Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0422

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/422 tal-24 ta’ Frar 2023 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241

    ST/5737/2023/INIT

    ĠU L 61, 27.2.2023, p. 58–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/07/2023; Imħassar b' 32023D1514

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/422/oj

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 61/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/422

    tal-24 ta’ Frar 2023

    li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

    (2)

    Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241 (2), li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li jsir rieżami f’intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-rieżami li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (5)

    Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (6)

    Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241 titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1241 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1241 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/152 (ĠU L 190, 19.7.2022, p. 133).


    ANNESS

    LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

    I.   PERSUNI

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

    2.

    AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    3.

    AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    4.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

    5.

    ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

    6.

    BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

    7.

    EL HAJJ Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

    8.

    HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

    9.

    AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

    10.

    MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

    11.

    MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

    12.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

    13.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

    II.   GRUPPI U ENTITAJIET

    1.

    L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

    2.

    “Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”.

    3.

    “Al-Aqsa e.V”.

    4.

    “Babbar Khalsa”.

    5.

    Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

    6.

    Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

    7.

    “Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

    8.

    “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

    9.

    “Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

    10.

    Il-“Fergħa Militari ta’ Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

    11.

    “Hizbul Mujahideen” — “HM”.

    12.

    “Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

    13.

    Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

    14.

    It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

    15.

    “Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

    16.

    Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’.

    17.

    Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

    18.

    Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

    19.

    “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

    20.

    “Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

    21.

    “Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni tal-Libertà tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).

    Top