This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0683
Council Decision (EU) 2023/683 of 17 March 2023 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the Cooperation Council established by the Partnership and Cooperation Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Republic of Iraq, of the other part, in relation to the setting up of a Sub-Committee on Development Cooperation and the adoption of its terms of reference
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/683 tas-17 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/683 tas-17 ta’ Marzu 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu
ST/7260/2023/INIT
ĠU L 89, 27.3.2023, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/683
tas-17 ta’ Marzu 2023
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1107 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2018. |
(2) |
Skont l-Artikolu 111(1) tal-Ftehim, ġie stabbilit Kunsill ta’ Kooperazzjoni li se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 112(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat speċjalizzat jew korp li jistgħu jassistuh fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta’ dawn il-kumitati jew il-korpi u kif għandhom jiffunzjonaw. |
(3) |
L-Unjoni u l-Iraq it-tnejn esprimew interess fit-twaqqif ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp sabiex jiġi ffaċilitat djalogu dedikat dwar l-aspetti kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni u l-Iraq u tiġi promossa l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni fl-Iraq. |
(4) |
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jadotta deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u dwar l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu matul it-tielet sessjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, jew, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta’ proċedura bil-miktub minn qabel jew wara, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (2). |
(5) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotta f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Sottokumitat speċjalizzat dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-adozzjoni tat-termini ta’ referenza tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz għad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1107 tal-20 ta’ Lulju 2018 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq tat-8 ta’ Ottubru 2013 li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni (2013/802/UE) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 68).