġenerali, jitqiesu li jnisslu jew jistkennu “regolarment” (eż. aktar spiss milli le), iżda li xorta jistgħu ma jinstabux kull sena.

    Il-kategorija “mhux ċerta” għandha tintuża f’każijiet fejn tkun disponibbli xi data ta’ monitoraġġ, iżda din id-data ma tkunx biżżejjed biex tiddetermina b’mod affidabbli bejn żewġ direzzjonijiet ta’ xejriet jew aktar, eż. bejn “tvarja” jew “tonqos”. Dan jista’ jkun minħabba li d-daqsijiet tal-kampjuni jkunu żgħar u/jew l-iskemi ta’ monitoraġġ ikunu ġew stabbiliti biss relattivament reċentement. Aktar dettalji, pereżempju, tad-data disponibbli u/jew ta’ opinjoni esperta tax-xejra “reali” probabbli, jistgħu jiġu pprovduti fil-kamp 4.3. “Informazzjoni addizzjonali”. Ix-xejriet mill-iskemi komuni nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-għasafar ikkategorizzati bħala “mhux ċerti” minn TRIM (16), pereżempju, għandhom jiġu rrapportati bl-użu ta’ din il-kategorija (mhux “tvarja”). Għal aktar gwida, ara l-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    Il-kategorija tax-xejriet “mhux magħrufa” għandha tintuża biss f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda informazzjoni — kwantitattiva jew kwalitattiva — disponibbli dwar ix-xejra nazzjonali tal-ispeċi. Madankollu, anki f’dawn il-każijiet, l-esperti nazzjonali spiss ikollhom sens ta’ xenarji ta’ xejriet aktar probabbli — jew għall-inqas tal-“limiti” plawżibbli ta’ kwalunkwe żieda jew tnaqqis potenzjali — u kwalunkwe indikazzjoni ta’ dan (17) xorta tista’ tkun utli ħafna meta jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-istatus tal-popolazzjoni fil-livell tal-UE.

    Aktar gwida relatata max-xejriet tal-popolazzjoni hija mogħtija fil-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    4.1.3.   Kobor tax-xejra ta’ terminu qasir

    Jekk tiġi rrapportata “tiżdied”, “tonqos” jew “mhux ċerta” fil-kamp 4.1.2, daħħal il-bidla perċentwali ġenerali fid-daqs tal-popolazzjoni matul il-perjodu tax-xejra speċifikat fil-kamp 4.1.1.

    Agħżel mill-għażliet li ġejjin:

    (a)

    Minimu

    (b)

    Massimu

    (c)

    L-aħjar valur uniku

    Jekk il-kobor ikun disponibbli biss bħala medda (eż. 20-30 %), dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu rrapportati f’“(a) Minimu” u “(b) Massimu”.

    Jekk tkun disponibbli ċifra preċiża (eż. 27 %), din għandha tiddaħħal f’“(c) L-aħjar valur uniku”.

    Fejn tkun disponibbli xejra medja jew “l-aktar probabbli”, flimkien ma’ limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 %, dawn it-tliet valuri jistgħu jiġu rrapportati kollha f’(c), (a) u (b), rispettivament.

    F’sitwazzjoni fejn ikun magħruf biss valur minimu (jew massimu) (eż. permezz ta’ opinjoni esperta), dan għandu jiddaħħal fil-kamp “L-aħjar valur uniku” u MHUX fil-kampijiet “(a) Minimu” jew “(b) Massimu”.

    Għandhom jiġu rrapportati valuri ta’ kobor negattiv (jiġifieri jiġi inkluż is-sinjal “-”) għall-kobor tax-xejriet negattivi kollha, inklużi każijiet fejn id-direzzjoni tkun diġà indikata bħala “tonqos”. Madankollu, sabiex jiġi evitat id-dħul bla bżonn tad-data, mhuwiex meħtieġ li jiġi inkluż is-sinjal “+” għal xejriet pożittivi (jiġifieri kobor tax-xejra ta’ “15” se jiġi preżunt li jirrappreżenta +15 %). Fil-każ ta’ xejriet negattivi, innota li l-kampijiet “Minimu” u “Massimu” huma relatati ma’ valuri minimi u massimi matematikament (mhux tnaqqis minimu u massimu).

    Fil-każ speċifiku ta’ speċijiet li kkolonizzaw jew li ġew stabbiliti matul il-perjodu tax-xejra (eż. dawk elenkati bħala li għadhom kif waslu [“ARR”] fil-lista ta’ kontroll nazzjonali tal-ispeċijiet), il-kobor ta’ kwalunkwe żieda fil-popolazzjoni għandu jiġi kkalkolat abbażi tad-daqs tal-popolazzjoni fis-sena inizjali (18). Pereżempju, għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024, jekk speċi mnissla għall-ewwel darba (par wieħed) fl-2018, iżda l-popolazzjoni tat-tnissil fl-2024 tkun ta’ tmien pari, għandha tiddaħħal “2018-2024” fil-kamp 4.1.1, għandha tintgħażel “tiżdied” fil-kamp 4.1.2, u għandha tiddaħħal “700” (jiġifieri ż-żieda perċentwali minn wieħed għal tmienja) fil-kamp 4.1.3(c). Idealment, għandha tiġi pprovduta wkoll nota komplementari li tikkonferma s-sena tal-kolonizzazzjoni u d-daqs inizjali tal-popolazzjoni (eż. “Speċi mnissla għall-ewwel darba (par wieħed) fl-2018.”) fil-kamp 4.3 “Informazzjoni addizzjonali”.

    B’kuntrast ma’ dan, għall-ispeċijiet li fuq livell nazzjonali jkunu ġew estinti matul il-perjodu tax-xejra, sempliċement ir-rapportar ta’ tnaqqis ta’ 100 % ma jipprovdix l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vvalutata l-importanza relattiva tat-tnaqqis (it-tnaqqisiet għal żero mid-daqsijiet tal-popolazzjoni tal-bidu ta’, pereżempju, wieħed u 100 it-tnejn jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 100 %). Fl-eżempju ta’ speċi li kellha popolazzjoni tat-tnissil ta’ 10 pari fl-2014, iżda li ġiet estinta bħala speċi tat-tnissil fl-2021, għandha tiddaħħal “2014-2021” fil-kamp 4.1.1, għandha tintgħażel “tonqos” fil-kamp 4.1.2, għandha tiddaħħal “-100” fil-kamp 4.1.3(c), u għandha tiżdied nota komplementari li tindika d-daqs tal-popolazzjoni fl-2014 (eż. “L-ispeċi naqset minn 10 pari tat-tnissil fl-2014 għal estinzjoni bħala speċi tat-tnissil fl-2021.”) fil-kamp 4.3 “Informazzjoni addizzjonali”.

    Għalkemm il-kobor tax-xejriet ma huwiex obbligatorju għax-xejriet irrapportati bħala “stabbli” jew “li tvarja” (19), dawn jistgħu jiġu rrapportati wkoll fil-kamp 4.1.3. “Kwalunkwe informazzjoni ta’ spjegazzjoni/supplimentari rilevanti addizzjonali — bħall-intervalli ta’ kunfidenza tax-xejriet “stabbli” jew aktar dettalji dwar il-fluttwazzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti fil-kamp 4.3 “Informazzjoni addizzjonali”.

    4.1.4.   Xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat

    Uża waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta (eż. tqabbil ta’ żewġ estimi tad-daqs tal-popolazzjoni li joriġinaw minn ċensimenti kompluti, jew monitoraġġ iddedikat tal-popolazzjoni b’saħħa statistika tajba);

    (b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data (eż. xejriet derivati minn data miġbura biss minn kampjun relattivament żgħir tal-popolazzjoni, jew abbażi ta’ daqs insuffiċjenti tal-kampjun, jew xejriet estrapolati minn xi kejl ieħor);

    (c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta, b’data limitata ħafna;

    (d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss; fejn id-data tkun ġiet ikkompilata minn varjetà ta’ sorsi, agħżel il-kategorija għall-aktar sors importanti ta’ data.

    Il-kamp “Metodu użat” japplika kemm għad-direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir (il-kamp 4.1.2) kif ukoll għall-kobor tax-xejriet (4.1.3), minħabba li dawn iż-żewġ kampijiet huma parti minn valutazzjoni waħda u t-tnejn għandhom jiġu kkunsidrati hawnhekk.

    4.1.5.   Sorsi

    Sabiex toħloq ir-rekord tal-awditjar meħtieġ għad-data rrapportata fil-kampijiet minn 4.1.1 sa 4.1.4 hawn fuq, daħħal id-dettalji tar-referenzi ewlenin jew sorsi oħrajn ta’ informazzjoni użati biex jimtlew dawn il-kampijiet. Tali sorsi jistgħu jinkludu, pereżempju, dokumenti ppubblikati, data mhux ippubblikata miżmuma f’bażijiet tad-data, siti web u gruppi ta’ ħidma esperti. Huwa preferibbli li tiġi pprovduta biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna li tirrevedi r-rapport (jew li taġġornah fi żmien sitt snin jew 12-il sena) tkun tista’ tifhem l-oriġini tad-data rrapportata.

    4.2.   Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980)

    4.2.1.   Perjodu ta’ xejriet fit-tul

    Il-perjodu ideali għar-rapportar tax-xejriet fit-tul huwa minn bejn wieħed u ieħor l-1980 (meta ġiet adottata/daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2009/147/KE) sa bejn wieħed u ieħor l-aħħar sena tal-perjodu ta’ rapportar. Madankollu, hawnhekk teżisti ċerta flessibbiltà, u b’hekk jekk Stat Membru jkun wettaq ċensimenti nazzjonali (pereżempju) fl-1980, fl-1995, fl-2015 u fl-2020, ix-xejra bejn l-1980 u l-2020 għandha tiġi rrapportata għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024. Għall-ispeċijiet li ilhom li kkolonizzaw mill-1980, idealment ix-xejriet jiġu rrapportati bis-sena tal-bidu bħala s-sena li fiha l-ispeċijiet ikunu tnisslu/instabu għall-ewwel darba, eż. jekk l-ispeċi tkun ġiet osservata għall-ewwel darba bħala li qed tnissel fis-sena 2000, allura l-perjodu tax-xejriet fit-tul ikun mis-sena 2000. Għall-ispeċijiet li jkunu għadhom kif waslu, id-data tal-bidu taqa’ fl-aħħar żewġ perjodi ta’ rapportar (jiġifieri mill-2013 sal-2024 għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024, ara wkoll it-test għall-kamp 4.1.1).

