This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0159
Council Decision (CFSP) 2023/159 of 23 January 2023 amending Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/159 tat-23 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ST/5059/2023/INIT
ĠU L 22, 24.1.2023, p. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/159
tat-23 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta’ Jannar 2024. Barra minn hekk, fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li jiġu emendati għal ħames persuni u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tiġi aġġornata għal erba’ persuni oħra. |
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2011/72/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2024. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.” |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, l-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1”, huma sostitwiti bl-entrati t’hawn taħt:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
“3. |
Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 4 ta’ Marzu 1944 Nru tal-ID: 05000799 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
9. |
Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 24 ta’ Ġunju 1948 L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue El Achfat – Carthage – Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 00104253 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, aġent maniġer ta’ impriża agrikola, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Nadia MAKNI |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
12. |
Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 26 ta’ April 1950 Nru tal-ID: 00178522 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
13. |
Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 25 ta’ Settembru 1955 L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue Ibn Chabat – Salammbô – Carthage –Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 05150331 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Hela BELHAJ |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
21. |
Houssem Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-twelid: 18 ta’ Settembru 1976 Nru tal-ID: 05412560 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Najia JERIDI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
35. |
Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1938 Nru tal-ID: 02810614 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, iben Selma HASSEN, armel ta’ Selma MANSOUR |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
42. |
Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Monastir Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982 Nru tal-ID: 08434380 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33). |
46. |
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina, Franċiża Post tat-twelid: Pariġi, Franza Data tat-twelid: 27 ta’ Ottubru 1966 Nru tal-ID: 05515496 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur ta’ kumpannija, iben Paulette HAZAT |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
48. |
Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 28 ta’ Awwissu 1974 L-aħħar indirizz magħruf: 23 rue Ali Zlitni, El Manar 2-Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 04622472 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur tal-bejgħ, iben Leila DEROUICHE |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.” |