Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0161

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/161 tat-23 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

ST/16091/2022/INIT

ĠU L 22, 24.1.2023, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/161/oj

24.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/161

tat-23 ta’ Jannar 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 (1).

(2)

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 jistipula li d-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3), jiġifieri fl-20 ta’ Mejju 2023.

(3)

Fit-23 ta’ Settembru 2022, is-Segretarjat tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, talab permezz ta’ ittra estensjoni mingħajr spejjeż ta’ ħames xhur tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Din l-estensjoni tippermetti lis-Segretarjat tat-TKA jlesti l-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, li l-implimentazzjoni tagħhom intlaqtet b’mod negattiv minn dewmien fir-reklutaġġ, kif ukoll mill-pandemija tal-COVID-19.

(4)

L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 sal-20 ta’ Ottubru 2023 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-20 ta’ Ottubru 2023.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/649 tas-16 ta' April 2021 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 59).


Top