    L-Istati Membri li ma għandhomx data dwar l-iskema ta’ monitoraġġ tal-popolazzjoni minn qabel is-sena 2000 huma mħeġġa jikkonsultaw sorsi potenzjali oħrajn ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet, bħaż-żewġ edizzjonijiet ta’ Birds in Europe (20), li jippreżentaw l-estimi f’meded tax-xejra tal-popolazzjoni nazzjonali (flimkien ma’ referenzi ta’ appoġġ) għall-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet għall-perjodi 1970-1990 u 1990-2000.

    4.2.2.   Direzzjoni tax-xejriet fit-tul

    Ara l-kamp 4.1.2 hawn fuq dwar id-direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir.

    Jekk l-allokazzjoni tal-kategorija tad-direzzjoni tax-xejriet tkun ibbażata fuq data inqas robusta (jew opinjoni esperta), għandu jintuża limitu speċifikat (bidla ġenerali ta’ 20 % matul il-perjodu ta’ xejra fit-tul) biex issir distinzjoni bejn ix-xejriet “stabbli” u “tiżdied” jew “tonqos” (jintuża l-limitu ta’ 10 % għax-xejra ta’ terminu qasir fil-kamp 4.1.2).

    Aktar gwida relatata max-xejriet tal-popolazzjoni hija mogħtija fil-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    4.2.3.   Kobor tax-xejra fit-tul

    Ara l-kamp 4.1.3 hawn fuq dwar il-kobor tax-xejra ta’ terminu qasir.

    4.2.4.   Xejra fit-tul — Metodu użat

    Ara l-kamp 4.1.4 hawn fuq dwar ix-xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat.

    4.2.5.   Sorsi

    Ara l-kamp 4.1.5 hawn fuq.

    4.3.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Din it-taqsima tista’ tintuża biex tipprovdi informazzjoni supplimentari b’test liberu rilevanti għad-data pprovduta għall-valutazzjoni tax-xejriet tal-popolazzjoni taħt it-Taqsimiet 4.1 u 4.2 (ara t-test għall-kampijiet preċedenti għal suġġerimenti).

    5.   MAPPA U DAQS TAD-DISTRIBUZZJONI TAT-TNISSIL

    L-atlasijiet nazzjonali tal-għasafar tat-tnissil diġà jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, u fl-2020 ġie ppubblikat Atlas Ewropew tal-Għasafar tat-Tnissil (“EBBA2”) ġdid (21). B’kuntrast ma’ dan, ftit pajjiżi ppubblikaw atlasijiet nazzjonali tal-għasafar tax-xitwa, u ħafna speċijiet ta’ għasafar huma ferm aktar mobbli fix-xitwa xorta waħda. B’hekk, ma tintalab l-ebda data dwar id-distribuzzjoni fix-xitwa.

    5.1.   Speċijiet sensittivi

    Xi speċijiet huma partikolarment vulnerabbli għall-persekuzzjoni, il-qtil illegali jew il-ġbir, u b’hekk jistgħu jiffaċċjaw riskji ġenwinament akbar għall-konservazzjoni jew il-ġestjoni tagħhom kieku informazzjoni dettaljata dwar id-distribuzzjoni tagħhom kellha ssir disponibbli għall-pubbliku. F’minoranza ta’ każijiet, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li speċi tkun f’riskju jekk id-distribuzzjoni tagħha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-iskala ta’ grilja standard ta’ 10×10 km mitluba (ara t-Taqsima 5.3). Meta l-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni, jekk tiġi rrapportata skont l-ispeċifikazzjonijiet fil-kamp 5.3, titqies bħala “sensittiva”, dan jista’ jiġi indikat billi tiddaħħal “Iva” f’dan il-kamp.

    Jekk speċi tkun immarkata bħala “sensittiva”, il-Kummissjoni u l-EEA ma għandhomx jiddivulgaw id-distribuzzjoni tagħha lill-pubbliku (pereżempju, billi jibagħtu din l-informazzjoni fuq bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku jew fuq sit ibbażat fuq l-internet).

    5.2.   Sena jew perjodu

    Daħħal is-sena (eż. 2021) jew il-perjodu (eż. 2019-2023) meta d-distribuzzjoni tat-tnissil tkun ġiet iddeterminata l-aħħar. Ħafna rapporti se jinvolvu perjodi, minħabba li d-distribuzzjoni tal-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tiġi mmappjata b’mod komuni matul il-proġetti tal-atlas nazzjonali, li ġeneralment jinvolvu diversi snin ta’ xogħol fuq il-post. Is-sena jew il-perjodu rrapportati għandhom ikopru l-perjodu attwali li matulu tkun inġabret id-data.

    Fejn ma teżisti l-ebda informazzjoni reċenti tal-atlas, l-Istati Membri huma mħeġġa jirrapportaw ċifra aktar aġġornata, billi jerġgħu jimmappjaw id-distribuzzjoni nazzjonali bl-użu ta’ data oħra, bħar-riżultati tal-iskemi ta’ monitoraġġ annwali, id-data miġbura mill-internet u l-istħarriġ reġjonali jew nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, il-mappa tad-distribuzzjoni se tiġi elaborata abbażi ta’ data mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti jew bl-użu ta’ data ta’ distribuzzjoni aktar antika li ġiet aġġornata bir-riżultati ta’ monitoraġġ regolari jew bl-użu ta’ data minn sistemi online għall-ġbir tad-data. Is-sena jew il-perjodu rrapportati għandhom ikunu dawk li magħhom tkun relatata d-distribuzzjoni rrapportata.

    5.3.   Mappa tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    Issottometti mappa tad-distribuzzjoni, flimkien mal-metadata rilevanti (projezzjoni, datum, skala). L-istandard huwa ċelloli tal-grilja ETRS89 10×10 km fil-projezzjoni LAEA (EPSG:3035) (22). Is-sett tad-data tad-distribuzzjoni se jikkonsisti fiċ-ċelloli tal-grilja ta’ 10 km, fejn it-tnissil jiġi rreġistrat jew huwa probabbli (ara l-gwida hawn taħt għall-immappjar tad-distribuzzjoni tal-ispeċijiet); l-użu ta’ data dwar l-attributi biex tiġi indikata l-preżenza jew l-assenza ta’ speċi f’ċellola tal-grilja mhuwiex permess. Il-perjodu li matulu nġabret id-data dwar id-distribuzzjoni għandu jiġi inkluż fil-metadata skont il-linji gwida ta’ INSPIRE (23). L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mapep tad-distribuzzjoni huma mogħtija fuq il-Portal ta’ Referenza.

    L-Istati Membri, jew territorji żgħar bħall-Gżejjer Kanarji, Madeira jew l-Azores jistgħu jużaw mapep li jużaw grilji ta’ 1x1 km. Dawn se jiġu aggregati għal 10x10 km għall-viżwalizzazzjoni fil-livell Ewropew.

    Il-grilji għal Stati Membri individwali huma disponibbli biex jitniżżlu mill-Portal ta’ Referenza.

    Il-mappa għandha turi l-okkorrenza tat-tnissil (jiġifieri l-preżenza jew l-assenza) tal-ispeċi f’kull ċellola tal-grilja. B’mod ġenerali, għandhom jiġu inklużi biss iċ-ċelloli tal-grilja fejn it-tnissil huwa “ikkonfermat”, “probabbli” jew “possibbli”; għad-definizzjonijiet tal-kategoriji u l-kodiċijiet tat-tnissil, irreferi għat-Tabella 2 fil-“Metodoloġija” għall-Atlas Ewropew il-ġdid tal-Għasafar fil-Fażi tat-Tnissil (24). Madankollu, f’każijiet fejn il-kopertura tal-istħarriġ u d-disponibbiltà tad-data jkunu magħrufa li huma ħżiena, jistgħu jiġu inklużi wkoll ċelloli meqjusa li x’aktarx iżommu popolazzjonijiet ta’ tnissil (speċjalment speċijiet komuni), bl-użu ta’ għarfien espert jew immudellar. F’dawn il-każijiet, aktar informazzjoni relatata mal-affidabbiltà tad-data tista’ tiġi pprovduta fil-kamp 5.8 “Informazzjoni addizzjonali”.

    5.4.   Daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil

    Daħħal l-erja tas-superfiċe totali tad-distribuzzjoni attwali fl-Istat Membru, f’km2. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, din se tkun in-numru ta’ 10×10 km kwadri okkupati mmultiplikat b’100. L-erja tas-superfiċe tad-distribuzzjoni għandha tkun irrappreżentata minn grilji (10x10 km jew 1x1 km) li jseħħu kompletament jew parzjalment fl-Istat Membru (jiġifieri grilji f’intersezzjoni mal-konfini tal-Istat Membru għandhom jingħaddu kompletament).

    Għall-ispeċijiet lokalizzati, huwa possibbli li tiġi rrapportata l-erja tas-superfiċe tad-distribuzzjoni bl-użu ta’ riżoluzzjoni aktar fina; pereżempju, għal speċijiet ristretti għal post wieħed, iż-żona tad-distribuzzjoni hija ż-żona ta’ lokalità fejn tinstab speċi, li tista’ tkun ta’ diversi ettari.

    5.5.   Metodu użat

    Dan il-kamp jintuża biex jagħti dettalji dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-erja tad-daqs tad-distribuzzjoni tat-tnissil fil-kamp 5.4. Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta

    b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data

    c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta, b’data limitata ħafna

    d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli

    Fejn id-data tkun ġiet ikkompilata minn varjetà ta’ sorsi, uża l-kategorija għall-aktar sors importanti ta’ data.

