This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0191
Council Decision (CFSP) 2023/191 of 27 January 2023 amending Decision 2014/512/CFSP concerning restrictive measures in view of Russia’s actions destabilising the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/191 tas-27 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/191 tas-27 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ST/5389/2023/INIT
ĠU L 26, 30.1.2023, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/191
tas-27 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Fir-Riżoluzzjoni ES-11/1 tagħha li ġiet adottata fit-2 ta’ Marzu 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kkundannat bl-aktar mod qawwi l-aggressjoni mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna bi ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Fir-Riżoluzzjoni ES-11/4 tagħha li ġiet adottata fit-12 ta’ Ottubru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-NU, filwaqt li ħadet nota tad-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-29 ta’ Settembru 2022 li fiha fakkar li kwalunkwe annessjoni ta’ territorju ta’ Stat minn Stat ieħor li tirriżulta mit-theddida jew l-użu tal-forza hija ksur tal-prinċipji tal-Karta u tad-dritt internazzjonali, ikkundannat l-organizzazzjoni mill-Federazzjoni Russa ta’ hekk imsejħa referenda illegali f’reġjuni fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna li huma rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, kif ukoll l-attentat ta’ annessjoni illegali tar-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia wara li ġew organizzati dawk l-hekk imsejħa referenda. Fl-ordni vinkolanti tagħha tas-16 ta’ Marzu 2022 li tindika miżuri proviżorji, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat lill-Federazzjoni Russa tissospendi minnufih l-operazzjonijiet militari li kienet bdiet fit-territorju tal-Ukrajna. |
(3) |
Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru l-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza, li hija regola perentorja tad-dritt internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Konsegwentement, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2023.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).