Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0227

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/227 tat-30 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/5142/2023/INIT

    ĠU L 32, 3.2.2023, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/227/oj

    3.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 32/56


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/227

    tat-30 ta’ Jannar 2023

    li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

    (2)

    Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/2013 (2), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Victòria ALSINA I BURGUÉS sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (4)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Gerard Martí FIGUERAS I ALBA sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (5)

    Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sa Meritxell SERRET I ALEU, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Consejera de Acción Exterior y Unión Europea, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Ministru Reġjonali għall-Azzjoni Barranija u l-Unjoni Ewropea, Gvern tal-Katalonja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

    (6)

    Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Miquel ROYO VIDAL, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Secretario de Acción Exterior del Gobierno, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Segretarju għall-Azzjoni Barranija tal-Gvern, Gvern tal-Katalonja), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sa Meritxell SERRET I ALEU, Consejera de Acción Exterior y Unión Europea, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Ministru Reġjonali għall-Azzjoni Barranija u l-Unjoni Ewropea, Gvern tal-Katalonja),

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    Is-Sur Miquel ROYO VIDAL, Secretario de Acción Exterior del Gobierno, Gobierno de la Generalitat de Cataluña (Segretarju għall-Azzjoni Barranija tal-Gvern, Gvern tal-Katalonja).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. KULLGREN


    (1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2013 tal-15 ta’ Novembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 178).


    Top