    Il-“Metodu użat” għandu jiġi rrapportat bħala “(d) Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli” jekk il-mappa tad-distribuzzjoni li fuqha tkun ibbażata l-erja tas-superfiċe stmata tad-distribuzzjoni (miksuba permezz ta’ mmappjar, immudellar jew estrapolazzjoni komprensivi, jew, b’mod eċċezzjonali, interpretazzjoni esperta) tkopri inqas minn 75 % tad-distribuzzjoni attwali preżunta tal-ispeċijiet u ma tkun intużat l-ebda data oħra biex timtela din il-lakuna fl-istima tal-erja tas-superfiċe tad-distribuzzjoni (jiġifieri l-mappa li tirriżulta ma tkunx kompluta b’rabta mad-distribuzzjoni preżunta tal-ispeċijiet u, għalhekk, l-erja tas-superfiċe tad-distribuzzjoni tkun sottovalutata).

    5.6.   Mapep addizzjonali (fakultattivi)

    Dan huwa għal każijiet fejn Stat Membru jkun jixtieq jissottometti mappa addizzjonali differenti mill-mappa standard ta’ sottomissjoni taħt il-kamp 5.3. Innota li dan huwa kamp fakultattiv u ma jissostitwix il-ħtieġa li tiġi pprovduta mappa taħt il-kamp 5.3.

    Hawnhekk jistgħu jiġu rrapportati mapep b’riżoluzzjoni oħra għajr 10×10 km jew bi grilji għajr il-grilja ETRS89 LAEA (EPSG:3035).

    5.7.   Sorsi

    Sabiex toħloq ir-rekord tal-awditjar meħtieġ għad-data rrapportata fil-kampijiet minn 5.1 sa 5.6 hawn fuq, daħħal id-dettalji tar-referenzi ewlenin jew ta’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni użati biex jimtlew dawn il-kampijiet. Tali sorsi jistgħu jinkludu, pereżempju, dokumenti ppubblikati, data mhux ippubblikata miżmuma f’bażijiet tad-data, siti web u gruppi ta’ ħidma esperti. Huwa preferibbli li tiġi pprovduta biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna li tirrevedi r-rapport (jew li taġġornah fi żmien sitt snin jew 12-il sena) tkun tista’ tifhem l-oriġini tad-data rrapportata.

    5.8.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Din it-taqsima tista’ tintuża biex tipprovdi informazzjoni supplimentari b’test liberu (massimu ta’ 500 karattru) rilevanti għad-data pprovduta għall-valutazzjoni tad-distribuzzjoni tat-tnissil taħt il-kampijiet minn 5.1 sa 5.7.

    6.   XEJRA TAD-DISTRIBUZZJONI TAT-TNISSIL

    6.1.   Xejra ta’ terminu qasir (l-aħħar 12-il sena)

    Il-kampijiet minn 6.1.1 sa 6.1.5 jintużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar ix-xejriet ta’ terminu qasir fid-distribuzzjoni tat-tnissil, abbażi ta’ perjodu ta’ 12-il sena. Għal xejra ta’ terminu qasir b’mod ġenerali, fejn id-data tkun assenti jew mhux magħrufa, huwa mħeġġeġ li jintużaw opinjoni esperta jew sorsi oħrajn ta’ data, pereżempju, fejn studji aktar reċenti u speċifiċi għall-ispeċijiet jipprovdu għarfien dwar xejriet reċenti jew, fil-każ ta’ nissiela rari/lokalizzati ħafna, l-għarfien ta’ postijiet tat-tnissil preċedenti/eżistenti jista’ jippermetti paragun sempliċi (eż. it-tnissil kien magħruf fi tliet siti fl-2013 u kien għadu qed iseħħ fl-istess tliet siti fl-2024 jew għal dik il-ħabta, għalhekk, ix-xejra ta’ distribuzzjoni ta’ terminu qasir hija essenzjalment stabbli), id-direzzjoni tax-xejriet tista’ tiġi vvalutata bl-użu ta’ din l-informazzjoni b’opinjoni esperta.

    6.1.1.   Perjodu tax-xejriet ta’ terminu qasir

    Il-perjodu għax-xejriet ta’ terminu qasir huwa ta’ 12-il sena (żewġ ċikli ta’ rapportar). Għar-rapporti tal-perjodu 2019-2024, dan ifisser li l-perjodu huwa 2013-2024, jew perjodu kemm jista’ jkun qrib dan. Hija permessa xi flessibbiltà, għalhekk, għalkemm ix-xejriet idealment jiġu rrapportati għall-perjodu 2013-2024, data oħra li tkopri perjodu ta’ żmien differenti iżda komparabbli (eż. 2009-2023) se tiġi aċċettata jekk l-aħjar data disponibbli tkun relatata ma’ stħarriġ f’dawk is-snin. Għall-ispeċijiet li jkunu għadhom kif waslu, idealment ix-xejriet jiġu rrapportati bis-sena tal-bidu bħala s-sena li fiha l-ispeċi tkun tnisslet għall-ewwel darba, eż. jekk l-ispeċi tkun ġiet osservata għall-ewwel darba bħala li qed tnissel fil-2018, allura l-perjodu tax-xejriet fit-terminu qasir ikun 2018-2014 għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024. Indika l-perjodu użat f’dan il-kamp.

    6.1.2.   Direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir

    Indika jekk ix-xejra tad-distribuzzjoni matul il-perjodu rrapportat fil-kamp 6.1.1 kinitx (tista’ tintgħażel għażla waħda biss):

    (a)

    stabbli

    (a)

    tvarja

    (b)

    tiżdied

    (c)

    tonqos

    (d)

    mhux ċerta

    (e)

    mhux magħrufa

    Ara t-test għall-kamp 4.1.2 Id-direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir fil-popolazzjoni għal aktar gwida dwar l-interpretazzjoni u l-użu ta’ dawn il-kategoriji tad-direzzjoni tax-xejriet. Il-kategorija “tvarja” probabbilment se tapplika għal inqas xejriet ta’ distribuzzjoni mix-xejriet tal-popolazzjoni, iżda xorta tista’ tkun xierqa, pereżempju, f’każijiet fejn id-distribuzzjoni nazzjonali ta’ speċi (li tinstab b’mod regolari) tkun influwenzata ħafna minn kundizzjonijiet staġjonali xi mkien ieħor (eż. it-tnixxif ta’ siti tal-art mistagħdra ppreferuti aktar lejn in-Nofsinhar).

    6.1.3.   Kobor tax-xejra ta’ terminu qasir

    Jekk tiġi rrapportata “tiżdied”, “tonqos” jew “mhux ċerta” fil-kamp 6.1.2, daħħal il-bidla perċentwali ġenerali fid-daqs tad-distribuzzjoni matul il-perjodu tax-xejra speċifikat fil-kamp 6.1.1.

    Agħżel mill-għażliet li ġejjin:

    (a)

    Minimu

    (b)

    Massimu

    (c)

    L-aħjar valur uniku

    Jekk ikun possibbli biss intervall (eż. 20-30 %), dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu rrapportati f’“(a) Minimu” u “(b) Massimu”.

    Jekk tkun disponibbli ċifra preċiża (eż. 27 %), din għandha tiddaħħal f’“(c) L-aħjar valur uniku”.

    Jekk tkun disponibbli xejra medja jew “l-aktar probabbli”, flimkien ma’ limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 %, dawn it-tliet valuri jistgħu jiġu rrapportati kollha f’(c), (a) u (b), rispettivament.

    F’sitwazzjoni fejn ikun magħruf biss valur minimu (jew massimu) (eż. permezz ta’ opinjoni esperta), dan għandu jiddaħħal fil-kamp “L-aħjar valur uniku” u MHUX fil-kampijiet “(a) Minimu” jew “(b) Massimu”. Għandhom jiġu rrapportati valuri ta’ kobor negattiv (jiġifieri jiġi inkluż is-sinjal “-”) għall-kobor tax-xejriet negattivi kollha, inklużi każijiet fejn id-direzzjoni tkun diġà indikata bħala “tonqos”. Madankollu, sabiex jiġi evitat id-dħul bla bżonn tad-data, mhuwiex meħtieġ li jiġi inkluż is-sinjal “+” għal xejriet pożittivi (jiġifieri kobor tax-xejra ta’ “15” se jiġi preżunt li jirrappreżenta +15 %). Fil-każ ta’ xejriet negattivi, innota li l-kampijiet “Minimu” u “Massimu” huma relatati ma’ valuri minimi u massimi matematikament (mhux tnaqqis minimu u massimu).

    Jekk disponibbli, il-kobor tax-xejra jista’ jiġi rrapportat ukoll għax-xejriet “stabbli” jew “tvarja”.

    Ara t-test relatat għall-kamp 4.1.3 Xejra ta’ terminu qasir — Kobor għall-popolazzjoni għal gwida dwar il-każijiet speċifiċi ta’ speċijiet li kkolonizzaw jew ġew estinti fuq livell nazzjonali matul il-perjodu tax-xejra.

    6.1.4.   Xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat

    Dan il-kamp jintuża biex jagħti dettalji dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kobor tax-xejra ta’ terminu qasir. Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta (eż. tqabbil ta’ żewġ mapep tad-distribuzzjoni abbażi ta’ data preċiża tad-distribuzzjoni, jew monitoraġġ iddedikat tad-distribuzzjoni ta’ speċi b’saħħa statistika tajba);

    (b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data (eż. xejriet derivati mid-data tal-okkorrenza miġbura għal skopijiet oħrajn, jew mid-data miġbura minn parti biss tal-medda ġeografika ta’ ħabitat, jew xejriet ibbażati fuq il-kejl ta’ xi indikaturi ta’ tbassir oħrajn tad-distribuzzjoni tal-ħabitat, bħal bidliet fil-kopertura tal-art);

    (c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta, b’data limitata ħafna;

    (d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    6.1.5.   Sorsi

    Sabiex toħloq ir-rekord tal-awditjar meħtieġ għad-data rrapportata fil-kampijiet minn 6.1.1 sa 6.1.4 hawn fuq, daħħal id-dettalji tar-referenzi ewlenin jew sorsi oħrajn ta’ informazzjoni użati biex jimtlew dawn il-kampijiet. Tali sorsi jistgħu jinkludu, pereżempju, dokumenti ppubblikati, data mhux ippubblikata miżmuma f’bażijiet tad-data, siti web u gruppi ta’ ħidma esperti. Huwa preferibbli li tiġi pprovduta biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna li tirrieżamina r-rapport (jew li taġġornah fi żmien sitt snin jew 12-il sena) tkun tista’ tifhem l-oriġini tad-data rrapportata.

