This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0546
Council Decision (EU) 2023/546 of 7 March 2023 appointing a member and two alternate members, proposed by the Republic of Slovenia, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/546 tas-7 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/546 tas-7 ta’ Marzu 2023 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/6309/2023/INIT
ĠU L 73, 10.3.2023, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/546
tas-7 ta’ Marzu 2023
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Sloven,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Jasna GABRIČ sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Tine RADINJA u tas-Sur Tomaž ROŽEN bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti (3). |
(5) |
Il-Gvern Sloven ippropona, abbażi ta’ mandat elettorali differenti, lis-Sa Jasna GABRIČ, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità, članica občinskega sveta, Občina Trbovlje (membru tal-kunsill muniċipali, Muniċipalità ta’ Trbovlje), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
(6) |
Il-Gvern Sloven ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Marko DIACI, župan, Občina Šentjur (Sindku, Muniċipalità ta’ Sentjur), u s-Sur Nejc SMOLE, župan, Občina Medvode (Sindku, Muniċipalità ta’ Medvode), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. EDHOLM
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678 tas-26 ta’ Settembru 2022 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 252, 30.9.2022, p. 70).