EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0602

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/602 tas-16 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/245 li taċċetta offerti ta’ impenn wara l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina

C/2023/1655

ĠU L 79, 17.3.2023, p. 179–180 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/602/oj

17.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/179


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/602

tas-16 ta’ Marzu 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/245 li taċċetta offerti ta’ impenn wara l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13, 15 u 24 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 (3), il-Kummissjoni imponiet dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (l-investigazzjoni oriġinali).

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/245 (4) ġew aċċettati l-impenji offruti mit-tmien produtturi esportaturi flimkien mal-Argentine Chamber of Biofuels (CARBIO).

(3)

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F.I. y A., kodiċi addizzjonali TARIC C497, kumpanija soġġetta għal rata ta’ dazju kumpensatorju individwali ta’ 25,0 % u għal impenn, fit-23 ta’ Mejju 2022 infurmat lill-Kummissjoni li kienet biddlet isimha għal Viterra Argentina S.A.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni fornuta u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ġiet irreġistrata kif xieraq mal-awtoritajiet rilevanti u ma wasslitx għal xi relazzjoni ġdida ma’ gruppi oħra ta’ kumpaniji li ma kinux investigati mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali.

(5)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/592 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/244 biex jirrifletti l-bidla fl-isem tal-kumpanija li qabel kienet attribwita għall-kodiċi addizzjonali TARIC C497 mill-1 ta’ Lulju 2022.

(6)

Filwaqt li jitqies il-fatt li l-bidla fl-isem kienet effettiva mill-1 ta’ Lulju 2022, il-merkanzija kollha rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera eżentata mid-dazju kumpensatorju skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/244, li d-dikjarazzjoni doganali tagħha kienet akkumpanjata mill-fattura tal-impenn maħruġa mill-kumpanija qabel id-data tal-bidla fl-isem mal-isem preċedenti tal-kumpanija, għandha tibqa’ valida u eżentata mill-ġbir tad-dazji kumpensatorji.

(7)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwax l-impenn aċċettat mill-Kummissjoni.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/245 huwa emendat kif ġej:

“L-Arġentina

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F.I. y A

Prodott u mibjugħ minn Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F.I. y A lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C497”

huwa sostitwit bi

“L-Arġentina

Viterra Argentina S.A.

Magħmul u mibjugħ minn Viterra Argentina S.A. lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C497”.

2.   Il-kodiċi addizzjonali TARIC C497 li qabel kien attribwit lil Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F.I. y A għandu japplika għal Viterra Argentina S.A., mill-1 ta’ Lulju 2022. Kwalunkwe dazju definittiv imħallas fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati u mibjugħa minn Viterra Argentina S.A. soġġett għall-impenn offrut mill-kumpanija u aċċettat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/245 fir-rigward ta’ Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F.I. y A għandu jitħallas lura jew jinħafer f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta’ Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (ĠU L 40, 12.2.2019, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/245 tal-11 ta’ Frar 2019 li taċċetta offerti ta' impenn wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina (ĠU L 40, 12.2.2019, p. 71).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/592 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/244 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina (ara l-paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top