    6.2.   Xejra fit-tul (minn bejn wieħed u ieħor l-1980)

    6.2.1.   Perjodu ta’ xejriet fit-tul

    Il-perjodu ideali għar-rapportar tax-xejriet fit-tul huwa minn bejn wieħed u ieħor l-1980 (meta ġiet adottata/daħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar l-Għasafar) sa bejn wieħed u ieħor l-aħħar sena tal-perjodu ta’ rapportar. Madankollu, hawnhekk teżisti ċerta flessibbiltà, u b’hekk jekk Stat Membru jkun wettaq stħarriġ tal-atlas nazzjonali (pereżempju) fl-1980, fl-1995, fl-2015 u fl-2020, ix-xejra bejn l-1980 u l-2020 għandha tiġi rrapportata għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024.

    Għall-ispeċijiet li ilhom li kkolonizzaw mill-1980, idealment ix-xejriet jiġu rrapportati bis-sena tal-bidu bħala s-sena li fiha l-ispeċijiet ikunu tnisslu għall-ewwel darba; pereżempju, jekk l-ispeċi tkun ġiet osservata għall-ewwel darba bħala li qed tnissel fis-sena 2000, allura l-perjodu tax-xejriet fit-tul ikun mis-sena 2000. Għall-ispeċijiet li jkunu għadhom kif waslu, id-data tal-bidu taqa’ fl-aħħar żewġ perjodi ta’ rapportar (jiġifieri mill-2013 sal-2024 għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024, ara wkoll it-test għall-kamp 6.1.1).

    L-Istati Membri li ma għandhomx data dwar ix-xejriet tad-distribuzzjoni minn qabel is-sena 2000 jistgħu jikkonsultaw l-Atlas tal-EBCC oriġinali (25) jew Birds in Europe (26), li jippreżentaw l-estimi f’meded tax-xejra tal-firxa nazzjonali għall-ispeċijiet bejn l-1970 u l-1990.

    6.2.2.   Direzzjoni tax-xejriet fit-tul

    Ara l-kamp 6.1.2 hawn fuq dwar id-direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir.

    6.2.3.   Kobor tax-xejra fit-tul

    Ara l-kamp 6.1.3 dwar il-kobor tax-xejra ta’ terminu qasir.

    6.2.4.   Xejra fit-tul — Metodu użat

    Ara l-kamp 6.1.4 dwar ix-xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat.

    6.2.5.   Sorsi

    Ara l-kamp 6.1.5.

    6.3.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Din it-taqsima tista’ tintuża biex tipprovdi informazzjoni supplimentari b’test liberu (massimu ta’ 500 karattru) rilevanti għad-data pprovduta għall-valutazzjoni tax-xejra tad-distribuzzjoni tat-tnissil taħt it-Taqsimiet 6.1 u 6.2. Pereżempju, Stat Membru jista’ jkun jixtieq jirrapporta informazzjoni dwar bidliet ġeografiċi fid-distribuzzjoni (ta’ terminu qasir jew fit-tul), jew frammentazzjoni tad-distribuzzjoni, anki jekk ma tiġi rrapportata l-ebda bidla fid-daqs globali tad-distribuzzjoni.

    7.   PRESSJONIJIET U THEDDIDIET EWLENIN

    Din it-taqsima hija maħsuba biex tkopri informazzjoni dwar il-fatturi prinċipali responsabbli biex iwasslu li l-ispeċijiet individwali jonqsu, irażżnu n-numri tagħhom jew jirrestrinġu l-meded tagħhom. Din għandha timtela għall-ispeċijiet kollha li jinstabu b’mod regolari (kif elenkati fil-lista ta’ kontroll tal-għasafar tal-Artikolu 12) għall-gruppi li ġejjin:

    l-ispeċijiet tal-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE;

    l-ispeċijiet tat-Tnissil u tax-Xitwa tal-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE;

    kwalunkwe speċi migratorja oħra li tiskatta deżinjazzjonijiet taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) fuq livell nazzjonali.

    L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu din l-informazzjoni għal kwalunkwe speċi li jifdal li għaliha hemm informazzjoni disponibbli.

    Aktar informazzjoni relatata mar-rapportar speċifiku għall-istaġun dwar it-Tnissil, il-Kenn fix-Xitwa jew il-Passa fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet oħrajn li jiskattaw iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) tista’ tinstab fi

    Tabella 2: Taqsimiet tal-format tar-rapport dwar l-ispeċijiet li għandhom jimtlew għall-istaġun tat-tnissil, tax-xitwa u tal-passa għal kategoriji differenti ta’ speċijiet ta’ għasafar

    Il-pressjonijiet aġixxew fil-perjodu ta’ rapportar attwali u għandhom impatt fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-ispeċi jew tal-ħabitat(s) tagħha; it-theddid huwa impatti futuri/prevedibbli (fiż-żewġ perjodi ta’ rapportar li jmiss) li x’aktarx jaffettwaw il-vijabbiltà fit-tul tal-ispeċi u/jew tal-ħabitat(s) tagħha (ara t-Tabella 3). It-theddid ma jiġix irrapportat separatament; huwa mifhum li pressjoni rrapportata bit-tempestività bħala “li għadha għaddejja u x’aktarx tkun fil-futur” hija kemm pressjoni kif ukoll theddida, filwaqt li waħda bit-tempestività “fil-futur biss” hija biss theddida. It-theddid għandu jirrappreżenta dawk il-kwistjonijiet meqjusa li huma raġonevolment probabbli (eż. abbażi tal-pressjonijiet attwali li qed jiġu rrapportati jew ta’ proġetti ta’ żvilupp prevedibbli). Id-definizzjoni ta’ pressjonijiet u theddid hija mogħtija fit-Tabella 3 hawn taħt.

    Tabella 3

    Definizzjoni ta’ pressjoni u theddida (fil-kuntest tar-rapportar skont l-Artikolu 12)

     

    Perjodu ta’ azzjoni/definizzjoni

    Perjodu ta’ żmien

    Pressjoni

    Taġixxi issa u/jew matul kwalunkwe parti mill-perjodu ta’ rapportar attwali jew matul il-perjodu ta’ rapportar kollu.

    Perjodu ta’ rapportar attwali ta’ sitt snin.

    Theddida

    Fatturi li mistennija jaġixxu fil-futur wara l-perjodu ta’ rapportar attwali.

    Żewġ perjodi ta’ rapportar futuri, jiġifieri fi żmien 12-il sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar kurrenti.

    7.1.   Karatterizzazzjoni tal-pressjonijiet

    Ipprovdi l-lista ta’ pressjonijiet: elenka massimu ta’ 20 pressjoni. Il-lista ta’ pressjonijiet hija disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza.

    Għal kull unità tassonomika tal-għasafar:

    (a)

    agħżel massimu ta’ 20 entrata għall-pressjonijiet billi tuża l-kodiċi fit-tieni livell tal-lista ġerarkika. Il-lista ta’ pressjonijiet u theddid hija disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza.

    (b)

    għal kull pressjoni, indika t-tempestività, li hija l-perjodu ta’ żmien li qed taġixxi fih.

    Tempestività

    fil-passat iżda issa ġew sospiżi minħabba l-miżuri

    Għall-pressjonijiet ta’ rapportar li ġew sospiżi f’xi punt fil-perjodu ta’ rapportar attwali.

    Fejn jintgħażlu, ma hemmx bżonn li jimtlew il-kampijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-influwenza.

    għadhom għaddejjin

    Għar-rapportar tal-pressjonijiet li jkunu għadhom għaddejjin matul il-perjodu ta’ rapportar, jiġifieri l-ebda evidenza li ġew sospiżi minħabba l-miżuri.

    għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur

    Għar-rapportar kemm tal-pressjonijiet kif ukoll tat-theddidiet.

    Fejn jintgħażlu, ma hemmx bżonn li jimtlew il-kampijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-influwenza għall-parti tal-entrata dwar it-theddida, iżda biss għall-parti li tikkonċerna l-pressjoni.

    fil-futur biss

    Għar-rapportar tat-theddidiet.

    Fejn jintgħażlu, ma hemmx bżonn li jimtlew il-kampijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-influwenza.

    (c)

    indika għal kull waħda, il-proporzjon tal-popolazzjoni affettwata mill-pressjoni (kamp ta’ applikazzjoni) — “kollha >90 %”, “maġġoranza 50 – 90 %” jew “minoranza <50 %”.

    Kamp ta’ applikazzjoni (proporzjon tal-popolazzjoni affettwata)*

    [*għandu jimtela għat-tempestivitajiet “għadhom għaddejjin” u “għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur” biss. Għalkemm din tal-aħħar tinkludi wkoll it-theddid, il-“kamp ta’ applikazzjoni” u l-“influwenza” se jindirizzaw biss il-pressjonijiet]

    kollha >90 %

    aktar minn 90 % tal-popolazzjoni rrapportata fl-Istat Membru hija affettwata mill-pressjoni

    maġġoranza 50 – 90 %

    bejn 50 u 90 % tal-popolazzjoni rrapportata fl-Istat Membru hija affettwata mill-pressjoni

    minoranza <50 %

    inqas minn 50 % tal-popolazzjoni rrapportata fl-Istat Membru hija affettwata mill-pressjoni

    (d)

    indika l-influwenza fuq il-popolazzjoni jew il-ħabitat tal-ispeċi — “influwenza għolja”, “influwenza medja” jew “influwenza baxxa”. L-influwenza tindika kif il-pressjoni taffettwa t-tnaqqis tal-popolazzjoni jew tal-ħabitat tal-ispeċi.

    Influwenza (fuq il-popolazzjoni jew il-ħabitat tal-ispeċi)*

    [*għandu jimtela għat-tempestivitajiet “għadhom għaddejjin” u “għadhom għaddejjin u x’aktarx ikunu fil-futur” biss. Għalkemm din tal-aħħar tinkludi wkoll it-theddid, il-“kamp ta’ applikazzjoni” u l-“influwenza” se jindirizzaw biss il-pressjonijiet]

    Influwenza għolja

    Il-pressjoni elenkata hija fattur sinifikanti ħafna li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-popolazzjoni jew tal-ħabitat tal-ispeċi. Hija influwenza diretta jew immedjata importanti fuq il-popolazzjoni.

    Influwenza medja

    Il-pressjoni elenkata tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-popolazzjoni jew tal-ħabitat tal-ispeċi, iżda ma hijiex pressjoni ta’ influwenza għolja jew ta’ influwenza baxxa. Għandha influwenza medja diretta/immedjata jew indiretta fuq il-popolazzjoni.

    Influwenza baxxa

    Il-pressjoni elenkata tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-popolazzjoni jew tal-ħabitat tal-ispeċi, għalkemm mhux il-kontributur ewlieni u flimkien ma’ pressjonijiet u/jew fatturi oħrajn.

    (e)

    indika l-post fejn il-pressjoni tkun qed topera primarjament. Għandha tintgħażel għażla waħda biss.

    Post*

    [*agħżel l-għażla li tikkorrispondi għal fejn il-pressjoni tkun qed taġixxi prinċipalment]

    Ġewwa l-Istat Membru

    Għandha tintgħażel għal pressjonijiet li jaġixxu ġewwa l-Istat Membru jew ġewwa u barra l-Istat Membru, iżda li għandhom impatt bejn wieħed u ieħor ugwali għall-popolazzjoni nazzjonali tal-għasafar

    Xi mkien ieħor fl-UE

    Jekk il-pressjoni tkun qed taġixxi primarjament xi mkien ieħor fl-UE (iżda tista’ tkun qed taġixxi wkoll ġewwa l-Istat Membru)

    Barra l-UE

    Fejn ikun magħruf li l-pressjoni taġixxi prinċipalment barra mill-Istati Membri tal-UE

    Kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE

    Fejn il-pressjoni taġixxi kemm ġewwa kif ukoll barra l-Istati Membri tal-UE

    Mhux magħrufa

    Il-post fejn qed taġixxi l-pressjoni ma huwiex magħruf

    L-impatt ġenerali ta’ pressjoni, kif kopert fil-kampijiet tat-tempestività, tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-influwenza, għandu jirrifletti l-influwenza tal-pressjoni fuq ix-xejriet tal-ispeċi.

    Fejn jintgħażlu Speċijiet Aljeni Invażivi (IAS) ta’ tħassib għall-Unjoni fost il-pressjonijiet, huwa obbligatorju li jiġu pprovduti l-ismijiet ta’ dawn l-ispeċijiet f’(f). Se tkun disponibbli lista li tinżel għal dawn l-ispeċijiet. Għal-lista tal-IAS ta’ tħassib għall-Unjoni, jekk jogħġbok ara l-Portal ta’ Referenza tal-Artikolu 12. Meta pressjoni tikkonċerna “Speċijiet aljeni invażivi oħrajn (għajr speċijiet ta’ tħassib għall-Unjoni)”, l-għoti tal-ismijiet ta’ dawn l-ispeċijiet huwa fakultattiv f’(g). Jekk jogħġbok agħżel mill-bażi tad-data tal-EASIN (ara l-portal ta’ referenza tal-Artikolu 12). Jistgħu jintgħażlu aktar minn speċi waħda għaż-żewġ każijiet.

    Jekk Stat Membru jkun jixtieq jagħti informazzjoni aktar preċiża dwar in-natura ta’ ċerta pressjoni, din tista’ tinkiteb fil-kamp 7.4 “Informazzjoni addizzjonali”.

    Gwida aktar dettaljata dwar il-pressjoni/it-theddid tar-rapportar hija pprovduta fil-linji gwida u fin-noti fil-lista ta’ pressjonijiet u theddid disponibbli mill-Portal ta’ Referenza.

    7.2.   Metodi użati (fakultattivi)

    Il-kamp fakultattiv “Metodi użati” għandu jipprovdi informazzjoni ġenerali għar-rapportar tal-pressjonijiet, u ma huwiex meħtieġ għal pressjonijiet speċifiċi. Fejn tintuża metodoloġija għal pressjoni speċifika, din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-kamp 7.4 “Informazzjoni addizzjonali”.

    Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta;

    (b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data;

    (c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna;

    (d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss; fejn id-data tkun ġiet ikkompilata minn varjetà ta’ sorsi, agħżel il-kategorija għall-aktar sors importanti ta’ data.

    7.3.   Sorsi ta’ informazzjoni (fakultattivi)

    Sabiex jipprovdu r-rekord tal-awditjar meħtieġ għad-data rrapportata fil-kamp 7.1 hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu d-dettalji tar-referenzi ewlenin jew ta’ sorsi oħrajn li jappoġġaw l-evidenza tal-pressjonijiet irrapportati. Tali sorsi jistgħu jinkludu, pereżempju, dokumenti ppubblikati, data mhux ippubblikata miżmuma f’bażijiet tad-data, siti web u gruppi ta’ ħidma esperti. Jekk tkun ġiet indikata opinjoni esperta fil-kamp 7.2, din tista’ tiġi elaborata aktar f’dan il-kamp. Huwa preferibbli li tiġi elenkata biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna li tirrevedi r-rapport (jew li taġġornah fi żmien sitt snin jew 12-il sena) tkun tista’ tifhem l-oriġini tal-informazzjoni rrapportata.

    7.4.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Jekk Stat Membru jkun jixtieq jagħti informazzjoni addizzjonali dwar ċerti pressjonijiet (eż. estimi tal-mortalità annwali kkawżata minn pressjoni partikolari, pereżempju l-qtil illegali) jew il-metodoloġija, din tista’ tiġi pprovduta f’dan il-kamp.

    8.   MIŻURI TA’ KONSERVAZZJONI

    L-Istati Membri huma mitluba jiddeskrivu l-aktar miżuri ta’ konservazzjoni importanti meħuda għall-ispeċijiet li għalihom tintalab din l-informazzjoni (ara

    t-Tabella 2: Taqsimiet tal-format tar-Rapport dwar l-ispeċijiet li għandhom jimtlew għall-istaġun tat-Tnissil, tax-Xitwa u tal-Passa għal kategoriji differenti ta’ speċijiet ta’ għasafar). L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jipprovdu din l-informazzjoni wkoll għal kwalunkwe speċi li jifdal, fejn disponibbli.

    8.1.   Status tal-miżuri

    Agħżel jekk il-miżuri humiex meħtieġa jew le. Jekk it-tweġiba tkun “Iva, mela ipproċedi biex tagħżel mill-għażliet li ġejjin (tista’ tintgħażel għażla waħda biss):

    (a)

    Miżuri identifikati iżda li għadhom ma tteħdux;

    (b)

    Miżuri meħtieġa iżda li ma jistgħux jiġu identifikati;

    (c)

    Ittieħdu wħud mill-miżuri identifikati;

    (d)

    Ittieħdu l-biċċa l-kbira tal-miżuri identifikati jew kollha kemm huma.

    8.2.   Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri meħuda

    Fejn ikunu ttieħdu parti mill-miżuri identifikati (8.1(c) jew ikunu ttieħdu l-biċċa l-kbira tal-miżuri/il-miżuri kollha identifikati (8.1(d), indika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, jiġifieri l-proporzjon tal-popolazzjoni li jaffettwaw:

    (a)

    <50 %

    (b)

    50 – 90 %

    (c)

    >90 %

    Il-valutazzjoni għandha ssir b’mod ġenerali.

    8.3.   L-iskop ewlieni tal-miżuri meħuda

    A.

    Indika l-iskopijiet ewlenin tal-miżuri meħuda. Din il-parti għandha timtela biss jekk ikunu ttieħdu miżuri ta’ konservazzjoni (il-kamp 8.1(c) “Parti mill-miżuri identifikati u meħuda” jew il-kamp 8.1(d) “Il-biċċa l-kbira tal-miżuri/il-miżuri kollha identifikati u meħuda” jiġi mmarkat “Iva”). Jistgħu jiġu identifikati diversi skopijiet:

    a)

    Iż-żamma tad-distribuzzjoni, tal-popolazzjoni u/jew tal-ħabitat attwali għall-ispeċi;

    b)

    L-espansjoni tad-distribuzzjoni attwali tal-ispeċijiet;

    c)

    Iż-żieda tad-daqs tal-popolazzjoni u/jew it-titjib tad-dinamiċi tal-popolazzjoni (it-titjib tas-suċċess riproduttiv, it-tnaqqis tal-mortalità, it-titjib tal-istruttura tal-età/tas-sess);

    d)

    Ir-restawr tal-ħabitat tal-ispeċi.

    B.

    Sabiex jiġi identifikat l-iskop ewlieni tal-miżuri meħuda, jekk jogħġbok indika jekk dan huwiex għal (tista’ tintgħażel biss għażla waħda):

    iż-żamma tal-istat attwali;

    l-espansjoni tal-medda;

    iż-żieda jew it-titjib tal-popolazzjoni;

    ir-restawr tal-ħabitat.

    L-għan ta’ dan il-kamp ma huwiex li jiddeskrivi l-effett tal-miżuri, iżda pjuttost li jiddeskrivi l-objettiv maħsub tal-miżuri implimentati. Ir-rispons huwa elaborat aktar fil-kamp 8.5 hawn taħt.

    8.4.   Il-post fejn jittieħdu l-miżuri

    Indika fejn il-miżuri qed jiġu implimentati l-aktar. Din il-parti għandha timtela biss jekk ikunu ttieħdu miżuri ta’ konservazzjoni (il-kamp 8.1(c) “Ittieħdu wħud mill-miżuri identifikati” u l-kamp 8.1(d) “Ittieħdu l-biċċa l-kbira tal-miżuri identifikati jew kollha kemm huma” jiġu mmarkati “Iva”) — (tista’ tintgħażel għażla waħda biss):

    (a)

    ġewwa Natura 2000 biss;

    (b)

    kemm ġewwa kif ukoll barra Natura 2000;

    (c)

    barra Natura 2000 biss.

    Dan il-kamp jipprova jaqbad fejn ikun qed isir il-fokus ewlieni tal-azzjoni ta’ konservazzjoni. Għalhekk, agħżel l-għażla (a) jekk il-miżuri ta’ konservazzjoni kollha, jew il-maġġoranza l-kbira tagħhom, ikunu ristretti għal Natura 2000, l-għażla (b) jekk ikun hemm sforz bejn wieħed u ieħor ugwali biex jiġu implimentati miżuri ġewwa u barra Natura 2000, u l-għażla (c) jekk il-miżuri kollha, jew il-maġġoranza l-kbira tagħhom, jittieħdu barra Natura 2000.

    8.5.   Rispons għall-miżuri

    Ipprovdi stima ta’ meta jibdew, jew huma mistennija li jibdew, il-miżuri biex tiġi nnewtralizzata l-pressjoni u biex jiġu prodotti effetti pożittivi (fir-rigward tal-iskop ewlieni tal-miżuri indikati fil-kamp 8.3). Agħżel għażla waħda minn:

    (a)

    rispons ta’ terminu qasir (fil-perjodu ta’ rapportar attwali, eż. 2019-2024);

    (b)

    rispons ta’ terminu medju (fiż-żewġ perjodi ta’ rapportar li jmiss, eż. 2025-2036);

    (c)

    rispons fit-tul (eż. wara l-2036).

    8.6.   Lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni ewlenin

    Elenka massimu ta’ 20 miżura ta’ konservazzjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet ipprovduti fuq il-Portal ta’ Referenza.

    Gwida aktar dettaljata dwar l-użu ta’ miżuri ta’ konservazzjoni hija pprovduta fil-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet u fin-noti fil-lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni disponibbli mill-Portal ta’ Referenza.

    8.7.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Hawnhekk tista’ tiġi rrapportata informazzjoni addizzjonali li tgħin biex tinftiehem l-informazzjoni mogħtija dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni.

    9.   KOPERTURA TA’ NATURA 2000 (ŻONI TA’ PROTEZZJONI SPEĊJALI (ŻPS))

    Din it-taqsima hija maħsuba biex tkopri informazzjoni dwar il-kopertura ta’ Natura 2000 (Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali – (ŻPS)) għal speċijiet individwali. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva, l-Istati Membri huma obbligati jikklassifikaw l-aktar territorji adattati għal ċerti speċijiet bħala ŻPS. Sabiex tiġi vvalutata l-firxa tal-kopertura tan-network taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) għal kull speċi rilevanti fil-livell tal-UE, l-Istati Membri huma mitluba jirrapportaw id-daqs (u x-xejra ta’ terminu qasir) tal-popolazzjoni li tinstab fi ħdan in-network taż-ŻPS nazzjonali tagħhom.

    It-taqsima għandha timtela biss għall-ispeċijiet tal-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE u għal speċijiet migratorji oħrajn li jiskattaw il-klassifikazzjonijiet taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) fuq livell nazzjonali, kif indikat fil-lista ta’ kontroll tal-ispeċijiet fuq il-Portal ta’ Referenza.

    Aktar informazzjoni relatata mar-rapportar speċifiku għall-istaġun dwar it-Tnissil, il-Kenn fix-Xitwa jew il-Passa fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet oħrajn li jiskattaw iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) tista’ tinstab fi

    Tabella 2: Taqsimiet tal-format tar-rapport dwar l-ispeċijiet li għandhom jimtlew għall-istaġun tat-tnissil, tax-xitwa u tal-passa għal kategoriji differenti ta’ speċijiet ta’ għasafar

    Ara l-informazzjoni ta’ sfond fil-gwida teknika tal-kunċetti u d-definizzjonijiet.

    9.1.   Id-daqs tal-popolazzjoni fin-network ta’ Natura 2000 (Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS))

    Ipprovdi stima tad-daqs totali tal-popolazzjoni inkluż fin-network nazzjonali kollu taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) matul l-istess sena jew perjodu kif irrapportat fit-taqsima 3.1. Ara t-test għall-kamp 3.2 Daqs tal-popolazzjoni hawn fuq għad-dettalji ta’ kif għandhom jimtlew il-kampijiet (a), (b), (c) u/jew (d).

    Sabiex jiġu evitati ċifri minfuħa żżejjed, l-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jaġġustaw ’l isfel id-daqs totali tal-popolazzjoni fin-network ta’ Natura 2000 għal xi speċijiet mobbli li jistkennu fix-xitwa sabiex ikunu jistgħu jsiru movimenti sinifikanti ta’ individwi bejn iż-Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS), kif jista’ japplika, pereżempju, għal diversi speċijiet ta’ wiżż li jistkennu fil-Majjistral tal-Ewropa.

    9.2.   Tip ta’ stima

    Agħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:

    l-aħjar stima — l-aħjar ċifra unika disponibbli (inkluż fejn ikun disponibbli biss il-valur massimu tad-daqs tal-popolazzjoni) jew l-intervall, derivat minn, pereżempju, ċensiment tal-popolazzjoni, kompilazzjoni taċ-ċifri mil-lokalitajiet, stima bbażata fuq id-densitajiet tal-popolazzjoni u d-data tad-distribuzzjoni, jew opinjoni esperta, iżda li għalihom ma ġewx ikkalkolati limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Jekk l-aħjar stima tiġix minn data ta’ monitoraġġ, estrapolazzjoni jew opinjoni esperta tista’ tiġi indikata fil-kamp 9.3;

    medja ta’ diversi snin — valur medju (u intervall) fejn id-daqs tal-popolazzjoni ġie stmat għal diversi snin matul il-perjodu ta’ rapportar;

    intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % — estimi derivati minn stħarriġ ta’ kampjuni jew mudell li għalih jistgħu jiġu kkalkolati limiti ta’ kunfidenza ta’ 95 % (kif irrapportat fil-kampijiet 9.1(b) u 9.1(c));

    minimu — fejn ma teżistix biżżejjed data biex tiġi pprovduta stima laxka tad-daqs tal-popolazzjoni, iżda fejn daqs tal-popolazzjoni jkun magħruf li huwa ogħla minn ċertu valur, jew fejn l-intervall irrapportat ikun ġej minn stħarriġ tal-kampjuni jew proġett ta’ monitoraġġ li probabbilment jissottovaluta d-daqs reali tal-popolazzjoni.

    Segwi l-istess gwida bħal dik għall-kamp 3.3 “Tip ta’ stima” għad-daqs tal-popolazzjoni.

    9.3.   Daqs tal-popolazzjoni fin-network — Metodu użat

    Agħżel waħda mill-għażliet li ġejjin (b’mod analogu għall-kamp 3.4 “Metodu użat”):

    (a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta;

    (b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data;

    (c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna;

    (d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    Segwi l-istess gwida bħal dik għall-kamp 3.4 “Metodu użat” għad-daqs tal-popolazzjoni.

    9.4.   Xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network — Direzzjoni

    Bħal fil-kamp 4.1.2 “Direzzjoni tax-xejra ta’ terminu qasir”, indika jekk ix-xejra tal-popolazzjoni fin-network taż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) matul il-perjodu tax-xejra ta’ terminu qasir (kif irrapportat fil-kamp 4.1.1) kinitx (tista’ tintgħażel għażla waħda biss):

    (a)

    stabbli

    (b)

    tvarja

    (c)

    tiżdied

    (d)

    tonqos

    (e)

    mhux ċerta

    (f)

    mhux magħrufa

    Ara t-test għall-kamp 4.1.2 “Direzzjoni tax-xejra ta’ terminu qasir” għal aktar gwida dwar l-interpretazzjoni u l-użu ta’ dawn il-kategoriji tad-direzzjoni tax-xejriet.

    9.5.   Xejra ta’ terminu qasir tad-daqs tal-popolazzjoni fi ħdan in-network — Metodu użat

    Agħżel liema mill-għażliet li ġejjin tiddeskrivi l-aħjar il-metodu użat biex tiġi vvalutata d-direzzjoni tax-xejriet ta’ terminu qasir (skont il-kamp 4.1.4 “Xejra ta’ terminu qasir — Metodu użat”):

    (a)

    stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta;

    (b)

    prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data;

    (c)

    prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna;

    (d)

    data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss; fejn id-data tkun ġiet ikkompilata minn varjetà ta’ sorsi, agħżel il-kategorija għall-aktar sors importanti ta’ data.

    Segwi l-istess gwida bħal dik għall-kamp 4.1.4 “Xejra ta’ terminu qasir - Metodu użat”.

    9.6.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Din it-taqsima tista’ tintuża biex tipprovdi informazzjoni supplimentari b’test liberu (massimu ta’ 500 karattru) rilevanti għad-data pprovduta fil-kampijiet minn 9.1 sa 9.5.

    L-informazzjoni ta’ hawn taħt għat-Taqsima 10 Progress fil-ħidma relatata ma’ Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs), Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) u Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs) internazzjonali u għat-Taqsima 11 Informazzjoni relatata mal-ispeċijiet tal-Anness II għandha tiġi pprovduta għal kull unità tassonomika matul l-istaġuni rilevanti kollha.

    10.   PROGRESS FIL-ĦIDMA RELATATA MA’ PJANIJIET TA’ AZZJONI GĦALL-ISPEĊIJIET (SAPS), PJANIJIET TA’ ĠESTJONI (MPS) U DIKJARAZZJONIJIET TA’ ĠESTJONI FIL-QOSOR (BMSS) INTERNAZZJONALI

    Din it-taqsima hija maħsuba biex tkopri informazzjoni dwar il-ħidma tal-Istati Membri fuq uħud mill-aktar speċijiet ta’ għasafar mhedda tal-UE, li għalihom ġew żviluppati Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet jew Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor internazzjonali (jew multilaterali (27)), kif ukoll ġabra ta’ speċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati meqjusa li huma f’kundizzjoni ħażina fl-UE u li għalihom tħejjew Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) (28). Ir-rapportar jinkludi wkoll il-ħidma li saret fil-qafas tal-pjanijiet adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn li għalihom l-UE hija firmatarja, bħall-Konvenzjoni ta’ Berna (29), il-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-għasafar tal-ilma migratorji Afro-Ewroasjatiċi (AEWA) (30) u l-Konvenzjoni dwar l-Ispeċijiet Migratorji (CMS) (31).

    Sa mis-snin disgħin, intużaw riżorsi sinifikanti tal-UE għall-konservazzjoni ta’ ħafna minn dawn l-ispeċijiet (pereżempju, permezz tal-proġetti LIFE), għalhekk l-Istati Membri huma mitluba jiġbru fil-qosor dak li għamlu fil-livell nazzjonali biex jimplimentaw dawn il-pjanijiet u biex itejbu l-istatus tal-ispeċijiet rilevanti. Il-lista ta’ unitajiet tassonomiċi rilevanti b’indikazzjoni ta’ tip ta’ pjan hija disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza. Din it-taqsima għandha timtela fil-livell tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet.

    10.1.   Tip ta’ pjan internazzjonali

    Uża t-tip ta’ pjan internazzjonali (Pjan ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAP), Pjan ta’ Ġestjoni (MP) jew Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMS) speċifikati fil-lista ta’ unitajiet tassonomiċi bi pjanijiet internazzjonali/multilaterali, disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza.

    10.2.   Ġie adottat pjan nazzjonali marbut mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAP ) / Pjan ta’ Ġestjoni (MP) / Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMS) internazzjonali?

    Jekk jogħġbok agħżel “Iva” jew “Le”. Jekk “Iva”, jekk jogħġbok ipprovdi web link (u/jew referenza bibljografika) għall-pjan nazzjonali fil-kamp 10.5 “Sorsi ta’ aktar informazzjoni” hawn taħt. Il-kampijiet 10.3 u 10.4 għandhom jimtlew, irrispettivament minn jekk tintgħażilx “Iva” jew “Le” hawnhekk.

    10.3.   Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs) għall-ispeċijiet mhedda globalment

    Dan il-kamp jintuża biex jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus nazzjonali tal-ispeċi (f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni u l-firxa/id-distribuzzjoni) b’rabta mal-objettivi deskritti fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet (SAPs) / fid-Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor (BMSs). Il-lista ta’ speċijiet bl-SAPs u l-BMSs li għalihom għandu jimtela dan il-kamp hija pprovduta fil-lista ta’ unitajiet tassonomiċi bi pjanijiet internazzjonali/multilaterali, disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza (32). Lista aktar dettaljata li tinkludi l-objettivi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni għal kull speċi hija pprovduta fil-Portal ta’ Referenza.

    Xi pjanijiet jelenkaw objettivi differenti ta’ terminu qasir u fit-tul. Pereżempju, għal Clanga clanga [=Aquila clanga], il-pjan ta’ azzjoni jelenka l-objettivi li ġejjin relatati mad-distribuzzjoni jew mad-daqs tal-popolazzjoni;

    (a)

    “fuq terminu qasir, biex jitwaqqaf it-tnaqqis fil-popolazzjoni u biex jiġu ssalvagwardjati l-ħabitats eżistenti kollha tat-tnissil, tat-tħejjija għall-irqad u tal-kenn fix-xitwa”;

    (b)

    “fuq terminu twil, biex jiġu ssalvagwardjati d-distribuzzjoni u n-numri tal-popolazzjoni Ewropea tal-ajkla kbira ttikkjata, sabiex b’hekk il-firxa tagħha titreġġa’ lura għal dik li kienet fl-1920”.

    Jekk l-objettiv ta’ terminu qasir (eż. l-istabbilizzazzjoni tad-daqs tal-popolazzjoni) ikun intlaħaq jew ikun sar progress lejn l-objettiv, għandha tintgħażel l-għażla “(a) qed jimxi lejn l-għan(ijiet)/objettiv(i) tal-pjan”.

    Xi pjanijiet jinkludu objettivi li mhumiex espressi direttament bħala żieda/stabbilizzazzjoni tal-popolazzjoni jew tad-distribuzzjoni, iżda, pereżempju, bħala tnaqqis fil-mortalità kkawżata minn ċerti pressjonijiet jew il-protezzjoni/ir-restawr ta’ ċerti siti ewlenin. L-effettività ta’ pjan għandha tiġi vvalutata b’kunsiderazzjoni tal-impatt ta’ dawk il-miżuri għad-daqs/distribuzzjoni tal-popolazzjoni. Pereżempju, jekk diversi siti ewlenin għal speċi jkunu ġew irrestawrati (ikun intlaħaq objettiv ta’ terminu qasir) b’għan fit-tul li tiġi stabbilizzata l-popolazzjoni ta’ speċi, iżda d-daqs tal-popolazzjoni jkun għadu qed jonqos (b’rata mhux mibdula), għandha tintgħażel l-għażla “(b) l-istess”.

    Jekk jogħġbok agħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:

    (a)

    qed jimxi lejn l-għan(ijiet)/objettiv(i) tal-pjan;

    (b)

    l-istess;

    (c)

    qed jiddeterjora aktar lil hinn mill-għan(ijiet)/objettiv(i) tal-pjan.

    10.4.   Valutazzjoni tal-effettività tal-Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) għall-ispeċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati fi status ta’ Mhux Siguri

    Dan il-kamp huwa speċifiku għall-ispeċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati fi status mhux sigur. Huwa jintuża biex jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus tagħhom (f’termini tad-daqs u tal-firxa/tad-distribuzzjoni tal-popolazzjoni) fuq livell nazzjonali, b’rabta mal-objettivi deskritti fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs). Il-lista ta’ speċijiet bi Pjanijiet ta’ Ġestjoni (MPs) li għalihom għandu jimtela dan il-kamp hija pprovduta fil-lista ta’ unitajiet tassonomiċi bi pjanijiet internazzjonali/multilaterali, disponibbli fuq il-Portal ta’ Referenza (33). Lista aktar dettaljata li tinkludi l-objettivi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni għal kull speċi hija pprovduta fil-Portal ta’ Referenza.

    Jekk jogħġbok agħżel minn waħda mill-għażliet li ġejjin (segwi l-istess gwida bħal dik għall-kamp 10.3):

    (a)

    qed jitjieb;

    (b)

    l-istess;

    (c)

    qed jiddeterjora aktar.

    10.5.   Sorsi ta’ aktar informazzjoni

    F’dan il-kamp, l-Istati Membri huma mitluba jipprovdu links għal siti web, web links u/jew referenzi bibljografiċi xierqa għall-pubblikazzjonijiet rilevanti (eż. pjan nazzjonali), dettalji ta’ kuntatt ta’ organizzazzjonijiet responsabbli, eċċ.

    11.   INFORMAZZJONI RELATATA MAL-ISPEĊIJIET TAL-ANNESS II (L-ARTIKOLU 7 TAD-DIRETTIVA 2009/147/KE)

    Din it-taqsima għandha timtela fil-livell tal-ispeċijiet / tas-sottospeċijiet.

    11.1.   L-ispeċi hija kkaċċjata fuq livell nazzjonali?

    Mhux l-ispeċijiet kollha elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2009/147/KE huma kkaċċjati fl-Istati Membri (rilevanti) kollha. Indika hawnhekk jekk l-ispeċi inkwistjoni hijiex tabilħaqq ikkaċċjata f’pajjiżek (34). Jekk “Iva”, imla l-kampijiet minn 11.2 sa 11.4 hawn taħt.

    Dan il-kamp jindika jekk speċi hijiex ikkaċċjata fil-prattika fuq livell nazzjonali. Pereżempju, jekk speċi ma tkunx ikklassifikata bħala li tista’ tiġi kkaċċjata skont il-leġiżlazzjoni reġjonali/nazzjonali (għalhekk ma tistax tiġi kkaċċjata) jew jekk ikun hemm projbizzjoni permanenti (għall-ispeċijiet li jistgħu jiġu kkaċċjati), it-tweġiba għandha tkun “Le”. Aktar informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-kamp 11.4 “Informazzjoni addizzjonali”.

    11.2.   Borża tal-kaċċa

    Ipprovdi statistika nazzjonali dwar il-borża tal-kaċċa (f’individwi) skont is-sena/l-istaġun tal-kaċċa matul is-sitt snin tal-perjodu ta’ rapportar: ipprovdi l-unità (individwi) fil-kamp 11.2(a), u kompli imla l-kamp 11.2(b) jekk applikabbli (jiġifieri l-istaġun tal-kaċċa, fakultattiv) u 11.2(c) b’informazzjoni għal kull staġun tal-kaċċa jew għal kull sena (fejn ma jintużax staġun tal-kaċċa). Għall-perjodu ta’ rapportar 2019-2024, l-istaġun tal-kaċċa 1 huwa 2018/2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018 u jintemm fir-rebbiegħa tal-2019); L-istaġun 6 huwa 2023/2024. Fejn ikun magħruf valur preċiż, jekk jogħġbok daħħal dan kemm fil-kamp “minimu” kif ukoll f’dak “massimu”. Jekk ikunu disponibbli biss numri minimi jew massimi, dawn għandhom jiġu rrapportati fil-kampijiet rispettivi “Minimu” u “Massimu”. Hija pprovduta wkoll għażla ta’ “mhux magħrufa”.

    F’każijiet fejn l-istatistika dwar il-borża tkun disponibbli biss għal grupp ta’ speċijiet, mingħajr diżaggregazzjoni affidabbli għal kull speċi, il-proporzjon (eż. 50-90 % għall-ispeċijiet dominanti u 0-5 % għall-ispeċijiet l-oħrajn) għal kull speċi għandu jiġi stmat u rrapportat bħala valuri “Minimi” u “Massimi” taħt 11.2. L-ispjegazzjoni xierqa għandha tiġi pprovduta fil-kamp 11.4 “Informazzjoni addizzjonali” (eż. “Statistika dwar il-borża (min-mass) inkisbet għal grupp ta’ speċijiet ([speċi 1], [speċi 2], [speċi x]), iżda probabbilment >90 % hija relatata mal-ispeċijiet f’dan ir-rapport”). Il-“Metodu użat” (il-kamp 11.3) għandu jirrifletti l-fatt li ċ-ċifri attwali rrapportati huma approssimazzjoni, u għandhom ikunu “b” jew “c”, rispettivament.

    11.3.   Borża tal-kaċċa — Metodu użat

    Agħżel liema mill-għażliet li ġejjin tiddeskrivi bl-aħjar mod il-metodu użat biex tiġi pprovduta statistika tal-kaċċa:

    (a)

    Stħarriġ komplut jew stima statistikament robusta;

    (b)

    Prinċipalment abbażi ta’ estrapolazzjoni minn ammont limitat ta’ data;

    (c)

    Prinċipalment abbażi ta’ opinjoni esperta b’data limitata ħafna;

    (d)

    Data insuffiċjenti jew l-ebda data disponibbli.

    11.4.   Informazzjoni addizzjonali (fakultattiva)

    Ipprovdi web links jew referenzi bibljografiċi għas-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni użati biex jimtlew il-kampijiet fit-Taqsima 11, inklużi dettalji ta’ kwalunkwe rapport nazzjonali jew bażi tad-data online. Barra minn hekk, kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mal-istatistika dwar il-borża tal-kaċċa tista’ tiġi pprovduta hawnhekk, pereżempju, informazzjoni relatata mal-kontrolli ta’ validazzjoni dwar il-kwalità u l-preċiżjoni tad-data, jew jekk tinġabar data demografika addizzjonali (pereżempju, permezz ta’ stħarriġ tal-ġwienaħ). Tista’ tiġi rrapportata wkoll kwalunkwe bidla reċenti fil-metodi ta’ stħarriġ jew fl-għodod ta’ rapportar.

    Referenzi

    BirdLife International (2004) Birds in Europe: population estimates, trends and conservation status. BirdLife International (BirdLife Conservation Serje Nru. 12), Cambridge, ir-Renju Unit.

    del Hoyo, J. & Collar, N.J. (2014) HBW and BirdLife International Illustrated Checklist of the Birds of the World. Volume 1: Non-passerines. Lynx Edicions, Barċellona.

    Hagemeijer, E.J.M. & Blair, M., eds. (1997) The EBCC Atlas of European Breeding Birds: their distribution and abundance. T & A D Poyser, Londra.

    Sokos, C. & Birtsas, P. (2014) The last indigenous black-necked pheasant population in Europe. G@lliformed 8: 13 sa 22.

    Tucker, G.M. & Heath, M.F. (1994) Birds in Europe: their conservation status. BirdLife International (BirdLife Conservation Serje Nru 3), Cambridge, ir-Renju Unit.


    (1)  http://ec.europa.eu/environment/nature/invasivealien/index_en.htm

    (2)  Ara http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/wildbirds/eu_species/index_en.htm.

    (3)  del Hoyo, J. & Collar, N.J. (2014) HBW and BirdLife International Illustrated Checklist of the Birds of the World. Volume 1: Non-passerines. Lynx Edicions, Barċellona.

    (4)  Skont l-Artikolu 4(2).

    (5)  Għandhom jingħataw ukoll aktar dettalji, eż. “Speċijiet mhux ikkonfermati bħala li jnisslu mill-2008, iżda individwu wieħed jew żewġ individwi mhux f’pari xorta jkunu rreġistrati b’mod regolari matul l-istaġun tat-Tnissil” fil-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali”

    (6)  Ħafna każijiet ta’ estinzjoni nazzjonali se jkunu jeħtieġu xi grad ta’ ġudizzju/interpretazzjoni esperta, minħabba li spiss ikun aktar diffiċli li tiġi kkonfermata l-assenza ta’ speċi milli l-preżenza tagħha.

    (7)  L-individwi selvaġġi ta’ Branta canadensis (minn Greenland jew mill-Amerka ta’ Fuq) jistgħu jinstabu wkoll bħala vagranti fl-UE, iżda l-enfasi hawn fuq hija fuq il-popolazzjonijiet introdotti.

    (8)  Għalkemm xi sorsi jissuġġerixxu li l-popolazzjonijiet kollha ta’ Phasianus colchicus fil-Punent tal-Kawkasu huma r-riżultat ta’ introduzzjonijiet (xi wħud possibbilment sa mis-sena 1300 QK; Hagemeijer & Blair, 1997), oħrajn jasserixxu li l-popolazzjoni li jifdal fil-Greċja u dik li qabel kienet il-popolazzjoni fil-Bulgarija hija/kienet tassew indiġena (eż. Sokos & Birtsas, 2014).

    (9)  Ara http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/wildbirds/eu_species/index_en.htm.

    (10)  Ara https://ec.europa.eu/environment/nature/invasivealien/list/index_en.htm

    (*1)  * flimkien ma’ għażla għall-ispeċijiet tal-passa tal-Anness II li ma jiskattawx ŻPS.

    (11)  Jew mill-inqas “multilaterali” (xi SAPs u BMSs jirrigwardjaw unitajiet tassonomiċi li huma endemiċi għal pajjiż wieħed).

    (12)  https://euring.org/data-and-codes/euring-codes

    (13)  http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/wildbirds/eu_species/index_en.htm

    (14)  Huwa fenomenu komuni li speċi rari tattira aktar attenzjoni. B’riżultat ta’ dan, aktar nies ifittxuha u jsibuha, li twassal biex l-istima tad-daqs tal-popolazzjoni tiġi riveduta, u spiss tiżdied sostanzjalment. Madankollu, xorta jista’ jkun ċar li l-ispeċi fil-fatt qed tonqos, abbażi ta’ analiżi tad-data minn siti b’xejriet storiċi affidabbli. F’dan il-każ, għandhom jintgħażlu l-għażliet għal “għarfien imtejjeb/data aktar preċiża” ta’ hawn fuq. Il-kamp 3.7 “Informazzjoni addizzjonali” jippermetti lil Stat Membru jipprovdi aktar dettalji dwar għaliex żdiedet stima tad-daqs tal-popolazzjoni, anki jekk tnaqqis fil-popolazzjoni jiġi rrapportat fit-Taqsima 3

    (15)  Interpretazzjoni mtejba jew il-korrezzjoni ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tad-data sottostanti għandhom jiġu inklużi taħt “metodu differenti”

    (16)  Xejriet u Indiċijiet għall-Monitoraġġ tad-data [programm tal-freeware]: użati minn ħafna skemi komuni ta’ monitoraġġ tal-għasafar biex tiġi analizzata d-data ta’ stħarriġ nazzjonali (ara https://pecbms.info/methods/software/).

    (17)  Pereżempju, nota fil-kamp 4.3 “Informazzjoni addizzjonali” tul il-linji ta’ “Ebda informazzjoni affidabbli disponibbli dwar ix-xejra ta’ terminu qasir, iżda mhux mifhuma li naqset jew żdiedet b’aktar minn 30 % matul il-perjodu tax-xejriet ideali.”

    (18)  Sabiex tiġi evitata l-problema tal-kalkolu ta’ perċentwal minn linja bażi ta’ żero.

    (19)  Dawn ix-xejriet kollha huma ttrattati bħala li ma juru l-ebda bidla netta b’mod ġenerali meta tiġi stmata x-xejra fil-livell tal-UE.

    (20)  Tucker, G.M. & Heath, M.F. (1994) Birds in Europe: their conservation status. BirdLife International (BirdLife Conservation Serje Nru 3), Cambridge, ir-Renju Unit.

    BirdLife International (2004) Birds in Europe: population estimates, trends and conservation status. BirdLife International (BirdLife Conservation Serje Nru. 12), Cambridge, ir-Renju Unit.

    (21)  https://ebba2.info/

    (22)  Is-Sistema Ewropea ta’ Referenza Terrestri tal-1989; Projezzjoni Ażimutali b’Erja Ugwali ta’ Lambert b’parametri: latitudni tal-oriġini ta’ 52°N, lonġitudni tal-oriġini ta’ 10°E, xejra falza lejn it-Tramuntana ta’ 3 210 000,0 m, xejra falza lejn il-Lvant ta’ 4 321 000,0 m (ibbażati fuq EPSG 3035). L-oriġini tal-grilja tiġi kkalkolata minn 0mN 0mE tal-projezzjoni http://www.eionet.europa.eu/gis.

    (23)  Għall-perjodu 2019-2024, se jingħataw aktar dettalji għall-allinjament ma’ INSPIRE fil-manwal tal-kunsinna rilevanti għad-data spazjali.

    (24)  https://ebba2.info/about/methodology/

    (25)  Hagemeijer, E.J.M. & Blair, M., eds. (1997) The EBCC Atlas of European Breeding Birds: their distribution and abundance. T & A D Poyser, Londra.

    (26)  Tucker, G.M. & Heath, M.F. (1994) Birds in Europe: their conservation status. BirdLife International (Serje Nru 3 tal-BirdLife Conservation), Cambridge, ir-Renju Unit.

    (27)  Fi ftit każijiet, l-SAP/BMS jirrigwardjaw speċi jew sottospeċi li hija endemika għal pajjiż wieħed.

    (28)  http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/wildbirds/action_plans/index_en.htm għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Ispeċijiet u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni fil-Qosor, u http://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/wildbirds/hunting/managt_plans_en.htm għall-Pjanijiet ta’ Ġestjoni.

    (29)  https://www.coe.int/en/web/bern-convention/

    (30)  https://www.unep-aewa.org/en

    (31)  https://www.cms.int

    (32)  Fil-lista ta’ unitajiet tassonomiċi bi pjanijiet internazzjonali jew multilaterali (inklużi BMSs), xi wħud mill-ispeċijiet elenkati (eż. Falco naumanni) bħalissa huma vvalutati bħala li mhumiex mhedda globalment, iżda fiż-żmien li ġie abbozzat il-pjan tqiesu bħala mhedda jew li kellhom problemi ta’ konservazzjoni li kienu jeħtieġu azzjoni kkoordinata.

    (33)  Xi wħud mill-ispeċijiet elenkati issa għandhom status ta’ “Siguri” fl-UE (eż. Netta rufina), iżda fil-passat kienu meqjusa Mhux Siguri fil-livell tal-UE jew fl-iskala ġeografika tal-pjan (eż. partijiet kontraenti tal-AEWA) jew kellhom problemi ta’ konservazzjoni li kienu jeħtieġu azzjoni kkoordinata.

    (34)  Jew unità subnazzjonali, kif xieraq.


    Top